+7. Kriterji tal-idoneità kollettiva
---+66. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun kapaċi kollettivament jifhem l -attivitajiet tal- …
---+67. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kollettivament kapaċi jieħdu deċiżjonijiet …
---+68. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …
---+69. L- oqsma kollha tal - għarfien meħtieġa għall - attivitajiet kummerċjali tal - istituzzjoni …
---+70. Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni għandha tirrif letti l- għarfien, il - ħiliet u l - …
---+71. Filwaqt li l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jkollu kollettivament …

7. Kriterji tal-idoneità kollettiva

7. Kriterji tal-idoneità kollettiva

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
66. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun kapaċi kollettivament jifhem l -attivitajiet tal- …

Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun kapaċi kollettivament jifhem l -attivitajiet tal- istituzzjoni, inklużi r - riskji ewlenin. Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor f’din it - taqsima, dawn il -kriterji għandhom jiġu applikati b’mod separat għall - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u l- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu.

67. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kollettivament kapaċi jieħdu deċiżjonijiet …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kollettivament kapaċi jieħdu deċiżjonijiet adegwati billi jqisu l - mudell kummerċjali, il - predispożizzjoni għar - riskju, l - istrateġija u s - swieq li fihom topera l - istituzzjoni.

68. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu …

Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu kollettivament kapaċi jisfidaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu.

69. L- oqsma kollha tal - għarfien meħtieġa għall - attivitajiet kummerċjali tal - istituzzjoni …

L- oqsma kollha tal - għarfien meħtieġa għall - attivitajiet kummerċjali tal - istituzzjoni għandhom ikunu koperti kollettivament mill- korp ta’ ġestjoni b’għarfien espert suffiċjenti fost il -membri tal- korp ta’ ġestjoni. Għandu jkun hemm għadd suffiċjenti ta’ membri b’għarfien f’kull qasam sabiex tkun tista’ ssir diskussjoni tad - deċiżjonijiet li jridu jittieħdu. Il -membri tal-korp ta’ ġestjoni għandhom ikollhom kollettivament il - ħiliet biex jippreżentaw il - fehmiet tagħhom u jinfluwenzaw il- proċess tat - teħid tad - deċiżjonijiet fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni.

70. Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni għandha tirrif letti l- għarfien, il - ħiliet u l - …

Il- kompożizzjoni tal - korp ta’ ġestjoni għandha tirrif letti l- għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza meħtieġa biex jissodisfa r - responsabbiltajiet tiegħu. Dan jinkludi l -fatt li l- korp ta’ ġestjoni kollettivament għandu fehim adegwat ta’ dawk l - oqsma li l - membri huma responsabbli kollettivament minnhom u l - ħiliet sabiex jiġġestixxu u jissorveljaw effettivament l - istituzzjoni, inklużi l - aspetti li ġejjin:

  • a. in-negozju tal- istituzzjoni u r - riskji ewlenin relatati miegħu;
  • b. kull attività materjali tal- istituzzjoni;
  • c. l- oqsma rilevanti ta’ kompetenza settorjali/finanzjarja, inklużi s - swieq finanzjarji u kapitali, is - solvenza u l - mudelli, ir - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza u l -fatturi tar- riskju;
  • d. il-kontabbiltà finanzjarja u r- rappurtar;
  • e. il- ġestjoni tar - riskju, il -konformità u l- awditjar intern;
  • f. it- teknoloġija tal - informazzjoni u s - sigurtà;
  • g. is - swieq lokali, reġjonali u globali, fejn applikabbli;
  • h. l- ambjent legali u regolatorju;
  • i. il- ħiliet u l - esperjenza maniġerjali;
  • j. il- kapaċità tal - ippjanar strateġiku;
  • k. il- ġestjoni ta’ gruppi (inter)nazzjonali u riskji relatati mal - is trutturi tal- grupp, fejn applikabbli.
71. Filwaqt li l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jkollu kollettivament …

Filwaqt li l - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandu jkollu kollettivament livell għoli ta’ ħiliet maniġerjali, il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollu kollettivament biżżejjed ħiliet maniġerjali biex jorganizza l - kompiti tiegħu b’mod effettiv u jkun jista’ jifhem u jisfida l - prattiki maniġerjali applikati u d - deċiżjonijiet meħuda mill -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/