+2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv
---+14. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew …
---+15. Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - …
---+16. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali …
---+17. B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr …
---+18. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet …
---+19. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru …
---+20. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni …
---+21. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u …
---+22. Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom …
---+23. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal …

2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv

2 Valutazzjoni ta’ servizzjanti ta’ kreditu tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew …

Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - organu maniġerjali jew amministrattiv tagħhom, b’mod kumplessiv, ikollu għarfien u esperjenza adegwati biex iwettaq id - dmirijiet tiegħu f’kull ħin u biex iwettaq in - negozju b’mod kompetenti u responsabbli. F’konformità mal - Artikolu 5(1)(b) tad - Direttiva (UE) 2021/2167, is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiżguraw li l - membri kollha ta’ dawn l - organi jkunu ta’ reputazzjoni tajba.

15. Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - …

Is - servizzjanti tal - kreditu, inklużi d - ditti li japplikaw għal awtorizzazzjoni skont it - Titolu II, il - Kapitolu I tad- Direttiva (UE) 2021/2167, jenħtieġ li jwettqu l - valutazzjoni jew rivalutazzjoni, b’mod partikolari:

  • a. meta japplikaw għal awtorizzazzjoni qabel ma jibdew l - attivitajiet tagħhom;
  • b. meta jseħħu bidliet materjali fil - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, inklużi:
  • i. meta jinħatru membri ġodda tal - organu maniġerjali jew amministrattiv; u
  • ii. meta l - membri jkunu ħallew l - organu maniġerjali jew amministrattiv;
  • c. fejn ikunu seħħew bidliet materjali fil - mudell tan - negozju, fid - dispożizzjonijiet legali sottostanti jew fit - teknoloġiji użati.
16. Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali …

Il - valutazzjonijiet tal - għarfien u tal - esperjenza tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, għandhom jitwettqu qabel ma jinħatru l - membri individwali. Fejn applikabbli, l - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkun responsabbli għat - twettiq tal - valutazzjoni finali.

17. B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr …

B’deroga mill - paragrafu 16, il - valutazzjonijiet tal - idoneità kollettiva jistgħu, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jitwettqu wara l - ħatra tal - membru tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fi kwalunkwe wieħed mill - każijiet li ġejjin li għalihom is - servizzjant tal - kreditu jkun ipprovda ġustifikazzjoni kif xieraq:

  • a. azzjonisti, sidien jew membri tas - servizzjant tal - kreditu jinnominaw u jaħtru membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - laqgħa tal - azzjonisti jew ekwivalenti li ma ġewx proposti mis - servizzjant tal - kreditu jew mill - organu maniġerjali jew amministrattiv; u
  • b. valutazzjoni sħiħa qabel il - ħatra ta’ membru jew il - bidla fil - kompożizzjoni tal - organu maniġerjali jew amministrattiv tfixkel il - funzjonament tajjeb tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, inkluż bħala riżultat tas - sitwazzjonijiet li ġejjin:
  • i. meta tinqala’ l - ħtieġa għal għarrieda jew mhux mistennija li jiġu sostitwiti l - membri, eż. minħabba l - mewt ta’ membru; u
  • ii. meta membru jkun jeħtieġ li jitneħħa peress li l - membru ma jkunx għadu adattat.
18. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet …

Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati għandha tqis il - kwistjonijiet rilevanti u disponibbli kollha għall - valutazzjonijiet. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu r - riskji, inkluż ir - riskju għar - reputazzjoni, li jirriżultaw f’każ li tiġi identifikata kwalunkwe dgħufija li taffettwa l - idoneità kollettiva tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv.

19. Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru …

Is - servizzjanti tal - kreditu għandhom iqisu l - għarfien u l - esperjenza tal - membru individwali tal - organu maniġerjali jew amministrattiv meta jivvalutaw l - għarfien u l - esperjenza kollettivi adegwati tal - organu maniġerjali jew amministrattiv u viċi versa.

20. Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni …

Is - servizzjanti tal - kreditu jenħtieġ li jiddokumentaw ir - riżultati tal - valutazzjoni tagħhom, u b’mod partikolari kwalunkwe dgħufija identifikata bejn l - għarfien u l - esperjenza kollettiva meħtieġa u attwali tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, u l - miżuri li għandhom jittieħdu biex jingħelbu dawn in - nuqqasijiet, inkluż l - induzzjoni jew it - taħriġ li għandu jiġi pprovdut.

21. Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u …

Il - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati individwali u kollettiva inizjali u kontinwa tal - organu maniġerjali jew amministrattiv u r - reputazzjoni tajba tal - membri tagħhom hija r - responsabbiltà tas - servizzjanti tal - kreditu.

22. Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom …

Sabiex jiżguraw superviżjoni kontinwa xierqa, is - servizzjanti tal - kreditu għandhom jinformaw lill - awtorità kompetenti dwar il - ħatra proposta ta’ membri jew, mingħajr preġudizzju għal - liġi nazzjonali, jinformawha mingħajr dewmien żejjed wara l - ħatra tal - membri.

23. Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal …

Meta l - awtoritajiet kompetenti jkunu wettqu valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza tal - organu maniġerjali jew amministrattiv ta’ servizzjant tal - kreditu għal finijiet superviżorji, ir - responsabbiltà li jivvalutaw u jiżguraw l - idoneità tal - organu maniġerjali jew amministrattiv tibqa’ tas - servizzjant tal - kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/