+166. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala …
|
166. Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala …
Il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni għandhom jitqiesu bħala remunerazzjoni varjabbli u bħala prinċipju ġenerali għaldaqstant, jekk jingħa taw lil persunal identifikat, japplikaw ir- rekwiżiti kollha skont l -Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Madanakollu, fiċ - ċirkostanzi li ġejjin, il- ħlasijiet ta’ terminazzjoni m’għandhomx jitqiesu għall -finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon bejn remuner azzjoni varjabbli u fissa stabbilita fi ħdan il - politiki ta’ remunerazzjoni u għall - applikazzjoni tad-differiment u tal- ħlas fi strumenti: - a. ħlasijiet ta’ terminazzjoni mandatorji skont il - liġi nazzjonali tax - xogħol jew mandatorja wara deċiżjoni tal - qorti;
- b. ħ lasijiet ta’ terminazzjoni skont (i) u (ii) meta d-ditta ta’ investiment tista’ turi r- raġunijiet u l-adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni:
- (i) ħlasijiet ta’ terminazzjoni kkalkolati permezz ta’ formula ġenerika predefinita xierqa (eż. gardening leave) stabbilita fil-politika ta’ remunerazzjoni fil- każijiet imsemmijin fil-paragrafu 161;
- (ii) ħlasijiet ta’ terminazzjoni li jikkorrispondu għall -ammont addizzjonali dovut fl-applikazzjoni ta’ klawżola ta’ nonkompetizzjoni fil - kuntratt u mħallsin f’perjodi futuri sal-ammont tar- remunerazzjoni fissa li kieku kienu jitħallsu għall -perjodu ta’ nonkompetizzjoni, li kieku l- persunal kien għadu impjegat.
- c. ħlasijiet ta’ terminazzjoni skont il -paragrafu 161 , li ma jissodisfawx il -kundizzjoni fil-punt (i) tal-paragrafu 166, meta d-ditta ta’ investiment tkun uriet lill-awtorità kompetenti r- raġunijiet u l-adegwatezza tal-ammont tal- ħlas ta’ terminazzjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|