+4.3 Sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa awtorizzazzjoni
---+35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil - każ ta’ fużjoni ta’ żewġ istituzzjoni …
---+36. L- eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ristrutturar tal -grupp jew it- trasferiment ta’ …
---+37. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li, bis - saħħa tal - attivitajiet li jiġu …
---+38. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx …
---+39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li awtorizzazzjoni biex jitwettaq in - negozju ta’ …
---+40. Meta jitqies li l - awtorizzazzjoni tingħata mill - awtoritajiet kompetenti skont il - liġi …
---+41. B’mod konsistenti mal - liġi nazzjonali dwar il -kumpaniji applika bbli, istituzzjoni ta’ …
|
4.3 Sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa awtorizzazzjoni
4.3 Sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
35. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil - każ ta’ fużjoni ta’ żewġ istituzzjoni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil - każ ta’ fużjoni ta’ żewġ istituzzjoni jiet ta’ kreditu jew aktar li tinvolvi l- inkorporazzjoni ta’ entità ġdida biex tibda twettaq l -attivitajiet bankarji fużi, tali entità stabbilita ġdida għandha tkun soġġetta għall - għoti minn qabel ta’ awtorizzazzjoni mill -awtorità kompetenti. Bl- istess mod , f’dawk l- Istati Membri fejn l - awtorizzazzjoni tingħata fuq bażi ta’ attività b’attività, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - estensjoni tal - attivitajiet ta’ negozju, bħala riżultat ta’ fużjoni bl - assorbiment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra jew ta’ xiri ta’ attivitajiet minn istituzzjoni ta’ kreditu terza, għandha tkun soġġetta għal estensjoni minn qabel tal - awtorizzazzjoni jekk tali attivitajiet ta’ negozju ġodda ma jkunux diġà koperti mill - awtorizzazzjoni maħruġa lill - istituzzjoni ta’ kred itu.
|
|
36. L- eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ristrutturar tal -grupp jew it- trasferiment ta’ …
|
L- eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ristrutturar tal -grupp jew it- trasferiment ta’ attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu minn entità għal oħra jistgħu jeħtieġu li ċerti attivitajiet jitwarrbu mit- tranżazzjoni u jiġu fdati lil entità temporanja ġdida, qabel ma dawk l - attivitajiet jiġu amalgamati fl- istituzzjoni ta’ kreditu akkwirenti.6
6 Pereżempju, il - bejgħ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun parti minn grupp, filwaqt li ċerti attivitajiet li jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu tal - entità ċeduta jeħtieġ li jibqgħu fil -grupp. L- attivitajiet li għandhom jibqgħu jistgħu, pereżempju, jitwarrbu u jingħataw lil entità legali temporanja ġdida u sussegwentement jingħaqdu ma’ entità oħra fi grupp li tkun awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
37. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li, bis - saħħa tal - attivitajiet li jiġu …
|
Fejn l - awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li, bis - saħħa tal - attivitajiet li jiġu trasferiti temporanjament, tali entità tissodisfa d - definizzjoni ta’ istituzzjo ni ta’ kreditu, dik l-entità għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel.
|
|
38. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx …
|
Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jissoġġettaw it - trasferiment tal -attivitajiet tal- istituzzjoni ta’ kreditu fuq ent ità temporanja għall - għoti minn qabel ta’ awtorizzazzjoni meta jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet li ġejjin: - (a) l- istabbiliment tal - entità temporanja jissodisfa r - rekwiżiti formali tal - istruttura għall - eżekuzzjoni tat - tranżazzjoni u t -tul tal- ħajja mistenni tal - istituzzjoni ta’ kreditu temporanja jikkorrispondi għal “sekonda legali”, jiġifieri perjodu qasir ta’ żmien mhux definit li matulu l - entità temporanja żżomm l -attivitajiet tal- istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tlesti formalment serje ta’ tranżazzjonijiet legali li huma meħtieġa biex l - entità temporanja tiġi amalgamata mal - akkwirent, u
- (b) ittieħdu miżuri adegwati u suffiċjenti mill - entitajiet li qed jingħaqdu biex jindirizzaw ir - riskji tal- eżekuzzjoni tat - tranżazzjoni, inkluż għax - xenarju li t - trasferiment ma jistax jitlesta sas - “sekonda legali”. Tali miżuri (pereżempju trasferiment lura tal - attivitajiet) għandu jkollhom l- għan li jiżguraw li l - entità temporanja ma titħalliex tkun attiva fis - suq billi twettaq attivitajiet li jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li awtorizzazzjoni biex jitwettaq in - negozju ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċaraw li awtorizzazzjoni biex jitwettaq in - negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu mogħtija lil entità speċifika għandha tintuża biss minn dik l -entità u m’għandhiex tiġi trasferita lil entità oħra.
|
|
40. Meta jitqies li l - awtorizzazzjoni tingħata mill - awtoritajiet kompetenti skont il - liġi …
|
Meta jitqies li l - awtorizzazzjoni tingħata mill - awtoritajiet kompetenti skont il - liġi nazzjonali applikabbli, meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun biħsiebha tittrasferixxi s - sede tagħha lejn Stat Membru ieħor, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jissoġġettaw dik ir - rilokazzjoni għall - għoti minn qabel tal - awtorizzazzjoni mill -awtorità kompetenti tal- Istat Membru fejn se jkun jinsab l - uffiċċju reġistrat il - ġdid tal - istituzzjoni ta’ kreditu.
|
|
41. B’mod konsistenti mal - liġi nazzjonali dwar il -kumpaniji applika bbli, istituzzjoni ta’ …
|
B’mod konsistenti mal - liġi nazzjonali dwar il -kumpaniji applika bbli, istituzzjoni ta’ kreditu eżistenti tista’ tbiddel il - forma legali tagħha. Fejn il -bidla tal- forma legali ma tinvolvix bidliet superviżorji materjali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħmlu l - bidla kundizzjonali fuq l - għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida jew emendata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|