+86. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. dipendenzi esterni …

86. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. dipendenzi esterni …

L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu:

  • a. dipendenzi esterni ewlenin: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il - fatturi esoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is - suċċess tal - mudell tan - negozju; dawn jistgħu jinkludu fornituri ta’ partijiet terzi, intermedjarji u motivaturi regolatorji speċifiċi;
  • b. dipendenzi interni ewlenin: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il - fatturi endoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is - suċċess tal - mudell tan - negozju; dawn jistgħu jinkludu l - kwalità tal - pjattaformi tal - IT u l - kapaċità operattiva u tar - riżorsi; u anke nies ewlenin;
  • c. franchise: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw is - saħħa tar - relazzjonijiet mal - klijenti, il - fornituri u s - sħab; din tista’ tinkludi d - dipendenza tad -

24 ditta tal - investiment fuq ir - reputazzjoni tagħha, l - effettività tal - fergħat, il - lealtà tal - klijenti u l - effettività tas - sħubijiet; u

  • d. oqsma ta’ vantaġġ kompetittiv: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw ukoll l - oqsma li fihom id - ditta tal - investiment jkollha vantaġġ kompetittiv fuq il -pari tagħha; dawn jistgħu jinkludu kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq, bħall - kwalità tal - pjattaformi tal - IT tad - ditta tal - investiment, jew fatturi oħrajn bħan - network globali tad - ditta tal - investiment, l - iskala tan - negozju tagħha jew il - propożizzjoni tal - prodott tagħha.
  • e. Riskji tal - ML/TF: fl - analiżi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe indikazzjoni l i l- mudell u l - attivitajiet kummerċjali jwasslu għal riskji akbar tal - ML/TF, inkluż it - tranżazzjonijiet f’kontanti jew l - istabbiliment jew l - użu ta’ entitajiet ġuridiċi f’pajjiżi terzi b’riskju għoli, kif identifikati f’konformità mal - Artikolu 9 tad - Direttiva (UE) 2015/849. Meta preżenti, dawn l - indikazzjonijiet għandhom jiġu kkomplementati b’analiżi kwantitattiva, kif xieraq, b’enfasi partikolari fuq il - materjalità tad - dħul u l - introjtu minn operazzjonijiet immexxija f’tali pajjiżi terzi b’riskju għoli, il - konċentrazzjonijiet ta’ skoperturi għall - klijenti li għalihom id - ditti tal - investiment japplikaw diliġenza dovuta mtejba tal - klijenti kif stabbilit fil - Kapitolu II, it - Taqsima 3 tad - Direttiva 2015/849.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/