+44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …

44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …

Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej:

  • a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni (jiġifieri diretturi mhux eżekuttivi), kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “persunal identifikat ieħor”.
  • b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi) kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor”.
  • c. “Bank tal - investiment” għandu jinkludi finanzi korporattivi, negozjar u bejgħ kif definiti fit - Tabella 2 tal - Artikolu 317 tar - Regolament (UE) 575/2013, tranżazzjonijiet immotivati mis - suq kapitali kif definiti fl - Artikolu 193(3) tar - Regolament (UE) 575/2013, u ekwità privata.
  • d. “Operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur” għandhom jinkludu l - attività totali ta’ self tal - istituzzjoni (lil individwi u intrapriżi).
  • e. “Immaniġġar tal - assi” għandu jinkludi l - immaniġġar tal - assi fi ħdan:
  • i. l- istituzzjoni li hija inkluża fil - kampjun;
  • ii. sussidjarji li huma istituzzjonijiet, inklużi ditti ta’ investiment wara li jitqies l - Artikolu 1(2) jew (5) tar - Regolament (UE) 2019/2033; u
  • iii. sussidjarji li huma ditti ta’ investiment, impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM) jew ditti ta’ investiment li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE fuq bażi kkonsolidata wara l - applikazzjoni tal - Artikolu 109(5) jew (6) ta’ din id - Direttiva.
  • f. “Funzjonijiet korporattivi” għandhom jinkludu membri tal - persunal fil - funzjonijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet mill - istituzzjoni kollha fil - livell ikkonsolidat u mis - sussidjarji b’tali funzjonijiet fil - livell individwali, eż. ir - riżorsi umani u t - teknoloġija tal - informazzjo ni.
  • g. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fit - Taqsima 19 tal - linji gwida tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE. EBA Public
  • h. Għall - Anness I, “persunal f’sussidjarji soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku” għandu jinftiehem bħala li jinkludi l - persunal kollu li huwa impjegat minn sussidjarja li hija ditta ta’ investiment, UCITS jew AIFM li huma soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku u li ma humiex soġġetti għall - applikazzjoni tar - rekwiżiti ta’ rimunerazzjoni fuq bażi kkonsolidata kif stabbilit fl - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE.
  • i. “Il - persunal l - ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal u l- membri tal - korp maniġerjali ta’ sussidjarji, minbarra d - ditti ta’ investiment, il - UCITS u l - AIFM, li ma jistgħux jiġu allokati għall - kategoriji taħt (a) sa (h).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/