+355. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
|
355. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex qafas b’saħħtu u komprensiv ta’ kontroll u salvagwardji sodi biex timmitiga jew tillimita r - riskju ta’ likwidità tagħha. Il - qafas ta’ kontroll tal - likwidità u l - mekkaniżmi ta’ salvagwardja jistgħu jiġu sseparati minn oqfsa jew mekkaniżmi ta’ kontroll tar - riskji oħrajn. Meta jivvalutaw tali oqfsa u mekkaniżmi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin: - a. jekk il - qafas tal - limitu u kontroll huwiex adegwat għall - kumplessità, id - daqs u l- mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment u jirriflettix il - motivaturi materjali differenti tar - riskju ta’ likwidità, bħal diskrepanzi fil - maturità, diskrepanzi fil - munita, tranżazzjonijiet ta’ derivattivi, entrati li ma jidhrux fuq il - karta tal -bilan ċ u r- riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata;
- b. jekk id - ditta tal - investiment tkunx implimentat limiti u sistemi ta’ monitoraġġ adegwati li jkunu konsistenti mal - aptit tagħha għar - riskju tal - likwidità;
- c. jekk il - limiti tar - riskju jiġux riveduti b’mod regolari mill- korpi kompetenti jew mill- funzjoni ta’ kontroll tad - ditta tal - investiment u jiġux kkomunikati b’mod ċar fid - ditta;
- d. jekk hemmx proċeduri ċari u trasparenti dwar kif hija ssorveljata l - konformità mal- limiti individwali tar - riskju tal - likwidità u kif il - ksur tal - limiti huwa mmaniġġat (inklużi proċeduri ċari ta’ eskalazzjoni u rapportar); u
- e. jekk il - qafas tal - limitu u kontroll jgħinx lid - ditta tal - investiment tiżgura d - disponibbiltà ta’ assi likwidi suffiċjenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|