+19 Funzjoni ta’ konformità
---+183. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva tal …
---+184. Ir-rwol tal- uffiċjal tal -konfo rmità, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità …
---+185. Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed …
---+186. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l -implimentazzjoni …
---+187. Il- funzjoni ta’ konformità għandha tagħti pariri lill - korp maniġerjali dwar miżuri li …
---+188. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità …
---+189. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li …
---+190. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu …

19 Funzjoni ta’ konformità

19 Funzjoni ta’ konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
183. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva tal …

Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni permanenti u effettiva tal -konformità għall - ġestjoni tar - riskju ta’ konformità u għandhom jaħtru persuna biex tkun responsabbli minn din il-funzjoni fid-ditta tal-investiment kollha (l- uffiċjal tal -konformità). Il-funzjoni ta’ konformità, il-politiki u l- proċeduri għandhom ikunu konformi wkoll mal -Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 u mal-linji gwida tal-ESMA dwar il-funzjoni ta’ konformità.

184. Ir-rwol tal- uffiċjal tal -konfo rmità, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità …

Ir-rwol tal- uffiċjal tal -konfo rmità, filwaqt li jitqies il - prinċipju tal -proporzjonalità kif stabbilit fit-Titolu I, jista’ jiġi kkombinat mal -kap tal- RMF jew, fejn ma jkunx proporzjonat li jinħatar persuna li tkun iddedikata biss għal din il - funzjoni, jista’ jitwettaq minn persuna superjuri oħra (eż. kap tal - liġi), sakemm ma jkun hemm l -ebda kunflitt ta’ interess bejn il- kompiti mwettqa.

185. Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed …

Il- persunal fi ħdan il -funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandu jkollu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza fir- rigward ta’ proċeduri ta’ konformità u oħrajn rilevanti, u għandu jkollu aċċess għal taħriġ regolari.

186. Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l -implimentazzjoni …

Il- korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jissorvelja l -implimentazzjoni ta’ politika ta’ konformità dokumentata tajjeb, li għandha tiġi kkomunikata lill -persunal kollu. Id-ditti tal- investiment għandhom jistabbilixxu proċess għall -valutazzjoni regolari tat-tibdil fil- liġi u fir- regolamenti applikabbli għall - attivitajiet tagħhom.

187. Il- funzjoni ta’ konformità għandha tagħti pariri lill - korp maniġerjali dwar miżuri li …

Il- funzjoni ta’ konformità għandha tagħti pariri lill - korp maniġerjali dwar miżuri li għandh om jittieħdu biex tiġi żgurata konformità ma’ liġijiet, regoli, regolamenti u standards applikabbli, u għandha tivvaluta l -impatt possibbli ta’ kwalunkwe tibdil fl-ambjent legali jew regolatorju fuq l - attivitajiet u fuq il - qafas ta’ konformità tad -ditta tal-investiment.

188. Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità …

Il-funzjoni ta’ verifika tal- konformità għandha tiżgura li l - monitoraġġ tal -konformità jsir permezz ta’ programm strutturat u definit tajjeb ta’ monitoraġġ tal - konformità u li tiġi osservata l-politika ta’ konformità. Il-funzjoni ta’ konfor mità għandha tirrapporta għand il -korp maniġerjali u tikkomunika kif xieraq mal -RMF dwar ir-riskju ta’ konformità tad-ditta tal-investiment u l- ġestjoni tiegħu. Il -funzjoni ta’ verifika tal-konformità u l- RMF għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni kif xieraq biex iwettqu l - kompiti rispettivi tagħhom. Waqt il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet il - korp maniġerjali u l - RMF għandhom iqisu s -sejbiet tal-funzjoni tal-konformità.

189. Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li …

Id-ditti tal- investiment għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li tista’ tiffaċilita jew tippermetti frodi, ML/TF jew reati finanzjarji oħra u ksur tad - dixxiplina (eż. ksur ta’ proċeduri interni jew ksur tal -limiti).

190. Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu …

Id-ditti tal- investiment għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l - operazzjonijiet tagħhom ikunu konformi mal - liġijiet u mar -regolamenti lokali. Jekk il- liġijiet u r -regolamenti lokali jfixklu l- applikazzjoni ta’ proċeduri u ta’ sistemi ta’ konformità aktar stretti implimentati mill-grup p, speċjalment jekk ma jippermettux l - iżvelar u l- iskambju ta’ informazzjoni neċessarja bejn entitajiet fi ħdan il -grupp, is-sussidjarji u l- fergħat għandhom jgħarrfu lill - uffiċjal għall -konformità jew lill-kap tal-konformità tal- impriża prinċipali tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/