+9.2 Frekwenza tal - valwazzjonijiet
---+197. Għal finijiet prudenzjali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġornaw il - …
---+198. Il - grupp ta’ kollaterali li huma soġġetti għal valutazzjonijiet u rivalutazzjonijiet …
---+199. Għal proprjetajiet b’valutazzjoni individwali aġġornata li seħħet matul l - aħħar sitt (12) …
---+200. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti meta s - suq ikun …
---+201. Għalhekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddefinixxu l - kriterji fil - politika u …
---+202. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi xierqa fis - seħħ biex …

9.2 Frekwenza tal - valwazzjonijiet

9.2 Frekwenza tal - valwazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
197. Għal finijiet prudenzjali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġornaw il - …

Għal finijiet prudenzjali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġornaw il - valutazzjonijiet tal - iskoperturi garantiti kollha f’konformità mar - rekwiżiti tal - Artikolu 208(3) u tal - Artikolu 210(c) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013.

198. Il - grupp ta’ kollaterali li huma soġġetti għal valutazzjonijiet u rivalutazzjonijiet …

Il - grupp ta’ kollaterali li huma soġġetti għal valutazzjonijiet u rivalutazzjonijiet individwali fuq bażi regolari għandhom jiġu aġġornati fil - ħin meta l - iskopertura tiġi kklassifikata bħala improduttiva u mill - inqas kull sena filwaqt li tkompli tiġi kklassifikata bħala tali. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li, għall - kollateral soġġett għall - indiċjar jew għal metodi simili oħra, l - indiċjar jiġi aġġornat tal - anqas darba fis - sena.

199. Għal proprjetajiet b’valutazzjoni individwali aġġornata li seħħet matul l - aħħar sitt (12) …

Għal proprjetajiet b’valutazzjoni individwali aġġornata li seħħet matul l - aħħar sitt (12) xhur (f’konformità mal - prinċipji u r - rekwiżiti applikabbli kollha kif stabbilit f’din it - taqsima), il - valur tal - proprjetà jista’ jiġi indiċjat sal - perjodu tar - rieżami tal - indeboliment.

200. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti meta s - suq ikun …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti meta s - suq ikun soġġett għal bidliet negattivi sinifikanti u/jew meta jkun hemm sinjali ta’ tnaqqis sinifikanti fil - valur tal - kollateral individwali.

201. Għalhekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddefinixxu l - kriterji fil - politika u …

Għalhekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddefinixxu l - kriterji fil - politika u l - proċeduri tal - valutazzjoni tal - kollateral tagħhom biex jiddeterminaw jekk seħħx tnaqqis sinifikanti fil - valur tal - kollateral. Fejn possibbli, dawn se jinkludu limiti kwantitattivi għal kull tip ta’ kollateral, ibbażati fuq id - data empirika osservata u kwalunkwe esperjenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu kwalitattiva rilevanti, filwaqt li jitqiesu fatturi rilevanti bħal xejriet fil - prezzijiet tas - suq jew l - opinjoni ta’ evalwaturi indipendenti.

202. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi xierqa fis - seħħ biex …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi xierqa fis - seħħ biex jimmarkaw valutazzjonijiet skaduti u biex jiskattaw rapporti ta’ valutazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/