+7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp
---+77. F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) …
---+78. Il- korp maniġerjali ta’ sussidjarja li hija soġġetta għad -Direttiva (UE) 2019/2034 għandu …
---+79. Fil-livell konsolidat, l- impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tiżgura li jaderixxu mal …
---+80. Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l …
---+81. Impriża prinċipali tal -Unjoni u s- sussidjarji tagħha għandhom jiżguraw li d -ditti …
---+82. Impriża prinċ ipali tal- Unjoni għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi u li …
---+83. Ir- rekwiżiti ta’ governanza tad -Direttiva 2019/2034/UE u d- dispożizzjonijiet f’dawn il …
---+84. Meta jistabbilixxu politiki u jiddokumentaw arranġamenti ta’ governanza, id -ditti …

7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp

7 Qafas organizzazzjonali f’kuntest ta’ grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
77. F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) …

F’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033, u sakemm l-Artikolu 8 tar- Regolament (UE) 2019/2033 ma jiġix applikat mill - awtoritajiet kompetenti, l- impriża prinċ ipali tal-Unjoni u s- sussidjarji tagħhom soġġetti għad - Direttiva (UE) 2019/2034 għandhom jiżguraw li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi ta’ governanza jkunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata. Għal dan il - għan, l - impriżi prinċipali u s-sussidjarji fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali għandhom jimplimentaw tali arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi fis - sussidjarji tagħhom li mhumiex soġġetti għad -Direttiva (UE) 2019/2034, inklużi dawk stabbiliti f’pajjiżi terzi inkluż f’ċentri finanzjarji offshore - biex jiġu żgurati arranġamenti robusti ta’ governanza fuq bażi konsolidata. Il- funzjonijiet kompetenti fi ħdan l - impriża prinċipali tal -Unjoni u fis- sussidjarji tagħha għandhom jinteraġixxu u jiskambjaw data u informazzjo ni kif xieraq. L - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi ta’ governanza għandhom jiżguraw li l - impriża prinċipali tal -Unjoni jkollha data u informazzjoni suffiċjenti u tkun tista’ tivvaluta l -profil tar- riskju għall -grupp kollu kif spjegat fit- Taqsima 6.2.

78. Il- korp maniġerjali ta’ sussidjarja li hija soġġetta għad -Direttiva (UE) 2019/2034 għandu …

Il- korp maniġerjali ta’ sussidjarja li hija soġġetta għad -Direttiva (UE) 2019/2034 għandu jadotta u jimplimenta fuq il -livell individwali l- politiki ta’ governanza applikabbli għall -grupp kollu stabbiliti fil-livell konsolidat, b’mod konformi mar- rekwiżiti speċifiċi kollha skont il - liġi nazzjonali u d-dritt tal-UE.

79. Fil-livell konsolidat, l- impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tiżgura li jaderixxu mal …

Fil-livell konsolidat, l- impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tiżgura li jaderixxu mal -politiki ta’ governanza u l- qafas ta’ kontroll intern għall -grupp kollu kif imsemmi fit-Titolu V mid-ditta tal-investiment u l-entitajiet kollha fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali, inkluż is- sussidjarji tagħhom li mhumiex soġġetti għad -Direttiva (UE) 2019/2034. Meta timplimenta politiki ta’ governanza, l- impriża prinċipali tal -Unjoni għandha tiżgura li jkun hemm arranġamenti robusti ta’ governanza stabbiliti għal kull sussidjarja u tqis arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi speċifiċi fejn l - attivitajiet kummerċjali ma jkunux organizzati f’entitajiet ġuridiċi separati iżda f’matriċi ta’ linji operatorji li tinkludi diversi entitajiet ġuridiċi.

80. Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l …

Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tqis l -interessi tas- sussidjarji kollha tagħha, u l -mod kif l-istrateġiji u l - politiki jikkontribwixxu għall -interess ta’ kull sussidjarja u l-interessi tal-grupp kollu fit-tul.

81. Impriża prinċipali tal -Unjoni u s- sussidjarji tagħha għandhom jiżguraw li d -ditti …

Impriża prinċipali tal -Unjoni u s- sussidjarji tagħha għandhom jiżguraw li d -ditti tal-investiment u l- entitajiet fi ħdan il -grupp jikkonformaw mar- rekwiżiti regolatorji speċifiċi kollha fi kwalunkwe ġuriżdizzjoni rilevanti.

82. Impriża prinċ ipali tal- Unjoni għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi u li …

Impriża prinċ ipali tal- Unjoni għandha tiżgura li sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi u li huma inklużi fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni prudenzjali, jkollhom arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi ta’ governanza stabbiliti li huma konsistenti mal -politiki ta’ governanza għall -grupp kollu u jikkonformaw mar- rekwiżiti tal -Artikoli 25 sa 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 u ma’ dawn il-linji gwida, sakemm dan ma jkunx illegali skont il- liġijiet tal- pajjiż terz.

83. Ir- rekwiżiti ta’ governanza tad -Direttiva 2019/2034/UE u d- dispożizzjonijiet f’dawn il …

Ir- rekwiżiti ta’ governanza tad -Direttiva 2019/2034/UE u d- dispożizzjonijiet f’dawn il -linji gwida japplikaw għal ditta tal -investiment indipendentement mill- fatt li jistgħu jkunu sussidjarji ta’ impriża prinċipali f’pajjiż terz. Meta sussidjarja ta’ impriża prinċipali tal - UE f’pajjiż terz tkun impriża prinċipali tal -Unjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni prudenzjali ma jinkludix il-livell tal- impriża prinċipali li tinsab f’pajjiż terz u sussidjarji diretti oħrajn ta’ dik l- impriża prinċipali. Impriża prinċipali tal - Unjoni għandha tiżgura li l-politika ta’ governanza tal-grupp kollu tad-ditta tal- investiment prinċipali f’pajjiż terz titqies fi ħdan il -politika ta’ governanza tagħha stess sakemm dan ma jmurx kontra r - rekwiżiti stabbiliti fid -dritt rilevanti tal- UE, inkluż fid -Direttiva (UE) 2019/2034 u l- ispeċifikazzjonijiet ulterjuri f’dawn il -linji gwida.

84. Meta jistabbilixxu politiki u jiddokumentaw arranġamenti ta’ governanza, id -ditti …

Meta jistabbilixxu politiki u jiddokumentaw arranġamenti ta’ governanza, id -ditti tal-investiment għandhom iqisu l -aspetti elenkati fl-Anness I. Filwaqt li l -politiki u d-dokumentazzjoni jis tgħu jiġu inklużi f’dokumenti separati, id -ditti tal- investiment għandha jikkunsidraw li jikkombinawhom jew jirreferu għalihom f’dokument qafas ta’ governanza uniku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/