+28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …

28. Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi …

Fid - determinazzjoni tal - fatturi ta’ stress għall - assi li ġejjin fir - riżerva tal - assi, l - ARTs/EMTs tal - emittenti għandhom iqisu taħt stress il - parametri kollha li ġejjin:

  • a. Depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu :
i.il - kwalità tal - kreditu tal - istituzzjoni li tieħu d - depożiti u l - aspettattivi ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni;
ii.il - kwalità tal - kreditu u tal - likwidità tal - kollateral sottostanti jekk id - depożitu jkun kollateralizzat;
iii.il - konċentrazzjoni mill - istituzzjoni li tieħu d - depożiti;
iv.l - opzjonijiet ta’ maturità u ta’ rtirar bikri; u
v.ir - riskju ta’ riportament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat- titoli, speċjalment repos, fejn il - flus kontanti jiġi riċevut kontra assi mhux likwidi3 .
  • b. Kommoditajiet:
i.il - punt sa fejn l - assi ta’ riżerva jirreplikaw l - assi referenzjati mit - tokens; u
ii.ir - riskju potenzjali tal - konsenja u l - kostijiet assoċjati jekk it - tifdija tkun fiżika.
  • c. Assi likwidi tal-livell 1 tal- LCR soġġetti għat -telf impost ta’ 0 % [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r-regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna f’konformità mal -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114 :
i.il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata;
ii.il - primjum tar - riskju tal - pajjiż biex titqies il - volatilità relatata tagħhom;
iii.il - konċentrazzjoni skont l - emittent;
iv.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u
v.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • d. Bonds koperti tal -livell 1 tal- LCR [f’konformità mar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61] u, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar bħala strumenti finanzjarji likwidi ħafna skont l - Artikolu 38(5) tar-Regola ment (UE) 2023/1114:
i.it- telf impost tal - LCR meħtieġ;
ii.il - maturità/durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata,
iii.il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi,
iv.il - konċentrazzjoni skont l - emittent,
v.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront,
vi.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • e. Strumenti finanzjarji likwidi ħafna oħrajn, ladarba japplika r - regolament ta’ delega rilevanti, kif speċifikat aktar skont l -Artikolu 38(5) tar - Regolament (UE) 2023/1114:
i.it- telf impost tal - LCR meħtieġa;
ii.il - maturità/id - durata medja ponderata residwa biex titqies is - sensittività potenzjali tagħhom għar - riskju taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u l - volatilità relatata;
iii.il - perċentwal tagħhom tar - riżerva tal - assi;
iv.il - konċentrazzjoni skont l - emittent;
v.il - post tas - sigurtà (kustodju) biex tiġi kkunsidrata kwalunkwe sfida potenzjali għal trasferiment fil - pront; u
vi.l - evoluzzjoni tal - valur tas - suq tat - titolu speċifiku, biex tiġi vvalutata l - volatilità u l - korrelazzjoni tagħhom fir - rigward tal - assi referenzjati.
  • b) Parametri relatati mal - kalibrazzjoni tal - fatturi ta’ stress tal - assi referenzjati

3 Assi likwidi li għandhom jinftiehmu bħala dawk definiti fl - Artikolu 3(1) u (2) bħala “assi ta’ livell 1” jew “assi ta’ livell 2”, rispettivament, tar - Regolament ta’ Delega tal - Kummissjoni (UE) 2015/61 tal -10 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimentaw ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir - rigward tar - rekwiżit ta’ kopertura tal - likwidità għall - Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 011 17.1.2015, p. 1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/