+8.3 Rieżami regolari tal - kreditu tal - mutwatarji
---+257. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu wkoll rieżamijiet regolari tal - kreditu tal - …
---+258. Jenħtieġ li l - proċess ta’ rieżami u l - frekwenza jkunu speċifiċi u proporzjonati għat - tip …
---+259. Għal dan l - għan, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet, jekk xieraq, jaġġornaw perjodikament …
---+260. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu rieżamijiet perjodiċi għall - finijiet tal - …
---+261. Jenħtieġ li r - rieżamijiet tal - kreditu tal - mutwatarji jinkludu valutazzjoni tad - dejn …
---+262. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw ir - riskji assoċjati mar - rifinanzjament tad - …
---+263. Jenħtieġ li rieżami regolari tar - riskju ta’ kreditu jqis kemm il - profil tar - riskju …
---+264. Jekk applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw ukoll il - garanti taħt il - …
---+265. Minbarra li jimmonitorjaw il- metrika finanzjarja u ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
|
8.3 Rieżami regolari tal - kreditu tal - mutwatarji
8.3 Rieżami regolari tal - kreditu tal - mutwatarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
257. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu wkoll rieżamijiet regolari tal - kreditu tal - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu wkoll rieżamijiet regolari tal - kreditu tal - mutwatarji li jkunu tal - anqas intrapriżi ta’ daqs medju jew kbar, bl - għan li jidentifikaw kwalunkwe tibdil fil - profil tar - riskju tagħhom, fil - pożizzjoni finanzjarja jew fl - affidabbiltà kreditizja tagħhom meta mqabbla mal - kriterji u mal - valutazzjoni fil - punt ta’ oriġinazzjoni tas - self, kif ukoll jirrieżaminaw u jaġġornaw kwalunkwe klassifikazzjoni/evalwazzjoni tal - kreditu interna rilevanti.
|
|
258. Jenħtieġ li l - proċess ta’ rieżami u l - frekwenza jkunu speċifiċi u proporzjonati għat - tip …
|
Jenħtieġ li l - proċess ta’ rieżami u l - frekwenza jkunu speċifiċi u proporzjonati għat - tip u għall - profil tar - riskju tal - mutwatarju u għat - tip, għad - daqs u għall - kumplessità tal- faċilità ta’ kreditu, u jenħtieġ li dawn ikunu speċifikati fil - politiki u fil - proċeduri rilevanti. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu rieżamijiet aktar frekwenti jekk jidentifikaw deterjorament fil - kwalità tal - kreditu u tal - assi. Jenħtieġ li l - qafas ġenerali ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jippermettu lill - istituzzjonijiet jivverifikaw li jkunu twettqu rieżamijiet ta’ kreditu regolari f’konformità mal - politiki u mal - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu, u għall - identifikazzjoni ta’ kwalunkwe outlier/eċċezzjoni li għandhom jiġu ssenjalati għal segwitu.
|
|
259. Għal dan l - għan, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet, jekk xieraq, jaġġornaw perjodikament …
|
Għal dan l - għan, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet, jekk xieraq, jaġġornaw perjodikament ukoll l - informazzjoni finanzjarja rilevanti dwar il - mutwatarju u jivvalutaw l - informazzjoni l - ġdida kontra l- kriterji ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja stabbiliti f’konformità mat - Taqsima 4.3 ta’ dawn il- linji gwida. Jenħtieġ li l- ġbir u l - valutazzjoni ta’ din l - informazzjoni jsostnu lill - istituzzjoni fir - rikonoxximent tas - sinjali ta’ twissija bikrija ta’ deterjorament fil - kwalità tal - kreditu.
|
|
260. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu rieżamijiet perjodiċi għall - finijiet tal - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iwettqu rieżamijiet perjodiċi għall - finijiet tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ inadempjenza tal - mutwatarju u tal - ħtieġa potenzjali għall - migrazzjoni bejn il - kategoriji u l -gradi tar- riskju.
|
|
261. Jenħtieġ li r - rieżamijiet tal - kreditu tal - mutwatarji jinkludu valutazzjoni tad - dejn …
|
Jenħtieġ li r - rieżamijiet tal - kreditu tal - mutwatarji jinkludu valutazzjoni tad - dejn eżistenti u tas - sensittività tal - mutwatarji għal fatturi esterni, bħall - volatilità tar -rata tal- kambju ta’ munita barranija, jekk rilevanti, li jistgħu jaffettwaw id - daqs tad - dejn u l - kapaċità ta’ ripagament, anki f’konformità mar - rekwiżiti ta’ analiżi tas - sensittività, kif speċifikat fit - Taqsima 5.2.6 .
|
|
262. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw ir - riskji assoċjati mar - rifinanzjament tad - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jivvalutaw ir - riskji assoċjati mar - rifinanzjament tad - dejn eżistenti, mal - monitoraġġ ta’ self b’termini ta’ ripagament bullet/balloon b’mod separat minn self ieħor fuq bażi regolari. Jenħtieġ li janalizzaw l - effetti potenzjali fuq l - inabilità ta’ mutwatarju li jirriporta/jirrifinanzja d - dejn eżistenti, u jinkludu, fost l - oħrajn, prospett makroekonomiku li jħares ’il quddiem u l - aċċess għas - swieq kapitali kif ukoll għal tipi oħra ta’ strutturi tad - dejn. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jimmonitorjaw mill - qrib il - kapaċità tal - mutwatarju li jħallas lura jew jirrifinanzja d - djun tiegħu matul iċ - ċiklu tal - ħajja ta’ self u mhux biss meta l - mutwatarju jkun qed joqrob lejn tmiem it - terminu ta’ self.
|
|
263. Jenħtieġ li rieżami regolari tar - riskju ta’ kreditu jqis kemm il - profil tar - riskju …
|
Jenħtieġ li rieżami regolari tar - riskju ta’ kreditu jqis kemm il - profil tar - riskju individwali kif ukoll dak totali tal - iskopertura, inklużi l - fatturi makroekonomiċi rilevanti u setturi jew attivitajiet ekonomiċi speċifiċi u kif il- kapaċità ta’ ripagament tista’ tkun affettwata minn dawn il- fatturi.
|
|
264. Jekk applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw ukoll il - garanti taħt il - …
|
Jekk applikabbli, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw ukoll il - garanti taħt il - ftehim dwar il- faċilità ta’ kreditu. Minbarra l - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja kontin wa tal- garanti, jenħtieġ li analiżi tal - effettività ta’ garanzija tqis ukoll l - infurzabbiltà u ż - żmien meħtieġ sabiex titwettaq il - garanzija.
|
|
265. Minbarra li jimmonitorjaw il- metrika finanzjarja u ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
|
Minbarra li jimmonitorjaw il- metrika finanzjarja u ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - informazzjoni relatata ma’ fatturi kwalitattivi li jista’ jkollhom influwenza rilevanti fuq ir - ripagament ta’ self. Dawn il - fatturi jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il - kwalità tal - ġestjoni, ftehimiet/nuqqas ta’ qbil bejn is - sidien, l - impenn ta’ sid lejn il - mutwatarju, it - tkabbir imbassar tas - suq, is - setgħa tal - ipprezzar ta’ kumpanija, l - istruttura tal - kostijiet u l - flessibbiltà tal - kostijiet, ix - xejra, id - daqs u n - natura tan - nefqa kapitali u n - nefqa fuq ir - riċerka u l - iżvilupp, u l - allokazzjoni bejn id - detenturi ta d- dejn u s - servizzjanti fi ħdan il - grupp konsolidat ta’ istituzzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|