+8. Reputazzjoni, onestà u integrità
---+72. Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jitqies li jkollu reputazzjoni tajba u li huwa onest u …
---+73. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt fundamentali, għandu jitqies kwalunkwe rekord …
---+74. Mingħajr preġudizzju għall - preżunzjoni tal - innoċenza applikabbli għall - proċedimenti …
---+75. Għandhom jitqiesu investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin meta dawn jirriżultaw minn proċeduri …
---+76. Għandhom jitqiesu s - sitwazzjonijiet li ġejjin li huma relata ti mal- prestazzjoni tan - …
---+77. Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jżomm standards għoljin ta’ integrità u onestà. Mill - …
|
8. Reputazzjoni, onestà u integrità
8. Reputazzjoni, onestà u integrità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
72. Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jitqies li jkollu reputazzjoni tajba u li huwa onest u …
|
Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jitqies li jkollu reputazzjoni tajba u li huwa onest u integru jekk ma jkun hemm l - ebda raġuni oġġettiva u dimostrabbli li tissuġġerixxi mod ieħor b’mod partikolari meta titqies l - informazzjoni disponibbli rilevanti dwar il -fa tturi jew is - sitwazzjonijiet elenkati fil -paragrafi 73 sa 77. Il -valutazzjoni tar- reputazzjoni, tal - onestà u tal - integrità għandha tqis ukoll l -impatt tal- effetti kumulattivi ta’ inċidenti żgħar fuq ir - reputazzjoni ta’ membru.
|
|
73. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt fundamentali, għandu jitqies kwalunkwe rekord …
|
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt fundamentali, għandu jitqies kwalunkwe rekord kriminali jew amministrattiv għall -valutazzjoni tar- reputazzjoni tajba, tal - onestà u tal - integrità, filwaqt li għandhom jitqiesu t - tip ta’ kundanna jew akkuża, ir -rwol tal-individwu involut, il -pi ena li ngħatat, il - fażi li fiha wasal il - proċess ġudizzjarju u kwalunkwe miżura ta’ riabilitazzjoni li daħlet fis - seħħ. Għandhom jitqiesu ċ - ċirkostanzi ta’ sfond, is - serjetà ta’ kwalunkwe reat jew azzjoni amministrattiva jew superviżorja rilevanti, il -perj odu ta’ żmien li jkun għadda minn meta jkun sar ir - reat, l - imġiba tal -membru wara r-reat jew l- azzjoni, u r - rilevanza tar-reat jew l- azzjoni għar -rwol tal- membru. Għandu jitqies kwalunkwe rekord kriminali jew amministrattiv, filwaqt li għandhom jitqiesu l - perjodi ta’ limitazzjoni li huma fis - seħħ fil - liġi nazzjonali.
|
|
74. Mingħajr preġudizzju għall - preżunzjoni tal - innoċenza applikabbli għall - proċedimenti …
|
Mingħajr preġudizzju għall - preżunzjoni tal - innoċenza applikabbli għall - proċedimenti kriminali u drittijiet fundamentali oħrajn, mill - inqas għandhom jitqiesu l - fatturi li ġejjin fil-valutazzjoni tar- reputazzjoni, tal - onestà u tal - integrità: - a. kundanni jew prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin għal reat kriminali, b’mod partikolari:
- i. reati skont il - liġijiet li jirregolaw l - attivitajiet bankarji, finanzjarji, tat - titoli, tal - assigurazzjoni, jew li jikkonċernaw swieq tat - titoli jew strumenti finanzjarji jew ta’ pagament, inklużi liġijiet dwar il - ħasil tal - flus u l -finanzjament tat-terroriżmu jew kwalunkwe wieħed mir - reati predikati għall - ML stabbiliti fid - Direttiva (UE) 2015/849, il -korr uzzjoni, il - manipulazzjoni tas - suq, jew l - abbuż minn informazzjoni privileġġata u l - użura;
- ii. reati ta’ diżonestà, frodi jew reati finanzjarji oħra;
- iii. reati fiskali, kemm jekk imwettqa direttament kif ukoll indirettament, inkluż permezz ta’ skemi ta’ arbitraġġ tad- dividendi illegali jew ipprojbiti;
- iv. reati oħrajn li jaqgħu taħt il - leġiżlazzjoni dwar il - kumpaniji, il - falliment, l - insolvenza jew il -protezzjoni tal- konsumatur;
- b. sejbiet rilevanti oħra attwali jew tal - passat u miżuri meħuda minn kwalunkwe korp regolat orju jew professjonali għan - nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti li tirregola attivitajiet bankarji, finanzjarji, ta’ titoli jew ta’ assigurazzjoni jew kwalunkwe waħda mill - kwistjonijiet fil - paragrafu (a) hawn fuq.
|
|
75. Għandhom jitqiesu investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin meta dawn jirriżultaw minn proċeduri …
|
Għandhom jitqiesu investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin meta dawn jirriżultaw minn proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi jew investigazzjonijiet regolatorji analogi oħrajn mingħajr preġudizzju għad -drittijiet individwali fundamentali13 . Rapporti avversi oħra b’informa zzjoni rilevanti, kredibbli u affidabbli (eż. bħala parti minn proċeduri ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta) għandhom jiġu kkunsidrati wkoll mill - istituzzjonijiet u l -awtoritajiet kompetenti.
13 F’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Unjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/justice/fundamental - rights/charter/index_en.htm
|
|
76. Għandhom jitqiesu s - sitwazzjonijiet li ġejjin li huma relata ti mal- prestazzjoni tan - …
|
Għandhom jitqiesu s - sitwazzjonijiet li ġejjin li huma relata ti mal- prestazzjoni tan - negozju u s - solidità finanzjarja preċedenti u attwali ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni, fir -rigward tal-impatt potenzjali tagħhom fuq ir - reputazzjoni, l -integrità u l- onestà tal - membru: - a. meta dan ikun debitur inadempjenti (pereżempju jkollu rekords negattivi f’uffiċċju ta’ kreditu affidabbli, jekk disponibbli);
- b. il- prestazzjoni finanzjarja u tan -negozju tal- entitajiet li huma proprjetà jew immexxija mill- membru jew li fihom il - membru kellu jew għandu sehem jew influwenza sinifikanti b’kunsiderazzjoni speċjali għal kwalunkwe falliment u proċedura ta’ stralċ u jekk u kif il- membru kkontribwixxa għas - sitwazzjoni li wasslet għall - proċeduri;
- c. dikjarazzjoni ta’ falliment personali; u
- d. mingħajr preġudizzju għall - preżunzjoni tal - innoċenza, kawżi ċivili, proċedimenti amministrattivi jew kriminali, investimenti jew skoperturi kbar u self meħud, sa fejn dawn jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is - solidità finanzjarja tal -membru jew tal-entitajiet li huma proprjetà tiegħu jew tagħha jew immexxija minnu jew minnha, jew li fihom il - membru għandu sehem sinifikanti.
|
|
77. Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jżomm standards għoljin ta’ integrità u onestà. Mill - …
|
Membru tal- korp ta’ ġestjoni għandu jżomm standards għoljin ta’ integrità u onestà. Mill - inqas, għandhom jitqiesu l - fatturi li ġejjin fil -valutazzjoni tar- reputazzjoni, tal - onestà u tal-integrità: - a. kwalunkwe prova li l- persuna ma kinitx trasparenti, miftuħa u li ma wrietx kooperazzjoni fin- negozjati tagħha mal - awtoritajiet kompetenti;
- b. ir- rifjut, ir - revoka, l -irtirar jew l- espulsjoni ta’ kwalunkwe reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex twettaq kummerċ, negozju jew professjoni;
- c. ir- raġunijiet għal kwalunkwe tkeċċija minn impjieg jew kwalunkwe pożizzjoni ta’ fiduċja, relazzjoni fiduċjarja, jew sitwazzjoni simili, jew talba biex jirriżenja minn impj ieg f’pożizzjoni bħal din;
- d. l- iskwalifika minn kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti milli taġixxi bħala membru tal- korp ta’ ġestjoni, inklużi l - persuni li jmexxu b’mod effettiv in -negozju ta’ entità; u
- e. kwalunkwe evidenza oħra jew allegazzjoni serja bbażata fuq informazzjoni rilevanti, kredibbli u affidabbli li tissuġġerixxi li l - persuna taġixxi b’mod li ma jkunx konformi ma’ standards għoljin ta’ kondotta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|