+8.1 Allowances
---+129. Ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa tad-ditti ta’ investiment tista’ tikkonsisti f’komponenti …
---+130. B’mod partikolari, meta l- benefiċċji jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa, iżda juru xi waħda …
---+131. Meta l- allowances ikunu bbażati fuq ir -rwol, il-funzjoni u r-responsabbiltà …
---+132. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - allowances mhumiex veikolu jew metodu li …

8.1 Allowances

8.1 Allowances

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
129. Ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa tad-ditti ta’ investiment tista’ tikkonsisti f’komponenti …

Ir-remunerazzjoni varjabbli u fissa tad-ditti ta’ investiment tista’ tikkonsisti f’komponenti differenti, inklużi ħlasijiet jew benefiċċji addizzjonali jew anċillari. Id -ditti ta’ investiment għandhom janalizzaw l -allowances18 u jallokawhom fi l-komponent varjabbli jew fiss tar-remunerazzjoni. L- allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il -kriterji fit- taqsima 7.


18 It-tikketta tista’ tvarja skont id- ditta ta’ investiment: “paga bbażata fuq ir -rwol, allowance tal-persunal, allowance tar-rwol aġġustabbli, allowance tal - paga fissa”, eċċ.

130. B’mod partikolari, meta l- benefiċċji jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa, iżda juru xi waħda …

B’mod partikolari, meta l- benefiċċji jitqiesu bħala remunerazzjoni fissa, iżda juru xi waħda mill - karatteristiċi li ġejjn, id -ditta ta’ i nvestiment għandha tiddokumenta kif xieraq ir - riżultati tal - valutazzjonijiet magħmulin skont it - taqsima 7:

  • a. jitħallsu biss lill -membri tal-persunal identifikati19 ;
  • b. huma limitati għal każijiet li fihom il -proporzjon bejn il-komponenti varjabbli u fissi tar-remunerazzjoni kien ikun jaqbeż il - proporzjon stabbilit fi ħdan il -politika ta’ remunerazzjoni;
  • c. l- allowances huma marbutin ma’ indikaturi li possibbilment jistgħu jinftiehmu bħala indikaturi tal-prestazzjoni. F’dak il- każ id - ditta ta’ investiment għandha tkun kapaċi turi li dawn l- indikaturi mhumiex marbutin mal -prestazzjoni tad- ditta ta’ investiment, eż. billi tanalizza l-korrelazzjoni mal-indikaturi tal- prestazzjoni użati.

19 Li tkun membru tal- persunal identifikat m’għandux jitqies bħala rwol jew funzjoni.

131. Meta l- allowances ikunu bbażati fuq ir -rwol, il-funzjoni u r-responsabbiltà …

Meta l- allowances ikunu bbażati fuq ir -rwol, il-funzjoni u r-responsabbiltà organizzazzjonali tal-persunal, sabiex jiġu mmappjati b’mod korrett fil -komponent fiss tar-remunerazzjoni, dawn għandhom jissodisfaw il -kriterji stabbiliti fil-paragrafu 128 filwaqt li jitqiesu l -partikolaritajiet kollha li ġejjin:

  • a. l-allow ance hija marbuta ma’ rwol jew ma’ responsabbiltà organizzazzjonali u tingħata bil - patt li ma sseħħ l -ebda bidla materjali fir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet tar- rwol sabiex fil-fatt il-persunal ikollu rwol jew responsabbiltà organizzazzjonali differenti;
  • b. l-ammont ma jiddependi minn l- ebda fattur ħlief li jissodisfa ċertu rwol jew li jkollu ċerta responsabbiltà organizzazzjonali u l-kriterji fil-paragrafu 14;
  • c. kwalunkwe membru tal- persunal ieħor li jwettaq l - istess rwol jew li għandu l -istess responsabb iltà organizzazzjonali u li huwa f’sitwazzjoni komparabbli jkun intitolat għal allowance komparabbli.
132. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - allowances mhumiex veikolu jew metodu li …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - allowances mhumiex veikolu jew metodu li jiffaċilità n - nuqqas ta’ konformità tad -ditti ta’ investiment mad-Direttiva (UE) 2019/2034. EBA Public

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/