+4.5 Analiżi tal - mudell tan - negozju attwali
---+82. Biex jifhmu l - mezzi u l - metodi użati minn ditta tal - investiment biex taħdem u tiġġenera …
---+83. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kemm analiżi statika kif ukoll tax - xejriet tal - …
---+84. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. profitt u telf: l - …
---+85. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal - karatteristiċi kwalitattivi tal - …
---+86. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. dipendenzi esterni …
|
4.5 Analiżi tal - mudell tan - negozju attwali
4.5 Analiżi tal - mudell tan - negozju attwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
82. Biex jifhmu l - mezzi u l - metodi użati minn ditta tal - investiment biex taħdem u tiġġenera …
|
Biex jifhmu l - mezzi u l - metodi użati minn ditta tal - investiment biex taħdem u tiġġenera profitt i, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu analiżijiet kwantitattivi u kwalitattivi. 23 4.5.1 Analiżi kwantitattiva
|
|
83. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kemm analiżi statika kif ukoll tax - xejriet tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kemm analiżi statika kif ukoll tax - xejriet tal - karatteristiċi kwantitattivi ewlenin tal - mudell tan - negozju attwali tad - ditta tal - investiment biex jifhmu l - prestazzjoni finanzjarja tagħha u l - livell sa fejn tkun immexxija mill - aptit għar - riskju tagħha li jkun ogħla jew aktar baxx mill -pari.
|
|
84. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. profitt u telf: l - …
|
L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: - a. profitt u telf: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - profittabbiltà sottostanti tad - ditta tal - investiment (wara entrati ta’ eċċezzjoni u ta’ darba), it - tqassim tal - flussi ta’ dħul, it - tqassim tal - ispejjeż, dispożizzjonijiet ta’ indeboliment u proporzjonijiet ewlenin (inkluż il - marġni tal - profitt nett tal - ispiża/dħul, fluss nett tal - flus);
- b. il- karta tal - bilanċ: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw it - taħlita bejn l - assi u l- obbligazzjonijiet, l - istruttura ta’ finanzjament, il -bidl a fil - fondi proprji u r - rekwiżiti tal - fondi proprji, u l - proporzjonijiet ewlenin (eż. redditu fuq l - ekwità, il - kapital tal - Grad 1 ta’ ekwità komuni, diskrepanza fil - finanzjament);
- c. konċentrazzjonijiet: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - konċentrazzjonijiet fil - P&L u l - karta tal - bilanċ relatati mal - klijenti, is - setturi u l - ġeografiji; u
- d. aptit għar - riskju: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - limiti formali stabbiliti mid - ditta tal - investiment (b’mod partikolari limiti ta’ negozjar) u l - aderenza tagħha magħhom biex jifhmu r - riskji li d - ditta tal - investiment lesta tieħu biex tixpruna l - prestazzjoni finanzjarja tagħha.
4.5.2 Analiżi kwalitattiva
|
|
85. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal - karatteristiċi kwalitattivi tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi tal - karatteristiċi kwalitattivi tal - mudell tan - negozju attwali tad - ditta tal - investiment biex jifhmu l - motivaturi ta’ suċċess u d - dipendenzi ewlenin tagħha.
|
|
86. L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: a. dipendenzi esterni …
|
L- oqsma għal analiżi mill - awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu: - a. dipendenzi esterni ewlenin: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il - fatturi esoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is - suċċess tal - mudell tan - negozju; dawn jistgħu jinkludu fornituri ta’ partijiet terzi, intermedjarji u motivaturi regolatorji speċifiċi;
- b. dipendenzi interni ewlenin: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il - fatturi endoġeni ewlenin li jinfluwenzaw is - suċċess tal - mudell tan - negozju; dawn jistgħu jinkludu l - kwalità tal - pjattaformi tal - IT u l - kapaċità operattiva u tar - riżorsi; u anke nies ewlenin;
- c. franchise: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw is - saħħa tar - relazzjonijiet mal - klijenti, il - fornituri u s - sħab; din tista’ tinkludi d - dipendenza tad -
24 ditta tal - investiment fuq ir - reputazzjoni tagħha, l - effettività tal - fergħat, il - lealtà tal - klijenti u l - effettività tas - sħubijiet; u - d. oqsma ta’ vantaġġ kompetittiv: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw ukoll l - oqsma li fihom id - ditta tal - investiment jkollha vantaġġ kompetittiv fuq il -pari tagħha; dawn jistgħu jinkludu kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq, bħall - kwalità tal - pjattaformi tal - IT tad - ditta tal - investiment, jew fatturi oħrajn bħan - network globali tad - ditta tal - investiment, l - iskala tan - negozju tagħha jew il - propożizzjoni tal - prodott tagħha.
- e. Riskji tal - ML/TF: fl - analiżi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe indikazzjoni l i l- mudell u l - attivitajiet kummerċjali jwasslu għal riskji akbar tal - ML/TF, inkluż it - tranżazzjonijiet f’kontanti jew l - istabbiliment jew l - użu ta’ entitajiet ġuridiċi f’pajjiżi terzi b’riskju għoli, kif identifikati f’konformità mal - Artikolu 9 tad - Direttiva (UE) 2015/849. Meta preżenti, dawn l - indikazzjonijiet għandhom jiġu kkomplementati b’analiżi kwantitattiva, kif xieraq, b’enfasi partikolari fuq il - materjalità tad - dħul u l - introjtu minn operazzjonijiet immexxija f’tali pajjiżi terzi b’riskju għoli, il - konċentrazzjonijiet ta’ skoperturi għall - klijenti li għalihom id - ditti tal - investiment japplikaw diliġenza dovuta mtejba tal - klijenti kif stabbilit fil - Kapitolu II, it - Taqsima 3 tad - Direttiva 2015/849.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|