+9.2 Korp ta’ ġestjoni
---+134. Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …
---+135. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l …
---+136. F’konformità mal -Artikolu 46(4) tad- Direttiva 2015/849 (AMLD), l -awtoritajiet kompetenti …
---+137. F’konformità mat - tieni subparagrafu tal -Artikolu 13(1), l- awtoritajiet kompetenti tas - …
---+138. Fejn applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għal valutazzjoni …
---+139. Tali valutazzjoni tal - idoneità għandha titwettaq f’konformità mal - Linji Gwida tal- EBA u …

9.2 Korp ta’ ġestjoni

9.2.1 Korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni u korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
134. Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux …

Il- Linji Gwida huma maħsuba li jħaddnu kull struttura ta’ bord eżistenti u ma jippromwovux struttura partikolari. Dawn ma jinterferixxux mal - allokazzjoni ġenerali tal - kompetenzi skont il - liġi nazzjonali tal - kumpaniji. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu applikati irrispettivament mill - istruttura tal - bordijiet użata (struttura ta’ bord unitarja u/jew doppja u/jew struttura oħra) madwar l- Istati Membri. Il - korp ta’ ġestjoni, kif definit fil -punti (7) u (8) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, għandu jinftiehem bħala li għandu funzjonijiet ta’ ġestjoni (eżekuttivi) u superviżorji (mhux eżekuttivi)33 .


33 Il-paragrafu 8 tal- Linji Gwida dwar il-governanza interna tal-EBA. Ara wkoll il- Premessa 56 tad -Direttiva 2013/36/UE.

135. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l - applikazzjoni, b’mod partikolari l -artikoli ta’ assoċjazzjoni jew dokumenti kostituzzjonali ekwivalenti oħra34 u t- termini ta’ referenza tal - korp ta’ ġestjoni35 , u jkunu sodisfatti li d -dokumenti jkopru b’mod adegwat ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal - korp ta’ ġestjoni, b’distinzjoni bejn id -dmirijiet tal- funzjoni ta’ ġestjoni (eżekuttiva) u tal - funzjoni superviżorja (mhux eżekuttiva). F’konformità ma’ dan, l -awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari:

  • (a) jivverifikaw li l- korp ta’ ġestjoni għandu r - responsabbiltà aħħarija u kumplessiva tal - istituzzjoni u jiddefinixxi, jissorvelja u jkun responsabbli għall - implimentazzjoni tal - arranġamenti ta’ governanza fi ħdan l - istituzzjoni li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tal- istituzzjoni36 ;
  • (b) ikunu sodisfatti li r - responsabbiltajiet fdati lill - korp ta’ ġestjoni37 jinkludu l- istabbiliment, l - approvazzjoni u s - sorveljanza tal - implimentazzjoni ta’: a) l - istrateġija ġenerali tan - negozju u l-politiki ewlenin tal- istituzzjoni ta’ kreditu; b) l - istrateġija ġenerali għar - riskju, inkluż l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu, il - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħha u miżuri biex jiġi żgurat li l - korp ta’ ġestjoni jiddedika biżżejjed ħin għal kwistjonijiet ta’ riskju u biex iwettaq il - funzjoni tiegħu; c) governanza interna adegwata u effettiva u qafas ta’ kontroll intern li jinkludi struttura organizzattiva ċara u ġestjoni tar - riskju interna, funzjonijiet ta’ konformità u awditjar indipendenti u li jiffunzjonaw tajjeb u li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom; d) governanza interna adegwata u effettiva u qafas ta’ kontroll intern, biex tiġi żgurata l -konformità mar- rekwiżiti applikabbli, inkluż fil - kuntest tal - prevenzjoni tal - ħasil tal - flus u l - finanzjament tat - terroriżmu; e) l - ammonti, it-tipi u d- distribuzzjoni tal - kapital intern u dak regolatorju biex ikopru b’mod adegwat ir- riskji tal - istituzzjoni; f) miri għall - ġestjoni tal -likwidità tal- istituzzjoni; g) politika ta’ rimu nerazzjoni kif deskritta fil -paragrafi 170 u 171 ; h) arranġamenti dwar l - adegwatezza individwali u kollettiva, il- kompożizzjoni, l -effettività u l- ippjanar tas - suċċessjoni tal -korp ta’ ġestjoni; i) proċess ta’ valutazzjoni tal - għażla u tal - adegwatezza għad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin38 ; j) arranġamenti mmirati biex jiżguraw il - funzjonament intern ta’ kull kumitat tal- korp ta’ ġestjoni, meta jiġu stabbiliti39 ; k) kultura ta’ riskju li tindirizza l - għarfien tar- riskju u l - imġiba tat - teħid tar - riskju tal - istituzzjoni; l) kultura u valuri korpora ttivi li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili; m) politika dwar il- kunflitt ta’ interess fil - livell istituzzjonali u tal - persunal; u n) arranġamenti mmirati biex jiżguraw l - integrità tas - sistemi tal -kontabbiltà u tar- rapportar finanzjarju, inklużi l - kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l -konformità mal- liġi u mal - istandards rilevanti;
  • (c) ikunu sodisfatti li l - applikazzjoni tipprevedi li meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l - implimentazzjoni tal - kompiti mse mmija fl- ittra (b) hawn fuq, il - korp ta’ ġestjoni għandu jkollu l- għan li jiżgura mudell ta’ negozju sostenibbli li jqis ir - riskji kollha, inklużi r - riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
  • (d) ikunu sodisfatti li d - dokumenti ta’ applikazzjoni rilevanti jipprevedu arranġamenti mmirati biex jiżguraw li l - valutazzjonijiet tal -idoneità individwali u kollettivi tal- korp ta’ ġestjoni jitwettqu b’mod effettiv, li r -rwoli u r- responsabbiltajiet tal - president ikunu definiti b’mod ċar, li l - kompożizzjoni u l- ippjanar tas - suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni jkunu xierqa, u li l - korp ta’ ġestjoni jwettaq il - funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv, f’konformità mal - Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna u l- Linji Gwida tal-EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza ;
  • (e) jivvalutaw li l- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu se jkun fdat bir - responsabbiltà għall - implimentazzjoni tal - istrateġiji stabbiliti mill - korp ta’ ġestjoni u jiddiskuti regolarment l- implimentazzjoni u l - adegwatezza ta’ dawk l - istrateġiji mal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu. Il - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu għandu wkoll jingħata s - setgħa li jikkontesta b’mod kostruttiv u jirrieżamina b’mod kritiku l - proposti, l - ispjegazzjonijiet u l - informazzjoni li jirċievi meta jeżerċita l - ġudizzju tiegħu u jieħu deċiżjonijiet dwar l - istrateġija tal - istituzzjoni40 ;
  • (f) ikunu sodisfatti, mingħajr preġudizzju għar - responsabbiltajiet assenjati skont il - liġi nazzjonali applikabbli dwar il -kumpaniji, li l-kompiti tal-k orp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom jinkludu41 : a) is - sorveljanza u l - monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet u l - azzjonijiet ta’ ġestjoni u l - forniment ta’ sorveljanza effettiva tal -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni ta’ ġestjoni tiegħu, inkluż il - monitoraġġ u l - iskrutinju tal - prestazzjoni individwali u kollettiva tiegħu u l - implimentazzjoni tal - istrateġija u l -objettivi tal- istituzzjoni;
  • b) l- iżgurar u l - valutazzjoni perjodika tal -effettività tal- qafas ta’ governanza interna tal - istituzz joni ta’ kreditu u t- teħid ta’ passi xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat; c) is - sorveljanza u l - monitoraġġ ta’ jekk l - objettivi strateġiċi, l - istruttura organizzattiva u l - istrateġija tar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu, inklużi l - aptit għar - riskju u l- qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħha, kif ukoll politiki oħra (eż. il -politika dwar ir-rimunerazzjoni) u l - qafas tad - divulgazzjoni humiex implimentati b’mod konsistenti; d) il - monitoraġġ ta’ jekk il -kultura tar- riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu hijiex implimentata b’mod konsistenti; e) is - sorveljanza tal - implimentazzjoni u ż - żamma ta’ kodiċi ta’ kondotta jew politiki simili u effettivi għall - identifikazzjoni, il - ġestjoni u l - mitigazzjoni tal -kunflitti ta’ interess attwali u potenzjali; f) is - sorveljanza tal -integrità tal- informazzjoni u r -rapportar finanzjarji, u l - qafas ta’ kontroll intern, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju effettiv u sod; g)l - iżgurar li l -kapijiet tal- funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu kapaċi u jaġixxu b’mod indipendenti u, irrispettivament mir - responsabbiltà li jirrapportaw lil korpi interni, linji tan - negozju jew unitajiet oħra, jistgħu jqajmu tħassib u javżaw lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu direttament, fejn meħtieġ, meta żviluppi avversi tar - riskju jkunu jaffettwaw jew jistgħu jaffettwaw lill - istituzzjoni; u h) il - monitoraġġ tal - implimentazzjoni tal-pjan ta’ awditjar intern, wara l- involviment minn qabel tal -kumitati tar- riskju u tal - awditjar, fejn tali kumitati jkunu stabbiliti;
  • (g) jivverifikaw li d- dokumenti ta’ applikazzjoni rilevanti relatati mal - kumitati li se jiġu stabbiliti jinkludu l- kombinazzjoni, il - kompożizzjoni, ir -rwol u l- allokazzjoni tad -dmirijiet u l-kompiti tagħhom bejn il - kumitati speċjalizzati tal - korp ta’ ġestjoni, sk ont id- dispożizzjonijiet rilevanti tal- Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .

34 Imressaq skont l - RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni.

35 Imressaq skont l - RTS dwar l - informazzjoni għall - awtorizzazzjoni.

36 Il-paragrafu 19 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA.

37 Ara l-paragrafu 22 tal-Linji Gwida dwar il-governan za interna tal -EBA.

38 Kif definit fil - Linji Gwida dwar il-governanza interna tal-EBA, l- espressjoni “detentur ta’ funzjoni ewlenija” tfisser persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id - direzzjoni tal - istituzzjoni iżda li mhumiex membri tal - korp ta’ ġestjoni u mhumiex CEO. Dawn jinkludu l - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u s - CFO, fejn ma jkunux membri tal -korp ta’ ġestjoni, u, fejn identifikati minn approċċ ibbażat fuq ir - riskju mill - istituzzjonijiet, detenturi oħra ta’ funzjonijiet ewleni n. Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin oħra jistgħu jinkludu kapijiet ta’ linji tan - negozju sinifikanti, fergħat taż - Żona Ekonomika Ewropea/tal- Assoċjazzjoni Ewropea tal - Kummerċ Ħieles, sussidjarji ta’ pajjiżi terzi u funzjonijiet interni oħra”. Ara wkoll il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal -idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad -detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

39 Skont il-paragrafu 22(i) tal- Linji Gwida dwar il-governanza interna tal- EBA, tali arranġamenti għandhom jagħtu dettalji dwar “i. ir-rwol, il- kompożizzjoni u l - kompiti ta’ kull wieħed minnhom; ii. fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluża d - dokumentazzjoni tar - rakkomandazzjonijiet u l - konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l - korp ta’ ġestjo ni, l- awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra”.

40 Ara l-paragrafu 30 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA.

41 Ara l-paragrafu 34 tal-Linji Gwida dwar il- governanza interna tal -EBA.

136. F’konformità mal -Artikolu 46(4) tad- Direttiva 2015/849 (AMLD), l -awtoritajiet kompetenti …

F’konformità mal -Artikolu 46(4) tad- Direttiva 2015/849 (AMLD), l -awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw ukoll li d -dokumenti tal- applikazzjoni jipprevedu l -identi fikazzjoni tal - membru tal- korp ta’ ġestjoni li għandu jkun responsabbli għall - implimentazzjoni tal - liġijiet, ir - regolamenti u d- dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall -konformità mar- rekwiżiti tal - AML/CTF.

9.2.2 Valutazzjoni tal - idoneità tal - korp ta’ ġestjoni u tad - detenturi tal - funzjonijiet ewlenin

137. F’konformità mat - tieni subparagrafu tal -Artikolu 13(1), l- awtoritajiet kompetenti tas - …

F’konformità mat - tieni subparagrafu tal -Artikolu 13(1), l- awtoritajiet kompetenti tas - CRD għandhom jissoġġettaw lill -membri tal- korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu għal valutazzjoni tal -idoneità u għandhom jirrifjutaw li jagħtu l - awtorizzazzjoni meta dawn ma jissodisfawx ir - rekwiżiti stabbiliti fl -Artikolu 91(1) tas - CRD.

138. Fejn applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għal valutazzjoni …

Fejn applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal - idoneità tad- detenturi ta’ funzjon ijiet ewlenin, kif definit fil-Linji Gwida tal-EBA dwar il-governanza interna .

139. Tali valutazzjoni tal - idoneità għandha titwettaq f’konformità mal - Linji Gwida tal- EBA u …

Tali valutazzjoni tal - idoneità għandha titwettaq f’konformità mal - Linji Gwida tal- EBA u tal - ESMA dwar il- valutazzjoni tal -idoneità tal- korp ta’ ġestjoni u tad - detenturi ta’ funz jonijiet ewlenin .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/