+4.4 Miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir - ritorn f’waqtu għall - konformità tal - istituzzjoni mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+40. Meta awtorità kompetenti tkun tat lil istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex tirritorna …
---+41. Il- pjan ta’ konformità għandu mill - anqas jinkludi dan li ġej: a. arranġamenti biex titnaqqas …
---+42. Il- miżuri proposti minn istituzzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew …
---+43. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - adegwatezza, is - suffiċjenza u l - fattibilità …
---+44. Jekk l - awtorità kompetenti għandha xi tħassib materjali fir -rigward tal- miżuri, għandha …
---+45. L- istituzzjoni għandha tinforma lill - awtorità kompetenti immedjatament f’każ li wħud mill - …
---+46. Il- frekwenza u l - intensità tal - monitoraġġ tal - awtorità kompetenti għandhom ikunu …
---+47. L- awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi u tikkomunika jekk l - istituzzjoni għandhiex twettaq …
---+48. L- awtorità kompetenti għandu jkollha fis - seħħ proċedura standard u dokumentata bi …
---+49. F’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna, l - istituzzjonijiet …

4.4 Miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir - ritorn f’waqtu għall - konformità tal - istituzzjoni mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

4.4 Miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir - ritorn f’waqtu għall - konformità tal - istituzzjoni mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
40. Meta awtorità kompetenti tkun tat lil istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex tirritorna …

Meta awtorità kompetenti tkun tat lil istituzzjoni perjodu itwal minn 3 xhur biex tirritorna għall - konformità mal -limiti tal- Artikolu 395(1) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013, l- istituzzjoni għandha tippreżenta pjan ta’ konformità għal ritorn f’waqtu għall - konformità.

41. Il- pjan ta’ konformità għandu mill - anqas jinkludi dan li ġej: a. arranġamenti biex titnaqqas …

Il- pjan ta’ konformità għandu mill - anqas jinkludi dan li ġej:

  • a. arranġamenti biex titnaqqas l - iskopertura kkonċernata;
  • b. miżuri biex jiżdiedu l - fondi proprji tal - istituzzjoni, fejn meħtieġ;
  • c. arranġamenti biex jissaħħaħ l - immaniġġjar tar - riskju intern u l- proċessi ta’ kontroll;
  • d. kwalunkwe emenda meħtieġa għall - politika ta’ konformità tal - istituzzjoni;
  • e. proċeduri xierqa biex tiġi żgurata l - implimentazzjoni f’waqtha tal - miżuri; u
  • f. skeda dettaljata għall - implimentazzjoni tal - miżuri, inkluża d -data maħsuba għar - ritorn għall - konformità.
42. Il- miżuri proposti minn istituzzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew …

Il- miżuri proposti minn istituzzjoni għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ kwalunkwe riskju jew ostaklu prevedibbli għall - eżekuzzjoni effettiva u f’waqtha tal - pjan ta’ konformità.

43. L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - adegwatezza, is - suffiċjenza u l - fattibilità …

L- awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - adegwatezza, is - suffiċjenza u l - fattibilità tal - miżuri biex tiżgura ritorn f’waqtu għall - konformità fuq bażi stabbli u kontinwa, u li l - perjodu ta’ żmien dettaljat huwa xieraq u jista’ jinkiseb.

44. Jekk l - awtorità kompetenti għandha xi tħassib materjali fir -rigward tal- miżuri, għandha …

Jekk l - awtorità kompetenti għandha xi tħassib materjali fir -rigward tal- miżuri, għandha tinforma minnufih lill - istituzzjoni.

45. L- istituzzjoni għandha tinforma lill - awtorità kompetenti immedjatament f’każ li wħud mill - …

L- istituzzjoni għandha tinforma lill - awtorità kompetenti immedjatament f’każ li wħud mill - miżuri previsti ma jistgħux jinkisbu kif ippjanat. L - awtorità kompetenti għandha tissorvel ja mill-qrib l- implimentazzjoni tal - miżuri biex taċċerta r - ritorn effettiv u f’waqtu għall - konformità. B’mod partikolari, għandha tissorvelja jekk l - objettivi intermedji differenti humiex kompletament milħuqa. Jekk l - istituzzjoni tonqos milli tikseb xi wieħed minn dawk l - objettivi intermedji, l- awtorità kompetenti għandha titlob lill - istituzzjoni tindirizza dawn in -nuqqasijiet b’mod xieraq.

46. Il- frekwenza u l - intensità tal - monitoraġġ tal - awtorità kompetenti għandhom ikunu …

Il- frekwenza u l - intensità tal - monitoraġġ tal - awtorità kompetenti għandhom ikunu adegwati u proporzjonali għall - kawża u d-daqs tal- ksur, l - impatt potenzjali tiegħu fuq l - istituzzjoni u l - ispeċifiċitajiet tal - pjan ta’ konformità u l - miżuri meħuda matul perjodi ta’ anqas minn 3 xhur. Għandha tikkunsidra wkoll l - evoluzzjoni tal - iskopertura(i) kkonċernata(i), ibbażata(i) fuq informazzjoni regolari pprovduta mill - istituzzjoni. Kull meta jkun meħtieġ, l - awtorità kompetenti għandha titlob informazzjoni addizzjonali.

47. L- awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi u tikkomunika jekk l - istituzzjoni għandhiex twettaq …

L- awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi u tikkomunika jekk l - istituzzjoni għandhiex twettaq awditjar intern jew estern rigward il- proċessi ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar - riskju, li r - riżultati tagħhom għandhom jiġu kkomunikati kemm lill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni kif ukoll lill- awtorità kompetenti.

48. L- awtorità kompetenti għandu jkollha fis - seħħ proċedura standard u dokumentata bi …

L- awtorità kompetenti għandu jkollha fis - seħħ proċedura standard u dokumentata bi struzzjonijiet ċari li jiddeskrivu l - passi meħtieġa biex tissorvelja li l - istituzzjonijiet li jkunu nnotifikaw ksur jirritornaw għall - konformità fil - ħin.

49. F’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna, l - istituzzjonijiet …

F’konformità mal -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - korp maniġerjali tagħhom jissorvelja u jimmonitorja l - implimentazzjoni tal - miżuri meħuda li jiżguraw ritorn xieraq u f’waqtu għall - konformità bil -limiti tal- Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/