+5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju
---+59. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas: a. jagħti pariri u jappoġġa …
---+60. Il-kumitat tar- riskju għandu jikkollabora ma’ kumitati oħra li l - attivitajiet tagħhom jista’ …

5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju

5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
59. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas: a. jagħti pariri u jappoġġa …

Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - inqas:

  • a. jagħti pariri u jappoġġa lill - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu fir -rigward tal- istrateġija tar -riskju u tal- predispożizzjoni għar -riskju attwali u futuri tad-ditta tal-investiment b’mod ġenerali, filwaqt li jassisti lill - korp maniġerjali biex jissorvelja l - implimentazzjoni ta’ dik l- istrateġija, sabiex jiġi żgurat li huma konformi mal -objettivi kummerċjali, mal-kultura u mal-valuri korporattivi tad-ditta tal-investiment;
  • b. jassisti lill- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu fis -sorveljanza tal-implimentazzjoni tal- istrateġija tar -riskju tad-ditta tal-investiment u l-istabbiliment tal-limiti korrispondenti;
  • c. jissorvelja l-implimentazzjoni tal- istrateġiji għall - ġestjoni tal -kapital u tal-likwidità kif ukoll għar -riskji rilevanti l- oħra kollha ta’ ditta tal - investiment, bħal riskji għall -klijenti, riskji għas - suq, riskji għad -ditti, riskji operattivi (i nklużi riskji legali u tal - IT) u riskji għar - reputazzjoni sabiex tiġi vvalutata l - adegwatezza tagħhom meta mqabbla mal - istrateġija tar -riskju u l- predispożizzjoni għar -riskju approvati;
  • d. jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill- korp maniġerjali fil -funzjoni supe rviżorja tiegħu dwar aġġustamenti meħtieġa fl - istrateġija tar - riskju bħala riżultat ta’, fost l - oħrajn, tibdil fil- mudell kummerċjali tad -ditta tal- investiment, żviluppi fis - suq jew rakkomandazzjonijiet magħmula mill -funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju;
  • e. jipprovdi pariri dwar il- ħatra ta’ konsulenti esterni li l - funzjoni superviżorja tista’ tiddeċiedi li tqabbad għal pariri jew appoġġ;
  • f. jirrieżamina għadd ta’ xenarji possibbli, inkluż xenarji ta’ kriżi, sabiex jiġi vvalutat kif il - profil tar-riskju tad-ditta tal- investiment jirreaġixxi għal avvenimenti esterni u interni;
  • g. jissorvelja l-allinjament bejn l-istrumenti u s-servizzi finanzjarji materjali kollha offruti lill-klijenti kif ukoll il- mudell kummerċjali u l - istrateġija tar -riskju tad-ditta tal-investiment. Il-kumitat tar- riskju, fejn stabbilit, għandu jivvaluta r - riskji assoċjati mal - istrumenti u mas- servizzi finanzjarji offruti u jqis l -allinjament bejn il-prezzijiet assenjati u l-profitti miksuba minn dawk il-prodotti u servizzi; u
  • h. jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet ta’ awdituri interni jew esterni u jsegwi l-implimentazzjoni xierqa tal - miżuri meħuda.
60. Il-kumitat tar- riskju għandu jikkollabora ma’ kumitati oħra li l - attivitajiet tagħhom jista’ …

Il-kumitat tar- riskju għandu jikkollabora ma’ kumitati oħra li l - attivitajiet tagħhom jista’ jkollhom impatt fuq l - istrateġija tar - riskju (eż. Il -kumitati tar-remunerazzjoni, fejn stabbilit) u jikkomunika regolarment mal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tad-ditta tal-investiment, b’mod partikolari mal-funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/