+4.4 Teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu
---+63. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu qafas ċar u ddokumentat sew għat - teħid tad - …
---+64. Jenħtieġ li l - istruttura ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu tkun konformi mal - …
---+65. Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid tad - deċiżjonijiet ta’ kreditu jesprimi b’mod ċar is - …
---+66. Meta l - istituzzjonijiet jiddelegaw setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, inklużi …
---+67. Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu jqis il - perspettiva …
---+68. Jenħtieġ li l - qafas jispeċifika wkoll il - modalitajiet ta’ ħidma tal - kumitati ta’ kreditu …
---+69. Jekk l - istituzzjonijiet jagħtu drittijiet speċifiċi ta’ veto fir - rigward ta’ deċiżjonijiet …
---+70. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - deċiżjonijiet meħuda minn dawk li jieħdu d - …
---+71. Minkejja l - istrutturi ta’ governanza implimentati fl - istituzzjonijiet sabiex il - qafas tat …

4.4 Teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu

4.4 Teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
63. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu qafas ċar u ddokumentat sew għat - teħid tad - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu qafas ċar u ddokumentat sew għat - teħid tad - deċiżjonijiet dwar il - kreditu li jenħtieġ li jistabbilixxi struttura ċara u soda għar - responsabbiltajiet tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu fi ħdan istituzzjoni, inkluża deskrizzjoni tal- ġerarkija ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu u l - allokazzjoni tagħhom fi ħdan l - istruttura organizzazzjonali u tan - negozju tal - istituzzjoni u l -linji ta’ rappor tar tagħhom.

64. Jenħtieġ li l - istruttura ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu tkun konformi mal - …

Jenħtieġ li l - istruttura ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu tkun konformi mal - aptit, mal - politiki u mal -limiti tar- riskju ta’ kreditu u tiġi integrata fihom u tirrifletti l - mudell tan - negozju tal- istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l- allokazzjoni ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu lill - istruttura organizzazzjonali u kummerċjali tirrifletti l - aptit u l -limiti tar- riskju ta’ kreditu kaskata fi ħdan organizzazzjoni u tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, inklużi indikaturi t ar- riskju.

65. Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid tad - deċiżjonijiet ta’ kreditu jesprimi b’mod ċar is - …

Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid tad - deċiżjonijiet ta’ kreditu jesprimi b’mod ċar is - setgħat u l - limitazzjonijiet tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kull persuna li tieħu d - deċiżjonijiet u ta’ kwalunkwe mudell awtomatizzat għall - finijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, f’konformità mal - kriterji għal tali mudelli stabbiliti fit - Taqsima 4.3.4. Jenħtieġ li dawn is - setgħat u l - limitazzjonijiet iqisu l- karatteristiċi tal - portafoll tal - kreditu, inklużi l - objettivi ta’ konċentrazzjoni u ta’ diversifikazzjoni, b’rabta mal - linji operatorji, mal - ġeografiji, mas - setturi ekonomiċi u mal - prodotti, kif ukoll il - limiti ta’ kreditu u l - iskoperturi massimi. Fejn rilevanti, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu limiti ta’ żmien għas - setgħat iddelegati jew għad - daqs tal - approvazzjonijiet iddelegati.

66. Meta l - istituzzjonijiet jiddelegaw setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, inklużi …

Meta l - istituzzjonijiet jiddelegaw setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, inklużi limiti, lill - membri tal - persunal, jenħtieġ li jikkunsidraw l - ispeċifiċitajiet tal - faċilitajiet ta’ kreditu soġġetti għ al dan it- teħid ta’ deċiżjonijiet individwali, inklużi d - daqs u l - kumplessità tagħhom, u t - tipi u l- profili tar - riskju tal - mutwatarji. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw ukoll li dawn il - membri tal - persunal ikunu mħarrġa b’mod adegwat u jkollhom l - għarfien espert u l - anzjanità rilevanti fir - rigward tal- awtorità speċifika ddelegata lilhom.

67. Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu jqis il - perspettiva …

Jenħtieġ li l - qafas għat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - kreditu jqis il - perspettiva tar - riskji fit - teħid ta’ deċiżjonijiet. Jenħtieġ li jqis ukoll l - ispeċifiċitajiet tal- prodotti ta’ kreditu u tal - mutwatarji, inklużi t - tip ta’ prodott, id - daqs tal - faċilità jew tal - limitu ta’ kreditu, u l - profil tar - riskju tal - mutwatarju.

68. Jenħtieġ li l - qafas jispeċifika wkoll il - modalitajiet ta’ ħidma tal - kumitati ta’ kreditu …

Jenħtieġ li l - qafas jispeċifika wkoll il - modalitajiet ta’ ħidma tal - kumitati ta’ kreditu u r -rwoli tal-membri tagħhom, inklużi, fejn applikabbli, aspetti bħal proċeduri ta’ votazzjoni (unanimità jew maġġoranza sempliċi ta’ voti).

69. Jekk l - istituzzjonijiet jagħtu drittijiet speċifiċi ta’ veto fir - rigward ta’ deċiżjonijiet …

Jekk l - istituzzjonijiet jagħtu drittijiet speċifiċi ta’ veto fir - rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu pożittivi lill -kap tal- funzjoni tal - ġestjoni tar - riskju, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - għoti ta’ dawn id - drittijiet ta’ veto lil membri addizzjonali tal - persunal fil - funzjoni ta’ ġestjoni tar- riskju għal deċiżjonijiet speċifiċi ta’ kreditu, sabiex jiżguraw li tali veto jkun jista’ jiġi eżerċitat, jekk xieraq, fil - livelli kollha tal - qafas tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu taħt il - korp maniġerjali. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw il - kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id - drittijiet ta’ veto, il - proċeduri ta’ eskalazzjoni jew ta’ appell, u kif il - korp maniġerjali ser ikun involut.

4.4.1 Oġġettività u imparzjalità fit - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu

70. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - deċiżjonijiet meħuda minn dawk li jieħdu d - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - deċiżjonijiet meħuda minn dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ k reditu jkunu imparzjali u oġġettivi u li ma jkunux affettwati b’mod negattiv minn xi kunflitt ta’ interess, f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - governanza interna. B’mod aktar speċifiku, għall - finijiet ta’ dawn il - linji gwida, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li kwalunkwe individwu involut fit - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, bħal membri tal - persunal u membri tal - korp maniġerjali, ma jipparteċipax f’deċiżjonijiet ta’ kreditu jekk isseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. kwalunkwe individwu involut fit - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu għandu relazzjoni personali jew professjonali (barra mir - relazzjoni professjonali meta jirrappreżenta l - istituzzjoni) mal - mutwatarju;
  • b. kwalunkwe individwu involut fit - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu jkollu interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor, inkluż dirett jew indirett, attwali jew potenzjali, finanzjarju jew mhux finanzjarju, assoċjat mal - mutwatarju;
  • c. kwalunkwe individwu involut fit - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu għandu influwenza politika b la bżonn fuq jew relazzjoni politika mal - mutwatarju.
71. Minkejja l - istrutturi ta’ governanza implimentati fl - istituzzjonijiet sabiex il - qafas tat …

Minkejja l - istrutturi ta’ governanza implimentati fl - istituzzjonijiet sabiex il - qafas tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu jiġi operazzjonalizzat, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ poli tiki, proċeduri u kontrolli organizzazzjonali li jiggarantixxu u jiżguraw l - oġġettività u l - imparzjalità fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu. Jenħtieġ li dawn il - politiki, il - proċeduri u l - kontrolli organizzazzjonali, inkluża kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni, ikunu ddefiniti u mifhuma b’mod ċar, u jenħtieġ li dawn jindirizzaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw sorveljanza effettiva tad - deċiżjonijiet meħuda minn dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu, inkluż l - għoti ta’ kreditu, sabiex jiżguraw l - oġġettività u l - imparzjalità tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/