+7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku
---+299. Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala …
---+300. Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+301. Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku …
---+302. Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom …
---+303. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima …
---+304. Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti …
---+305. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - …
---+306. Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - …
---+307. B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti …
---+308. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan …
---+309. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta …
---+310. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil …
---+311. Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar …
---+312. Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw …
---+313. F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet …
---+314. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija …
---+315. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - …
---+316. Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex …
---+317. Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji …
---+318. Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha …
---+319. Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun …
---+320. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- …
---+321. L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta …
---+322. B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - …
|
7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku
7.4 L- issodisfar tar - rekwiżiti taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
299. Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala …
|
Għal ditti tal - investiment li ma jissodisfawx il - kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw bħala ditti tal - investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl - Artikolu 12(1) tar - Regolament (UE) 2019/2033, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw l - adegwatezza tal - fondi proprji tad - ditta tal - investiment f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv u jekk miżuri superviżorji, inkluż gwida dwar il - fondi proprji addizzjonali (P2G), l - ippjanar tal - kapital rivedut u miżuri oħrajn kif stabbilit fit - Titolu 10, humiex meħtieġa biex jiġu indirizzati n- nuqqasijiet potenzjali.
|
|
300. Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta jitqies iċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw kif ir - riskji jew l - elementi tar - riskji li ditti tal - investiment joħolqu għal oħrajn jew ikunu esposti għalihom jistgħu jevolvu fuq perjodu ta’ diversi snin, b’kont meħud taċ - ċiklu tan - negozju tad - ditta tal - investiment. Il - livell tad - dettalji ta’ din il - valutazzjoni għandu jvarja skont il - kumplessità tal - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment.
|
|
301. Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku …
|
Sabiex tiġi vvalutata l- adegwatezza tal - kapital f’każ ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l - eżiti kwalitattivi u kwantitattivi ta’: - a. meta disponibbli, it - testijiet tal - istress superviżorji jew analiżijiet tas - sensittività;
- b. meta disponibbli u affidabbli biżżejjed abbażi tal - valutazzjoni mwettqa fit - Titolu 5, it - testijiet tal - istress jew analiżijiet tas - sensittività tad - ditta tal - investiment; jew
- c. valutazzjoni oħra ta’ ċaqliq ekonomiku ċikliku mwettqa mill - awtoritajiet kompetenti, jew mid - ditta tal - investiment abbażi tal - valutazzjoni mwettqa fit - Titolu 5, jekk jitqiesu affidabbli biżżejjed; jew
|
|
302. Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Abbażi tal - valutazzjoni skont il - paragrafu 301, l-a wtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il - fondi proprji tad - ditta tal - investiment humiex biżżejjed biex ikopru r - rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli, inkluż ir - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali, taħt ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv. 7.4.1 Determinazzjoni u stabbiliment ta’ P2G
|
|
303. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il - P2G kif speċifikat f’din it - taqsima, u fi żmien speċifikat fil - paragrafu 271 . Meta d - determinazzjoni twassal għal valur pożittiv, huma għandhom jistabbilixxu P2G biex jindirizzaw it - tħassib superviżorju dwar is - sensittività tad - ditta tal - investiment għal ċaqliq ekonomiku ċikliku negattiv.
|
|
304. Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti …
|
Il- P2G hija l - ammont ta’ kapital meqjus adegwat li għandu jiġi stabbilit biex jippermetti ċaqliq ekonomiku ċikliku filwaqt li jipproteġi minn kwalunkwe ksur potenzjali tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji rilevanti f’konformità mal - Artikolu 9 tar - Regolament (UE) 2019/2033 u r - 86 rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali kkalkolat f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 u minn kwalunkwe theddida għall - kapaċità tad - ditta tal - investiment għall - stralċ ordnat. Meta l - awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li d - ditta tal - investiment ma tkunx ikkonċernata minn tali impedimenti taħt kundizzjonijiet ekonomiċi negattivi, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux P2G.
|
|
305. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw u jistabbilixxu P2G abbażi tal - eżiti tal - valutazzjoni taċ - ċaqliq ekonomiku ċikliku f’konformità mal - paragrafu 301 . Tali analiżijiet għandhom iqisu l - istrateġija u l - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment, kif ukoll l - ambjent li topera fih, bħala l - bażi biex jiġu identifikati l - vulnerabbiltajiet u r - riskji ta’ ħsara fil - livell tad - ditta tal - investiment, u jirriflettu ċaqliq ekonomiku ċikliku rilevanti li jista’ jkun sistemiku bħala tfixkil mifrux għall - forniment ta’ servizzi finanzjarji kkawżat minn indeboliment ta’ parti kbira tas - sistema finanzjarja jew volatilità mifruxa fil - prezzijiet tal - assi jew speċifika għall - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment bħala xokk speċifiku għan - natura u t - tul tal - istrumenti finanzjarji li d - ditta tal - investiment tkun qed tinnegozja) fuq perjodu progressiv.
|
|
306. Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - …
|
Għall - finijiet tal - paragrafu 305, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - analiżijiet imwettqa għall - istabbiliment tal - P2G ikopru b’mod adegwat: - a. ir- riskji materjali kollha li jikkontribwixxu għar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034; u
- b. is - sitwazzjonijiet meta d - ditta tal - investiment iġġarrab telf materjali li jimpedixxi t - tmexxija tan - negozji tagħha jew meta jkollha twaqqaf attivitajiet b’mod ordnat.
|
|
307. B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti …
|
B’mod ġenerali, l - awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jużaw il - P2G biex ikopru aspetti ta’ riskji li għandhom jiġu koperti mir - rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali f’konformità mat - Taqsima 7.2 ta’ dawn il -linji gwida.
|
|
308. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan …
|
Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dan jiġi stabbilit f’livell xieraq biex ikopri l - varjazzjonijiet massimi antiċipati tas - CET1 tad - ditta tal - investiment u biex jiżgura l - kopertura tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli.
|
|
309. Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta …
|
Meta jiddeterminaw id - daqs tal -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, meta rilevanti, il - fatturi li ġejjin: - a. meta l - P2G tiġi ddeterminata abbażi tat - testijiet tal - istress, iż - żmien meta jseħħ l - impatt tal - istress massimu fir - rigward tal - punt ta’ tluq u l - orizzont taż - żmien tax - xenarji użati fit - testijiet tal - istress;
- b. l- eżitu ta’ test tal - istress jew tal - analiżi tas - sensittività interna tad - ditta tal - investiment affidabbli, billi jitqiesu d - definizzjonijiet u l - assunzjonijiet speċifiċi tax - xenarju, b’mod partikolari meta dawn jitqiesu aktar rilevanti għall - mudell tan - negozju u l - profil tar - riskju tad - ditta tal - investiment jew meta x - xenarji interni jkunu aktar severi mix - xenarji superviżorji, meta tali xenarji superviżorji jkunu disponibbli;
87 - c. l- azzjonijiet mitiganti ta’ ġestjoni rilevanti tad - ditti tal - investiment jekk kredibbli biżżejjed u ċerti ferm skont il - valutazzjoni superviżorja tagħhom;
- d. l- informazzjoni u opinjonijiet superviżorji dwar ir - rilevanza tat - testijiet tal - istress jew tal - analiżijiet tas - sensittività superviżorji jew tad - ditta tal - investiment stess għall - istrateġija, il - pjanijiet finanzjarji u l - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment;
- e. iċ - ċertezza mnaqqsa fuq is - sensittività reali tad - ditta tal - investiment għal xenarji negattivi;
- f. kwalunkwe trikkib potenzjali ma r- rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali applikabbli;
- g. jekk id - ditta tal - investiment hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni.
|
|
310. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil …
|
Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 271, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu fil - ħin il - livell tal - P2G jekk tali livell jitqies mhux preċiż abbażi tal - informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti. Huma għandhom tal - inqas jivvalutaw jekk il - livell tal -P2G eżistenti jibqax xieraq u jirreveduh jekk ikun meħtieġ, kull meta l - eżiti kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fil - paragrafu 305 juru bidliet sinifikanti meta mqabbla mal - analiżi użata qabel għall - istabbiliment tal -P2G.
|
|
311. Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar …
|
Il- P2G stabbilta mill - awtoritajiet kompetenti hija addizzjonali għall - ogħla komponent tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal - Artikolu 11 tar - Regolament (UE) 2019/20233 u għar - rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilt f’konformità mal - Artikolu 39(2), il- punt (a) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. 7.4.2 Komunikazzjoni u kompożizzjoni ta’ P2G
|
|
312. Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw …
|
Meta l -P 2G tiġi stabbilita jew aġġornata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - livelli u l - limiti ta’ żmien rilevanti tagħhom għall - istabbiliment tagħha f’konformità mal - paragrafu 316. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ukoll ir - reazzjoni superviżorja potenzjali għas - sitwazzjonijiet fejn il - P2G ma tiġix issodisfata.
|
|
313. F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet …
|
F’każ ta’ reviżjoni f’konformità mal - paragrafu 310 , meta ma jitwettqux ir - reviżjonijiet superviżorji f’konformità mal - Artikolu 36 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw il - livell il - ġdid ta’ P2G.
|
|
314. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lid - ditti tal - investiment li l - P2G hija mistennija li tiġi ssodisfata b’fondi proprji eliġibbli CET1 u li l - P2G hija mistennija li tiġi inkorporata fl - ippjanar tal - kapital u l - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tagħhom, inklużi l - qafas tal - aptit għar - riskju u, meta applikabbli l - ippjanar ta’ rkupru.
|
|
315. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ukoll lid - ditti tal - investiment li l - fondi proprji miżmuma għall - finijiet tal - P2G ma jistgħux jintużaw biex jissodisfaw rekwiżiti oħrajn ta’ fondi proprji.
|
|
316. Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex …
|
Meta jistabbilixxu u jikkomunikaw lid - ditta tal - investiment il - limiti ta’ żmien sabiex jistabbilixxu l -P2G, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw mill - inqas dan li ġej: 88 - a. jekk id - ditta tal - investiment hijiex taħt ristrutturar jew riżoluzzjoni; u
- b. l- implikazzjonijiet potenzjali li l - P2G denominata CET1 jista’ jkollha għal partijiet oħrajn mir - rekwiżiti kapitali u l - kapaċità tad - ditti tal - investiment biex joħorġu strumenti tal -Grad 1 (AT1) jew tal -Grad 2 (T2) addizzjonali.
7.4.3 Ippjanar tal- kapital u miżuri superviżorji oħrajn sabiex tiġi indirizzata l - adegwatezza tal-kapital f’kundizzjonijiet ta’ stress Ippjanar tal - kapital
|
|
317. Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji …
|
Meta l - eżiti kwantitattivi msemmija fit - Taqsima 7.4 jindikaw li, skont ix - xenarji negattivi speċifikati, ditta tal - investiment mhijiex se tkun tista’ tissodisfa r - rekwiżiti kapitali applikabbli, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lid - ditta tal - investiment tissottometti pjan ta’ kapital kredibbli li jindirizza r - riskju li ma tissodisfax ir - rekwiżiti kapitali applikabbli.
|
|
318. Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha …
|
Sabiex tiddetermina l - kredibbiltà tal - pjan ta’ kapital, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra, kif xieraq: - a. jekk il - pjan ta’ kapital ikoprix l - orizzont taż - żmien negattiv kollu preżunt;
- b. jekk il - pjan ta’ kapital jippreżentax sett ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni kredibbli;
- c. jekk id - ditta tal - investiment hijiex lesta u kapaċi li tieħu tali azzjonijiet sabiex tindirizza l - ksur tar - rekwiżiti kapitali applikabbli taħt kundizzjonijiet negattivi;
- d. jekk dawk l - azzjonijiet ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni humiex soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni legali jew reputazzjonali;
- e. il- probabbiltà li l - azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni se tippermetti lid - ditta tal - investiment tissodisfa bis - sħiħ ir - rekwiżiti kapitali applikabbli tagħha fi ħdan perjodu ta’ żmien xieraq;
- f. jekk l - azzjonijiet proposti humiex konformi b’mod wiesa’ mal - kunsiderazzjonijiet makroekonomiċi u ma’ bidliet regolatorji futuri magħrufa li jaffettwaw lil ditta tal - investiment fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni u l - perjodu ta’ żmien tax - xenarji negattivi preżunti; u
- g. meta applikabbli, il - firxa ta’ għażliet ta’ rkupru u l - analiżi tagħhom kif stabbilit fil - pjan ta’ rkupru tad - ditta tal - investiment.
|
|
319. Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun …
|
Meta jivvalutaw il - pjanijiet ta’ rkupru, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun xieraq, isegwu djalogu effettiv mad - ditta tal - investiment, jitolbuha tagħmel bidliet f’dawk il- pjanijiet kif xieraq, inkluż fl - azzjonijiet ta’ ġestjoni proposti, jew jitolbu lid - ditti tal - investiment jieħdu azzjonijiet ta’ mitigazzjoni addizzjonali li jsiru rilevanti fid - dawl tax - xenarji u l - kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali. 89
|
|
320. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jistennew li d - ditti tal - investiment jimplimentaw il- pjan ta’ kapital rivedut, inklużi bidliet ulterjuri li saru abbażi tar - riżultati tal - valutazzjoni superviżorja u tad - djalogu superviżorju. Miżuri superviżorji addizzjonali
|
|
321. L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom, meta rilevanti, jikkunsidraw l - applikazzjoni ta l-miżuri superviżorji addizzjonali speċifikati fit - Titolu 10, biex jiżguraw li d - ditta tal - investiment hija kapitalizzata b’mod adegwat taħt kundizzjonijiet negattivi.
|
|
322. B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - …
|
B’mod partikolari, meta l - eżiti kwantitattivi tat - testijiet tal - istress jew tal - analiżijiet tas - sensittività jindikaw li d - ditta tal - investiment aktarx se tikser ir - rekwiżiti kapitali applikabbli tagħha taħt ix - xenarju negattiv fit -12- il xahar sussegwenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jkun xieraq, jittrattaw tali informazzjoni bħala waħda miċ - ċirkostanzi possibbli skont it - tifsira tal - Artikolu 38, il - punt (b) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. F’tali każijiet, l - awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw miżuri xierqa f’konformità mal - Artikolu 39(2) tad - Direttiva (UE) 2019/2034 bil- għan li jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta’ fondi proprji. B’mod partikolari, meta tali miżuri jkunu relatati mal - kapital, l - awtoritajiet kompetenti għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw waħda minn dawn li ġejjin jew it - tnejn li huma, kif iddefinit fl - Artikolu 39(2), il- punti (a) u (f): - a. jitolbu lid - ditti tal - investiment iżommu ammont xieraq ta’ fondi proprji addizzjonali fil - forma ta’ ammont nominali, filwaqt li jikkunsidraw l - eżitu tal - valutazzjoni tal - SREP;
- b. jitolbu tnaqqis tar - riskju inerenti fl - attivitajiet, fil - prodotti u fis - sistemi tad - ditta tal - investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|