+Titolu VII – trasparenza
---+208. L- istrateġiji, il -politiki u l- proċeduri għandhom jiġu komunikati lill -persunal rilevanti …
---+209. Għaldaqstant, il - korp maniġerjali għandu jgħarraf u jaġġorna lill -persunal rilevanti dwar …
---+210. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu lill- impriżi prinċipali li jippubblikaw fuq bażi …
---+211. Il-pubblikazz joni għandha tal - inqas tinkludi: a. ħarsa ġenerali lejn l -organizzazzjoni …

Titolu VII – trasparenza

Titolu VII – trasparenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
208. L- istrateġiji, il -politiki u l- proċeduri għandhom jiġu komunikati lill -persunal rilevanti …

L- istrateġiji, il -politiki u l- proċeduri għandhom jiġu komunikati lill -persunal rilevanti kollu f’ditta tal-investiment. Il-persunal ta’ ditta tal- investiment għandu jifhem u jaderixxi ma’ politiki u proċeduri li jirrigwardaw id -dmirijiet u r-responsabbilt ajiet tiegħu.

209. Għaldaqstant, il - korp maniġerjali għandu jgħarraf u jaġġorna lill -persunal rilevanti dwar …

Għaldaqstant, il - korp maniġerjali għandu jgħarraf u jaġġorna lill -persunal rilevanti dwar l-istrateġiji u l -politiki tad-ditta tal- investiment b’mod ċar u konsistenti, tal - inqas fil -livell meħtieġ biex iwettqu d - dmirijiet partikolari tagħhom . Dan jista’ jsir permezz ta’ linji gwida bil-miktub, manwali jew mezzi oħrajn.

210. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu lill- impriżi prinċipali li jippubblikaw fuq bażi …

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu lill- impriżi prinċipali li jippubblikaw fuq bażi annwali deskrizzjoni tal- istruttura ġuridika tagħhom u tal -istruttura ta’ governanza u organizzazzjonali tal-grupp tad-ditta tal-investiment, skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-informazzjoni għandha tinkludi l -entitajiet kollha fl-istruttura tal-grupp kif definit fid-Direttiva 2013/34/UE30 , skont il- pajjiż.


30 Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r- rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d - Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill u li tħassar id -Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)

211. Il-pubblikazz joni għandha tal - inqas tinkludi: a. ħarsa ġenerali lejn l -organizzazzjoni …

Il-pubblikazz joni għandha tal - inqas tinkludi:

  • a. ħarsa ġenerali lejn l -organizzazzjoni interna tad-ditta tal-investiment u tal-istruttura tal-grupp kif definit fid-Direttiva (UE) 2013/34 u t- tibdil fihom, inkluż il -linji ta’ rapportar u r-responsabbiltajiet ewlenin;
  • b. kwalunkwe tibdil materjali mill- pubblikazzjoni preċedenti u d -data tat-tibdil materjali;
  • c. strutturi ġuridiċi, governattivi jew organizzazzjonali ġodda;
  • d. informazzjoni dwar l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-membri tal- korp maniġerjali, inkluż l - għadd tal -membri tiegħu u l - għadd ta’ dawk ikkwalifikati bħala indipendenti, u li tispeċifika l - ġeneru u t -tul tal-mandat ta’ kull membru tal- korp maniġerjali;
  • e. ir-responsabbiltajiet ewlenin tal- korp maniġerjali;
  • f. lista tal-kumitati tal- korp maniġerjali fil -funzjoni supervi żorja tiegħu u l - kompożizzjoni tagħhom;
  • g. ħarsa ġenerali lejn il -politika dwar il- kunflitt ta’ interess applikabbli għad -ditta tal-investiment u għall - korp maniġerjali;
  • h. ħarsa ġenerali lejn il - qafas ta’ kontroll intern; u
  • i. ħarsa ġenerali lejn il - qafas ta’ ġes tjoni tal-kontinwità tal-operat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/