+Kamp ta’ applikazzjoni
---+8. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bħala li jirreferu direttament jew għall - istituzzjonijiet …
---+9. L- istituzzjonijiet tas - CRD soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw ma’ dawn …
---+10. Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …
---+11. It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil …
---+12. Fi Stati Membri fejn il - korp ta’ ġestjoni jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew …
---+13. Fi Stati Membri fejn xi responsabbiltajiet assenjati lill - korp ta’ ġestjoni f’dawn il -Linji …
---+14. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ CFO u ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin użati f’dawn il …
---+15. Kwalunkwe referenza għal “riskji” f’dawn il -Linji Gwida għandha tinkludi wkoll riskji ta’ …
|
Kamp ta’ applikazzjoni
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
8. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bħala li jirreferu direttament jew għall - istituzzjonijiet …
|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor bħala li jirreferu direttament jew għall - istituzzjonijiet tas - CRD, jew għall - istituzzjonijiet rilevanti, dawn il - Linji Gwida japplikaw għall - istituzzjonijiet kollha, kif definit fihom.
|
|
9. L- istituzzjonijiet tas - CRD soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw ma’ dawn …
|
L- istituzzjonijiet tas - CRD soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw ma’ dawn il- Linji Gwida fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata, inklużi s - sussidjarji tagħhom li mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE, anke jekk ikunu stabbiliti f’pajjiż terz, inklużi ċentri finanzjarji offshore, skont l -Artikolu 109 ta’ dik id -Direttiva.
|
|
10. Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …
|
Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux struttura partikolari. Il - Linji Gwida ma jinterferixxux mal -a llokazzjoni ġenerali tal -kompetenzi skont id - dritt soċjetarju nazzjonali. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu applikati irrispettivament mill - istrutturi tal - bord użati (struttura tal -bord unitarja u/jew doppja u/jew strutturi oħrajn) fl - Istati Membri kollha. Il- korp ta’ ġestjoni, kif definit fil -punti (7) u (8) tal - Artikolu 3(1) tad -Direttiva 2013/36/UE, għandu jitqies li għandu funzjonijiet maniġerjali (eżekuttivi) u superviżorji (mhux eżekuttivi)4 .
4 Ara wkoll il- premessa 56 tad -Direttiva 2013/36/UE.
|
|
11. It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil …
|
It- termini “korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu” u “korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja tiegħu” li jintużaw matul dawn il - Linji Gwida ma jirreferux għal xi struttura ta’ governanza speċifika u r- referenzi għall - funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) jew superviżorja (mhux eżekuttiva) għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw għall - korpi jew għall -membri tal-korp ta’ ġestjoni responsabbli minn dik il - funzjoni skont il - liġi nazzjonali.
|
|
12. Fi Stati Membri fejn il - korp ta’ ġestjoni jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew …
|
Fi Stati Membri fejn il - korp ta’ ġestjoni jiddelega parti mill - funzjonijiet eżekuttivi, jew il - funzjonijiet eżekuttivi kollha lil persuna jew lil korp eżekuttiv intern (pereżempju uffiċjal kap eżekuttiv (CEO), tim maniġerjali jew kumitat eżekuttiv), il - persuni li jwettqu dawk il - funzjonijiet eżekuttivi abbażi ta’ dik id - delega għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu l -funzjoni maniġerjali tal - korp ta’ ġestjoni. Għall -finijiet ta’ dawn il- Linji Gwida, kwalunkwe referenza għall - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, għandha titqies li tinkludi wkoll lill - membri ta’ tali korp eżekuttiv jew lis - CEO, kif definiti f’dawn il- Linji Gwida, anke jekk dawn ikunu għadhom ma ġewx proposti jew maħtura bħala membri formali tal -korp jew korpi ta’ governanza tal- istituzzjoni skont il - liġi nazzjonali.
|
|
13. Fi Stati Membri fejn xi responsabbiltajiet assenjati lill - korp ta’ ġestjoni f’dawn il -Linji …
|
Fi Stati Membri fejn xi responsabbiltajiet assenjati lill - korp ta’ ġestjoni f’dawn il -Linji Gwida huma eżerċitati direttament mill - azzjonisti, mill - membri jew mis - sidien tal - istituzzjoni minflok mill- korp ta’ ġestjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li tali responsabbiltajiet u deċiżjonijiet relatati jiġu eżerċitati, sa fejn ikun possibbli, skont il - Linji Gwida applikabbli għall - korp ta’ ġestjoni.
|
|
14. Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ CFO u ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin użati f’dawn il …
|
Id- definizzjonijiet ta’ CEO, ta’ CFO u ta’ titolari ta’ funzjonijiet ewlenin użati f’dawn il -Linji Gwida huma purament funzjonali u mhumiex maħsuba li jimponu l - ħatra ta’ dawk l - uffiċjali jew il- ħolqien ta’ tali pożizzjonijiet sakemm ma jkunx preskritt mid -dritt rilevanti tal-UE jew mil- liġi nazzjonali.
|
|
15. Kwalunkwe referenza għal “riskji” f’dawn il -Linji Gwida għandha tinkludi wkoll riskji ta’ …
|
Kwalunkwe referenza għal “riskji” f’dawn il -Linji Gwida għandha tinkludi wkoll riskji ta’ ħasil tal- flus u finanzjament tat - terroriżmu u fatturi ta’ riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|