+8.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+324. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji tal - likwidità …
---+325. Il- formalità u l - granularità tal - valutazzjoni għandhom jiddependu mid - daqs tad - ditta …
---+326. Id- ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju għandhom iwettqu valutazzjoni tal - …
---+327. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - konformità tad - ditta tal - investiment …
---+328. Fit - twettiq tal - valutazzjoni tar - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti …
---+329. Il- valutazzjoni tar - riskju tal - likwidità għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni …
---+330. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ …
|
8.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
8.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
324. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji tal - likwidità …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji tal - likwidità li ġew identifikati bħala materjali għad - ditta tal - investiment, u l - ġestjoni u l - kontrolli ta’ dawn ir- riskji mid - ditta tal - investiment.
|
|
325. Il- formalità u l - granularità tal - valutazzjoni għandhom jiddependu mid - daqs tad - ditta …
|
Il- formalità u l - granularità tal - valutazzjoni għandhom jiddependu mid - daqs tad - ditta tal - investiment, l - istruttura u l - organizzazzjoni interna ta d- ditta tal - investiment u n - natura, il- kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħha kif ukoll ir - riskju tagħha għall - klijenti, ir - riskju għas - suq u r - riskju għad - ditta tal - investiment. Għad - ditti tal - investiment li ma jinnegozjawx akkont proprju, il - valutazzjoni għandha tkun inqas komprensiva, filwaqt li għad - ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont proprju, il - valutazzjoni għandha tkun granulari u aktar komprensiva.
|
|
326. Id- ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju għandhom iwettqu valutazzjoni tal - …
|
Id- ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju għandhom iwettqu valutazzjoni tal - likwidità, inkluż fl - istess ġurnata, f’konformità mal - Artikolu 29(1), il- punt (d) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. Għalhekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id - ditti tal - investiment li jidħlu fil - ġenerazzjoni tas - suq kif iddefinit fl - Artikolu 2(1), il- punt (k) tar - Regolament (UE) Nru 236/2012 b’mod komprensiv u jivvalutaw jekk tali ditti tal - investiment jkoprux elementi li huma rilevanti għalihom, bħall - valutazzjoni tar - riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata u l - adegwatezza tar - riżorsi likwidi disponibbli.
|
|
327. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - konformità tad - ditta tal - investiment …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - konformità tad - ditta tal - investiment mar - rekwiżiti minimi ta’ likwidità speċifikati fir - Regolament (UE) 2019/2033 u fid - Direttiva (UE) 2019/2034. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jestendu l - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni sabiex jiffurmaw opinjoni komprensiva dwar ir - riskju tal - likwidità.
|
|
328. Fit - twettiq tal - valutazzjoni tar - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti …
|
Fit - twettiq tal - valutazzjoni tar - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is - sorsi kollha ta’ informazzjoni li ġejjin, fejn disponibbli: - a. eżiti mill - analiżi tas - servizzi u l - attivitajiet ipprovduti mid - ditta tal - investiment u informazzjoni mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin b’mod partikolari meta dan jista’ jgħin biex jinftiehmu s - sorsi ewlenin ta’ riskju għal - likwidità;
- b. rapportar superviżorju, u b’mod partikolari l - informazzjoni pprovduta mid - ditta tal - investiment fir - rapportar tagħha skont l - Artikolu 54 tar - Regolament (UE) 2019/2033;
93 - c. kwalunkwe rapport perjodiku, rapport kwantitattiv, rapport tad - dikjarazzjoni finanzjarja, rapporti interni tad - ditta tal - investiment dwar il - likwidità u kwalunkwe informazzjoni oħra mitluba mid - ditta tal - investiment mill - awtorità kompetenti;
- d. kwalunkwe informazzjoni mill - kumpanija omm tad - ditta tal - investiment jekk id - ditta tal - investiment tkun sussidjarja u tkun inkluża fis - superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b’mod partikolari informazzjoni dwar ir - riskju tal - likwidità tad - ditti tal - investiment li jkunu parti minn grupp tal - bank;
- e. eżiti ta’ kwalunkwe attività superviżorja;
- f. kwalunkwe informazzjoni mill - ILAAP tad - ditta tal - investiment;
- g. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar intern jew estern;
- h. rakkomandazzjonijiet u linji gwida maħruġa mill - EBA jew mill - ESMA, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mi ll- awtoritajiet makroprudenzjali jew il- BERS; u
- i. riskju identifikat f’ditti tal - investiment oħrajn li joperaw mudell tan - negozju simili.
|
|
329. Il- valutazzjoni tar - riskju tal - likwidità għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni …
|
Il- valutazzjoni tar - riskju tal - likwidità għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni affidabbli u aġġornata, u għandhom jitqiesu r - riżultati meta titwettaq il - valutazzjoni tal - proċess tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità.
|
|
330. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità f’sommarju tas - sejbiet li jipprovdi spjegazzjoni tal - motivaturi ewlenin tar - riskju u punteġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|