+2.2 L-involviment tal-azzjonisti
|
2.2 L-involviment tal-azzjonisti
44.Skont il- forma ġuridika tal -istituzzjoni u skont il- liġi nazzjonali applikabbli, l -approvazzjoni ta’ politika ta’ remunerazzjoni tal- istituzzjoni u, fejn xieraq, id - deċiżjonijiet relatati mar - remunerazzjoni tal-membri tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ieħor jistgħu jiġu assenjati wkoll għal - laqgħa tal -azzjonisti skont id-dritt nazzjonali tal-kumpanija14 . Il-vot tal-azzjonisti jista’ jkun konsultattiv jew vinkolanti. 45.Meta l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni tal-membri individwali tal- korp maniġerjali u persunal identifikat ieħor tkun assenjata lill -azzjonisti, l- azzjonisti għandhom japprovaw il -komponenti kollha ta’ remunerazzjoni, inkluż il - ħlasijiet ta’ terminazzjoni. Meta l -approvazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun soġġetta għall -approvazzjoni mill- azzjonisti, dawn għandhom ukoll jew japprovaw ex ante l-ammont massimu tal- ħlasijiet li jista’ jingħata lill - korp maniġerjali u lil persunal identifikat ieħor fl -eventwalità ta’ terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jew japprovaw il-kriterji għall - istabbiliment ta’ ammonti bħal dawn. 46. Sabiex l -azzjonisti jkunu j istgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati f’konformità mal -paragrafi 44 u 45, il- funzjoni superviżorja għandha tiżgura li l - istituzzjoni tipprovdilhom informazzjoni adegwata rigward il- politika ta’ remunerazzjoni mfassla sabiex tgħinhom jivvalutaw l -istruttura tal-inċentivi u l -limitu sa fejn it- teħid ta’ riskju qiegħed jiġi inċentivat u kkontrollat kif ukoll il -kost globali tal-istruttura tar- remunerazzjoni. Informazzjoni bħal din għandha tiġi pprovduta sew minn qabel il - laqgħa tal -azzjonisti rilevanti. Informazzjoni dettaljata dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni u dwar il- modifiki tagħhom, dwar il - proċeduri u l - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi stabbilit pakkett tar - remunerazzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tinkludi dan li ġej: - a. il-komponenti tar-remunerazzjoni;
- b. il- karatteristiċi u l -objettivi ewlenin tal-pakketti tar-remunerazzjoni u l-allinjament tagħhom mal - istrateġija tan - negozju u ta’ riskju, inkluż l - aptit għar -riskju u l-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
- c. kif ikun żgurat li l -polit ika ta’ remunerazzjoni hija newtrali għall - ġeneru;
- d. kif il- punti taħt (b) qegħdin jitqiesu f’aġġustamenti ex ante / ex post , b’mod partikolari għall -persunal identifikat.
47.Il- funzjoni superviżorja tibqa’ responsabbli għall - proposti ppreżentati fil - laqgħa tal -azzjonisti, kif ukoll għall -implimentazzjoni u s-sorveljanza proprji ta’ kwalunkwe bidla fil-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni. 48.Meta l- azzjonisti jintalbu japprovaw livell massimu ogħla tal -proporzjon bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remune razzjoni sa mhux altar minn 200 %, għandu japplika dan li ġej: - a. L- azzjonisti li għandhom id - dritt li jivvutaw fuq livell massimu ogħla propost tal -proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u dawk fissi tar- remunerazzjoni huma dawk tal -istituzzjoni fejn jopera l-persunal identifikat affettwat mil- livelli massimi ogħla tar -remunerazzjoni varjabbli. Għal istituzzjonijiet li huma sussidjarji, l - assemblea ġenerali tal -azzjonisti tas-sussidjarja hija kompetenti li tiddeċiedi u mhux l - assemblea ġenerali tal -istituzzjoni konsolidanti.
- b. Meta istituzzjoni teżerċita d -drittijiet tal- vot tagħha bħala azzjonista tas - sussidjarja tagħha fir-rigward tal- approvazzjoni ta’ livell massimu ogħla tal -proporzjon bejn ir-remunerazzjoni varjabbli u dik fissa f’sussidjarja, għandha tkun issodisfata waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin:
- i. il- funzjoni superviżorja tal - istituzzjoni li hija sid l - ishma tkun sejħet minn qabel għal vot tal- laqgħa tal - azzjonisti tagħha dwar kif jiġu eżerċitati d -drittijiet tal-vot fir-rigward taż - żieda tat-tali livell fis- sussidjarji tagħha;
- ii. il- laqgħa tal -azzjonisti tal- istituzzjoni konsolidanti ddeċidiet, bħala parti mill -politika ta’ remunerazzjoni tal-grupp, li s- sussidjarji jistgħu jintroduċu livell massimu ogħla tat-tali proporzjon.
- c. Skont l-ewwel in ċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE, meta jiġi approvat livell massimu ogħla ta’ proporzjon bejn komponenti fissi u varjabbli ta’ remunerazzjoni, il- laqgħa tal - azzjonisti għandha taġixxi fuq rakkomandazzjoni dettaljata li tipprovdi b’mod partikolari r- raġunijiet, in - numru ta’ persunal identifikat ikkonċernat u l - funzjonijiet tiegħu fl-istituzzjonijiet kif ukoll l- ispjegazzjoni fuq kif dan il - livell massimu ogħla tal -proporzjon jista’ jaffettwa r- rekwiżit li tinżamm bażi kapitali soda. Din l- informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill- azzjonisti ħafna qabel il - laqgħa tal -azzjonisti.
- d. Kwalunkwe approvazzjoni ta’ livell massimu ogħla tal - proporzjon għandha ssir skont id - dispożizzjonijiet tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tad-Direttiva 2013/36/UE; il-limitu ta’ 50 % għall - kworum, u l- limiti ta’ maġġoranza ta’ 66 % u ta’ 75 % meħtieġa għall - votazzjoni, kif hemm imsemmi f’dak l- Artikolu, ilkoll għandhom jiġu kkalkolati filwaqt li jitqiesu d -drittijiet tal-vot marbutin mal- ishma jew ma’ drittijiet tas -sjieda ekwivalenti oħrajn fl -istituzzjoni.
- e. Il-limitu ta’ 75 %, li japplika meta inqas minn 50 % tad-drittijiet tas-sjieda jkunu rappreżentati fil - laqgħa tal -azzjonisti u l-limitu ta’ 66 %, li japplika meta jkunu rappreżentati tal - inqas 50 % tad-drittijiet tas-sj ieda, għandhom ikunu kkalkolati b’rabta mad-drittijiet tal-vot tal- azzjonisiti li huma rappreżentati u mhux man -numru ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma azzjonisti.
- f. Skont l- aħħar inċiż tal -Artikolu 94(1)(g)(ii) tas- CRD, persunal li huwa direttament af fettwat mil- livelli massimi ogħla tar - remunerazzjoni varjabbli m’għandux jitħalla jeżerċità, direttament jew indirettament, kwalunkwe dritt tal- vot li jista’ jkollu. Għalhekk, id -dritt tal- vot tiegħu għandu jiġi injorat meta jiġu kalkolati l - perċentwali, k emm fin-nominatur u kif ukoll fid-denominatur.
- g. L- ishma huma “rrapreżentati” meta l - azzjonist jista’ jivvota b’mod legali fuq il -livell massimu ogħla propost tal - proporzjon, irrispettivament minn kif jittieħed dan il -vot. F’konformità ma’ dan il- prinċipju u b’kont meħud tal - liġi nazzjonali tal -kumpaniji, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l - politiki interni tagħhom dwar ir - “rappreżentazzjoni” għall -fini ta’ dan il-vot.
49.L- azzjonisti għandhom ikunu jistgħu jivvutaw fuq tnaqqis ta’ proporzjon massimu ogħla li jkun ġie approvat fl - imgħoddi. Vot bħal dan għandu jeħtieġ maġġoranza ta’ voti tal -azzjonisti f’konformità mar- regoli applikabbli għal deċiżjonijiet regolari previsti mil - liġi nazzjonali. Meta jkun tnaqqas il - livell massimu ogħla approvat, l -istituz zjoni għandha tgħarraf lill -awtorità kompetenti bid- deċiżjoni u bil - proporzjon approvat fi żmien ħamest ijiem tax - xogħol.
14 Ara wkoll id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti 2007/36, kif emendata mid-Direttiva 2017/828, l-Artikoli 9a u 9b.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|