+Governanza mudell
---+70. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB — …
---+71. Il - qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - ħames elementi ewlenin li ġejjin: (a) …
---+72. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …
---+73. Il - ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB għandhom isegwu approċċ …
---+74. Ir - riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l - użu tal …
---+75. Il - proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …
---+76. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …
---+77. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi sabiex …
---+78. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …

Governanza mudell

Governanza mudell

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
70. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB — …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB — li għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tagħhom — u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġi rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu. Il - politika għandha tiġi integrata mal - proċessi ta’ governanza għall - ġestjoni tal - mudell tar - riskju u għandha tispeċifika:

  • (a) ir - rwoli tal - maniġment u tinnomina min huwa responsabbli mill - iżvilupp, il - validazzjoni, id - dokumentazzjoni, l - implimentazzjoni u l - użu tal - mudelli; u
  • (b) ir - responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tal - mudell kif ukoll politiki li jinkludu l - iżvilupp ta’ proċeduri inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, ta’ evalwazzjoni tar - riżultati, u ta’ proċessi ta’ approvazzjoni, ta’ kontroll tal - verżjonijiet, ta’ eċċezzjoni, ta’ eskalazzjoni, ta’ modifika u ta’ dekummissjoni.
71. Il - qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - ħames elementi ewlenin li ġejjin: (a) …

Il - qafas ta’ validazzjoni għandu jinkludi l - ħames elementi ewlenin li ġejjin:

  • (a) evalwazzjoni tas - solidità kunċettwali u metodoloġika, inkluża evidenza tal - iżvilupp;
  • (b) monitoraġġ kontinwu tal - mudell, inklużi verifika u tqabbil tal - proċess ma’ punt ta’ riferiment;
  • (c) analiżi tal - eżiti, inkluż ittestjar retrospettiv ta’ parametri interni ewlenin (eż., stabbiltà tad - depożiti, rati ta’ prepagament tas - self, tifdija bikrija tad - depożiti, ipprezzar tal - istrumenti);
  • (d) valutazzjoni approfondita ta’ kwalunkwe opinjoni u ġudizzju espert użati fil - mudelli interni; u
  • (e) Il - validazzjoni tas - suppożizzjonijiet tad - diversifikazzjoni.
72. Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika …

Meta tindirizza l - attivitajiet mistennija inizjali u kontinwi ta’ validazzjoni, il - politika għandha tistabbilixxi proċess ġerarkiku għad - determinazzjoni tas - solidità tal - mudell tar - riskju, abbażi ta’ dimensjonijiet kemm kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi bħad - daqs, l - impatt, il - prestazzjoni fil - passat u l - għarfien espert tal - persunal bit - teknika ta’ mmudellar użata.

73. Il - ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB għandhom isegwu approċċ …

Il - ġestjoni tal - mudell tar - riskju għall - kejl tal - IRRBB għandhom isegwu approċċ olistiku li jibda bil - motivazzjoni, l - iżvilupp u l - implimentazzjoni mis - sidien u l - utenti tal - mudell. Wara li jiġu approvati internament sabiex jintużaw, il - proċessi għad - determinazzjoni tal - inputs tal - mudelli, is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji ta’ mmudellar u l - outputs għandhom jiġu rieżaminati u vvalidati indipendentement mill - iżvilupp tal - mudelli tal - IRRBB.

74. Ir - riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l - użu tal …

Ir - riżultati tar - rieżami u tal - validazzjoni u kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l - użu tal - mudell għandhom jiġu ppreżentati lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu, u jiġu approvati minnhom. Wara l - approvazzjoni, il - mudell għandu jkun soġġett għal rieżami, verifika tal - proċess u validazzjoni kontinwi bi frekwenza li hija konsistenti mal - livell ta’ mudell tar - riskju ddeterminat u approvat mill - istituzzjoni.

75. Il - proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ …

Il - proċess ta’ rieżami kontinwu għandu jistabbilixxi sett ta’ avvenimenti skattaturi ta’ eċċezzjoni li jobbligaw lill - evalwaturi tal - mudell li jinnotifikaw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu fil - ħin, sabiex jiġu ddeterminati l - azzjonijiet korrettivi u r - restrizzjonijiet dwar l - użu tal - mudell. Fejn xieraq, għandhom jiġu ddeżinjati awtorizzazzjonijiet ċari għall - kontroll tal - verżjonijiet għas - sidien tal - mudelli.

76. Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat …

Abbażi ta’ osservazzjonijiet u informazzjoni ġdida miksuba matul iż - żmien, mudell approvat jista’ jiġi mmodifikat jew irtirat. L - istituzzjonijiet għandhom jartikolaw politiki għat - tranżizzjoni tal - mudell, inklużi awtorizzazzjonijiet għat - tibdil u għall - kontroll tal - verżjonijiet, u dokumentazzjoni.

77. L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi sabiex …

L- istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq mudelli tal - IRRBB ta’ partijiet terzi sabiex jiġġestixxu u jikkontrollaw l - IRRBB, diment li dawn il - mudelli jkunu adattati b’mod adegwat sabiex jirriflettu sew il - karatteristiċi speċifiċi tal - istituzzjoni inkwistjoni. L - istituzzjonijiet huma mistennija li jifhmu b’mod sħiħ l - analitika, is - suppożizzjonijiet u l - metodoloġiji sottostanti tal - mudelli ta’ partijiet terzi u li jassiguraw li dawn ikunu integrati adegwatament fis - sistemi u l - proċessi ġenerali ta’ ġestjoni tar - riskji tal - istituzzjonijiet. Fejn partijiet terzi jipprovdu input għad - data tas - suq, għas - suppożizzjonijiet komportamentali jew għall - konfigurazzjonijiet tal - mudelli, l - istituzzjoni għandu jkollha proċess stabbilit sabiex tiddetermina jekk dawk l - inputs ikunux raġonevoli għan - negozju tagħha u għall - karatteristiċi tar - riskju tal - attivitajiet tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkun hemm dokumentazzjoni adegwata tal - użu li jagħmlu minn mudelli ta’ partijiet terzi, inkluż kwalunkwe adattament speċifiku.

78. Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni …

Inputs jew suppożizzjonijiet rigward il - mudelli, kemm jekk joriġinaw minn proċessi interni ta’ mmudellar kif ukoll jekk joriġinaw minn partijiet terzi, għandhom jiġu inklużi fil - proċess ta’ validazzjoni. L - istituzzjoni għandha tiddokumenta u tispjega l - għażliet ta’ speċifikazzjoni tal - mudell bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/