+5.7 Monitoraġġ
---+78. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi …
---+79. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw …
---+80. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u …
---+81. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG …
---+82. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi …
---+83. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi …
|
5.7 Monitoraġġ
5.7 Monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
78. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG permezz ta’ oqfsa effettivi ta’ rapportar intern li jwasslu informazzjoni xierqa u data aggregata lill - maniġment superjuri u lill- korp ta’ ġestjoni, pereżempju billi jintegraw ir - riskji tal - ESG f’rapporti tar - riskju regolari jew fil - forma ta’ dashboards li jkun fihom metriċi li jappoġġjaw sorveljanza effettiva.
|
|
79. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw ir - riskji tal - ESG fuq bażi kontinwa u jiżguraw li jżommu perspettiva mifruxa mal - istituzzjoni kollha, li tkopri b’mod adegwat in - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħhom, kif ukoll, għall - portafolli l- aktar sinifikanti ddeterminati abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità, perspettiva tal - portafoll tal - vulnerabbiltà tagħhom għar - riskji tal - ESG. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw monitoraġġ granulari u frekwenti tal - kontropartijiet, tal - iskoperturi u tal - portafolli vvalutati bħala materjalment esposti għar - riskji tal - ESG, inkluż billi jiġu inkorporati l - kunsiderazzjonijiet tar - riskji tal - ESG fil - proċess ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu tal - kontropartijiet fil - livell tal - konsumatur u f’rieżamijiet tal - kreditu regolari għal kontropartijiet medji u kbar u/jew billi jżidu l - frekwenza u l - granularità ta’ dawn ir - rieżamijiet minħabba r - riskji tal -ESG.
|
|
80. L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu indikaturi u restrizzjonijiet ta’ twissija bikrija u għandu jkollhom fis - seħħ proċeduri biex jeskalaw it - twissijiet, id - devjazzjonijiet u l - ksur u biex jieħdu azzjonijiet korrettivi u/jew ta’ mitigazzjoni f’każ li jinqabżu l - limiti, inkluż permezz ta’ adattamenti għall - istrateġija tan - negozju u għall - għodod ta’ ġestjoni tar - riskji.
|
|
81. L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ metriċi u indikaturi tar - riskji tal -ESG li jħarsu lura u ’l quddiem. L - istituzzjonijiet il - kbar għandhom jimmonitorjaw mill - inqas l - indikaturi li ġejjin: - a) Ammont u sehem ta’ skoperturi għal relazzjonijiet ta’ negozju, u introjtu (imgħax, tariffa u kummissjoni) li jirriżultaw minnhom, ma’ kontropartijiet li joperaw f’setturi li jikkontribwixxu ħafna għat - tibdil fil - klima f’konformità mal - Premessa 6 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2020/1818, jiġifieri s - setturi elenkati fit - Taqsimiet A sa H u t - Taqsima L tal - Anness I għar - Regolament (KE) Nru 1893/2006.
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw differenzjazzjoni settorjali li tkun granulari kemm jista’ jkun. B’mod partikolari, il - grad ta’ granularità għandu jippermetti lill - istituzzjonijiet jimmonitorjaw l - ammont u s - sehem tal - iskoperturi għal relazzjonijiet ma’ kontropartijiet speċifiċi u għall - introjtu li jirriżulta minnhom, bħal entitajiet fis - settur tal - fjuwils fossili u/jew kumpaniji esklużi mill - parametri referenzjarji tal - UE allinjati mal - Ftehim ta’ Pariġi17 . - b) Metriċi tal - allinjament tal - portafoll li juru f’livell settorjali sa fejn l - iskoperturi u l - kapaċitajiet ta’ produzzjoni operati mill - klijenti huma, jew huma previsti li jkunu, allinjati (ħażin) ma’ perkors konsistenti mal - objettiv legali u regolatorju applikabbli dwar il- klima, bħall - ilħuq ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti żero sal - 2050, abbażi ta’ metriċi ta’ allinjament rilevanti għas - setturi magħżula u bl - użu tal - metodi deskritti fit - Taqsima 4.2.3 b).
L- istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw dawn l - indikaturi b’informazzjoni relatata mal - valutazzjoni tal - impatti potenzjali tar - riski finanzjarji li jirriżultaw minn allinjamenti ħżiena. - c) Emissjonijiet ta’ gassijiet serra ffinanzjati b’diżaggregazzjoni skont l - emissjonijiet tal - ambiti 1, 2 u 3 f’valur assolut u, fejn rilevanti, intensità relattiva għal unitajiet ta’ produzzjoni jew dħul, maqsuma skont is - setturi, bl - użu ta’ differenzjazzjoni settorjali li tkun granulari kemm jista’ jkun u mill - inqas għal setturi magħżula ddeterminati abbażi tal - valutazzjoni tal - materjalità.
L- istituzzjonijiet għandhom jikkomplementaw dawn il - metriċi b’informazzjoni u kriterji kwalitattivi jew kwantitattivi li jappoġġjaw l - interpretazzjoni tal - evoluzzjoni tagħhom maż - żmien, inkluż pereżempju, żieda temporanja minħabba l - forniment ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni lil kontropartijiet intensi fil - gassijiet serra, u l - identifikazzjoni tal - motivaturi sottostanti tal - bidliet fl - emissjonijiet. Eżempji ta’ metodoloġiji jew bażijiet ta’ data li jistgħu jappoġġjaw lill - istituzzjonijiet meta jikkalkulaw dawn il - metriċi jinkludu l - Istandard Globali tal - Kontabilità u r - Rapportar tal - Gassijiet Serra għall - Industrija Finanzjarja, żviluppat mill - Partnership for Carbon Accounting Financials (is - Sħubija għall - Finanzi Kontabilistiċi tal - Karbonju), u l - Carbon Disclosure Project (il - Proġett ta’ Divulgazzjoni tal - Karbonju). - d) Il- livell ta’ progress miksub fl - implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ finanzjament ewlenin determinati mill - istituzzjoni biex tiżgura r - reżiljenza tagħha għar - riskji tal - ESG u t - tħejjija għat - tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli, eż. billi timmonitorja l - flussi finanzjarji lejn assi finanzjarji jew kontropartijiet li jikkondividu sett komuni ta’ karatteristiċi rilevanti għall - miri jew l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal -ESG.
- e) Metriċi għall - involviment tal - klijenti li jipprovdu informazzjoni dwar:
- i. il- perċentwal ta’ kontropartijiet li għalihom tkun twettqet valutazzjoni tar - riskji tal - ESG, anke fir - rigward tal - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom u, fejn disponibbli, il - pjanijiet ta’ tranżizzjoni u l - konsistenza tagħhom mal - objettivi tal - istituzzjoni, filwaqt li jiġi speċifikat il - kamp ta’ applikazzjoni tas - setturi, il - prodotti u l - linji operazzjonali magħżula koperti minn dawn il - valutazzjonijiet;
- ii. ir- riżultati u l - eżiti ta’ tali involviment bħall - valutazzjonijiet pożittivi (jew kwalunkwe sottoklassifikazzjoni f’dik il - kategorija) jew negattivi (jew kwalunkwe sottoklassifikazzjoni f’dik il - kategorija) tal - adattabbiltà u r - reżiljenza tal - kontropartijiet għat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, il - progress tal - allinjament mal - miri u l - objettivi tal - istituzzjoni, u l - azzjonijiet ta’ segwitu meħuda mill - istituzzjoni.
- f) Diżaggregazzjoni ta’ portafolli garantiti minn proprjetà immobbli skont il - livell ta’ effiċjenza enerġetika tal - kollateral.
- g) Il- proporzjon tal - finanzjament tat - teknoloġiji tal - provvista tal - enerġija b’livell baxx ta’ karbonju fir - rigward tal - finanzjament tat - teknoloġiji tal - provvista tal - enerġija tal - fjuwils fossili.
- h) Il- proporzjon ta’ attivitajiet ta’ finanzjament ta’ skoperturi ambjentalment sostenibbli li jikkontribwixxu jew jippermettu l - objettiv ambjentali tal - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima msemmi fl - Artikolu 9, il - punt (a) tar - Regolament (UE) 2020/85218 fir -rigward tal - iskoperturi intensi tal - gassijiet serra.
- i) Livelli ta’ riskju fiżiku li l - istituzzjoni hija esposta għalihom, u l - impatt tagħhom fuq ir - riskji finanzjarji, billi tikkunsidra diversi xenarji u l - perikli kollha rilevanti għall - attività tal - istituzzjoni, issupplimentati b’informazzjoni dwar il - progress miksub fl - implimentazzjoni tal - miżuri ta’ mitigazzjoni tar - riskji.
- j) Kejl tar - riskju tal - konċentrazzjoni relatat mal - motivaturi tar - riskju fiżiku (eż. il - kejl ta’ skoperturi u/jew kollateral f’żoni ta’ riskju għoli ta’ għargħar, żoni ta’ riskju ta’ stress tal - ilma jew ta’ nirien fil - foresti) u l - motivaturi tar - riskju ta’ tranżizzjoni (eż. skoperturi għal setturi b’riskji ta’ tranżizzjoni elevati), bl - użu ta’ qasma ġeografika granulari suffiċjenti tal - iskoperturi.
- k) Ammont ta’ telf storiku relatat ma’ riskji tal - ESG u, abbażi ta’ metodi ta’ tipi ta’ xenarji, stima li tħares ’il quddiem (stimi li jħarsu ’l quddiem) ta’ skoperturi f’riskju u telf finanzjarju potenzjali futur relatat mar - riskji tal -ESG.
- l) Miżura għat - traċċar tar - riskji reputazzjonali relatati mal - ESG kif ir - regolamentazzjoni, il- komunikazzjoni, l - impenji jew il - kontroversji pubbliċi rigward attivitajiet relatati man- negozju attwali u futuri jkollhom impatt dirett jew indirett fuq l - istituzzjoni, billi jitqiesu l - interazzjonijiet mar - riskju operattiv u r - riskji strateġiċi u tal - mudell tan - negozju, bħat - telf ta’ opportunitajiet ta’ negozju jew sħubijiet strateġiċi.
- m) Kwalunkwe pretensjoni ta’ litigazzjoni relatata mal - ESG li fiha l - istituzzjoni kienet, hija jew tista’ ssir involuta, abbażi tal - informazzjoni disponibbli.
- n) L- istatus tal - bini tal - kapaċitajiet relatati mar - riskji tal - ESG, bħall - perċentwal tal - persunal li rċieva taħriġ speċifiku.
- o) Metriċi relatati ma’ fatturi mhux relatati mal - klima bħal dipendenzi fil - livell tal - portafoll u impatti fuq is - servizzi tal - ekosistemi, jew skoperturi għal kontropartijiet b’dipendenzi materjali jew impatti negattivi fuq il - bijodiversità, filwaqt li titqies kemm l- informazzjoni settorjali kif ukoll il - post ġeografiku.
- p) Il- progress fil - konfront tal - miri kollha tal - istituzzjoni stabbiliti fir - rigward tar - riskji tal - ESG u tal - objettivi tal - ESG, inkluż bħala parti mill - pjan tal - istituzzjoni kif imsemmi fit - Taqsima 6 jew bħala parti minn impenji oħra ta’ sostenibbiltà magħmula mill - istituzzjoni.
17 F’konformità mal - Artikolu 12(1), il - punti (d) sa (g), u l - Artikolu 12(2) tar - Regolament dwar l - Istandards tal - Parametri Referenzjarji tal -Klima. 18 Ir- Regolament (UE) 2020/852 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tat -18 ta’ Ġunju 2020 dwar l- istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l - investiment sostenibbli, u li jemenda r - Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
|
|
82. L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi …
|
L- SNCIs u istituzzjonijiet oħra mhux kbar għandhom jimmonitorjaw firxa ta’ indikaturi inklużi fil - paragrafu 81, magħżula abbażi tar - riżultati tal - valutazzjoni tal - materjalità tagħhom, u għandhom jieħdu passi biex maż - żmien jespandu l - lista ta’ indikaturi mmonitorjati.
|
|
83. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom metodoloġiji ċari u dokumentati sew relatati mal - metriċi u l- indikaturi ta’ monitoraġġ tagħhom. Meta d - data meħtieġa għall - komputazzjoni tal - metriċi tkun inizjalment nieqsa, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - passi stabbiliti fil - paragrafi 26, 27 u 29.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|