+4.8 Valutazzjoni tas - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment
---+91. Wara li jkunu wettqu l - analiżijiet koperti fit - Taqsimiet 4.4 sa 4.6, l - awtoritajiet …
---+92. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw is - sostenibbiltà tal - …
---+93. Għal ditti tal - investiment mhux kumplessi u meta il - projezzjonijiet finanzjarji ma jkunux …

4.8 Valutazzjoni tas - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment

4.8 Valutazzjoni tas - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
91. Wara li jkunu wettqu l - analiżijiet koperti fit - Taqsimiet 4.4 sa 4.6, l - awtoritajiet …

Wara li jkunu wettqu l - analiżijiet koperti fit - Taqsimiet 4.4 sa 4.6, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw, jew jaġġornaw, l - opinjoni tagħhom dwar is - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment fuq perjodu progressiv, filwaqt li jqisu l - pjanijiet strateġiċi u l - previżjonijiet finanzjarji tagħha u skont il - valutazzjoni superviżorja tal - ambjent t an- negozju. Tali perjodu progressiv għandu jkopri tal - inqas 3 snin iżda jista’ jiġi estiż biex jaqbel mal - valutazzjoni tal - SREP sħiħa mistennija li jmiss, f’konformità mal - mudell ta’ inkarigu minimu speċifikat fit - Titolu 2.

92. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw is - sostenibbiltà tal - …

B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw is - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment abbażi ta’:

26

  • a. il- plawżibbiltà tas - suppożizzjonijiet u l - prestazzjoni finanzjarja pproġettata tad - ditta tal - investiment meta mqabbla mal - perspettiva superviżorja tal -am bjent tan - negozju attwali u futur;
  • b. l- impatt fuq il - prestazzjoni finanzjarja pproġettata tal - perspettiva superviżorja tal - ambjent tan - negozju (meta din tkun differenti mis - suppożizzjonijiet tad - ditta tal - investiment); u
  • c. il- livell ta’ riskju tal - istrateġija (jiġifieri l - kumplessità u l - ambizzjoni tal - istrateġija meta mqabbla mal - mudell tan - negozju attwali) u l - probabbiltà konsegwenti ta’ suċċess ibbażata fuq il - kapaċitajiet eżekuttivi probabbli tad - ditta tal - investiment (imkejla bis - suċċess tad - ditta tal - investiment fl - eżekuzzjoni ta’ strateġiji preċedenti ta’ skala simili jew il - prestazzjoni fir - rigward tal - pjan strateġiku sa issa).
93. Għal ditti tal - investiment mhux kumplessi u meta il - projezzjonijiet finanzjarji ma jkunux …

Għal ditti tal - investiment mhux kumplessi u meta il - projezzjonijiet finanzjarji ma jkunux disponibbli jew ma jkunux affidabbli, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw is - sostenibbiltà tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment b’mod kwalitattiv b’enfasi fuq:

  • a. it - tkabbir kumplessiv ippjanat f’kull attività tan - negozju sinifikanti u l - impatt potenzjali tal - ambjent tan - negozju fuq il- kapaċità li titwettaq l - istrateġija;
  • b. l- allinjament ħażin potenzjali bejn l - inċentiv tal - profitt fit - tul tad - ditta tal - investiment u l - interessi tal - konsumaturi u tas - swieq finanzjarji;
  • c. il- konsistenza tal - istrateġija tad - ditta tal - investiment mal - aptit għar - riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/