+REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u ambitu
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
------+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Aċċessibbiltà
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 4 Interoperabilità
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 5 Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
------+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5a Tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanji
------+Artikolu 5a 1.
------+Artikolu 5a 2.
------+Artikolu 5a 3.
------+Artikolu 5a 4.
------+Artikolu 5a 5.
------+Artikolu 5a 6.
------+Artikolu 5a 7.
------+Artikolu 5a 8.
---+Artikolu 5b Bidliet rigward it-trasferimenti ta’ kreditu u l-verifika tal-benefiċjarju
------+Artikolu 5b 1.
------+Artikolu 5b 2.
------+Artikolu 5b 3.
---+Artikolu 5c Verifika tal-benefiċjarju fil-każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu
------+Artikolu 5c 1.
------+Artikolu 5c 2.
------+Artikolu 5c 3.
------+Artikolu 5c 4.
------+Artikolu 5c 5.
------+Artikolu 5c 6.
------+Artikolu 5c 7.
------+Artikolu 5c 8.
------+Artikolu 5c 9.
---+Artikolu 5d Skrinjar tal-PSUs mill-PSPs li joffru trasferimenti ta’ kreditu istantanji biex jiġi vverifikat jekk PSU huwiex persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi finanzjarji mmirati
------+Artikolu 5d 1.
------+Artikolu 5d 2.
------+Artikolu 5d 3.
---+Artikolu 6 Skadenzi
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 7 Il-validità tal-mandati u dritt għal rifużjoni
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 8 Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Aċċessibbiltà tal-pagamenti
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 11 Penalitajiet
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 1a.
------+Artikolu 11 1b.
------+Artikolu 11 1c.
------+Artikolu 11 1d.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-Qorti
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Id-delega tas-setgħa
---+Artikolu 14 Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
------+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 15 Rieżami
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.
------+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 5.
------+Artikolu 16 6.
------+Artikolu 16 7.
------+Artikolu 16 8.
------+Artikolu 16 9.
---+Artikolu 17 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009
---+Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
|
English -
European Union -
Financial Industry -
Banking -
REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett u ambitu
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditjar tal-kont tal-pagament ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiliet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont tal-pagament ta’ min iħallas mill-PSP li jżomm il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi ta’ struzzjoni mogħtija minn min iħallas;
▼M2
(1a)
“trasferiment ta’ kreditu istantanju” tfisser trasferiment ta’ kreditu li jiġi eżegwit immedjatament, 24 siegħa kuljum u fi kwalunkwe jum kalendarju;
(1b)
“mezz ta” bidu ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe metodu, apparat jew proċedura li permezz tagħhom pagaturi jistgħu jagħmlu ordnijiet ta’ ħlas mal-PSP tagħhom għal trasferiment ta’ kreditu, inkluż servizzi bankarji online, applikazzjoni bankarja mobbli, magna awtomatizzata għall-ġbid tal-flus, jew bi kwalunkwe mod ieħor fil-bini tal-PSP;
(1c)
“fornitur ta” servizzi ta’ bidu ta’ pagament’ tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
);
(1d)
“isem il-benefiċjarju” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, l-isem u l-kunjom u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, l-isem kummerċjali jew ġuridiku;
(1e)
“miżura restrittiva finanzjarja mmirata’ tfisser iffriżar tal-assi impost fuq persuna, korp jew entita’ jew projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuna, korp jew entita, jew għall-benefiċċju tagħha, direttament jew indirettament, skont miżuri restrittivi adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE;
(1f)
“Identifikatur ta’ Entità Ġuridika” jew ‘LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;
▼B
(2)
“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas;
(3)
“min iħallas” tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, kont ta’ pagament fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ pagament għall-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju;
(4)
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u li tkun ir-reċipjent intiż tal-fondi li kienu s-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti;
▼M2
(5)
“kont tal-pagament” tfisser kont ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
▼B
(6)
“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar jew saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament;
(7)
“skema ta’ pagamenti” tfisser sett uniku ta’ regoli, prassi u standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni miftiehma bejn il-PSPs għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti madwar l-Unjoni u fl-Istati Membri, u li tkun separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni t-tħaddim tagħha;
(8)
“PSP” tfisser fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jaqa’ taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-persuni ġuridiċi u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE, iżda esklużi l-korpi elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (
3
) li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/64/KE;
(9)
“PSU” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ benefiċjarju;
(10)
“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi bejn kontijiet tal-pagament fl-Unjoni, mibdija minn min iħallas jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn min iħallas u l-benefiċjarju;
(11)
“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-PSP tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;
(12)
“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett;
(13)
“MIF” tfisser tariffa tal-interkambju multilaterali li hija suġġetta għal arranġament bejn iktar minn żewġ PSPs;
(14)
“BBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont tal-pagament, li mingħajr ambigwità jidentifika kont ta’ pagament individwali b’PSP fi Stat Membru u li jista’ jintuża biss għal tranżazzjonijiet nazzjonali ta’ pagament filwaqt li l-istess kont ta’ pagament ikun identifikat mill-IBAN għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali;
(15)
“IBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali, li mingħajr ambigwità jidentifika kont tal-pagament individwali fi Stat Membru, li l-elementi tiegħu huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);
(16)
“BIC” tfisser kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju li b’mod mhux ambigwu jidentifika PSP, li l-elementi tiegħu huma speċifikati bl-ISO;
(17)
“L-istandard ISO 20022 XML” tfisser standard għall-iżvilupp ta’ messaġġi finanzjarji elettroniċi kif definiti mill-ISO, li jkopri r-rappreżentazzjoni fiżika tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sintassi XML, skont ir-regoli tan-negozju u l-linji gwida tal-implimentazzjoni ta’ skemi għall-Unjoni kollha għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;
(18)
“sistema ta’ pagament ta’ valur għoli” tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha hu li tipproċessa, tiklerja jew tħallas tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ prijorità għolja u ta’ urġenza, u primarjament ta’ kwantità kbira;
(19)
“id-data tal-ħlas” tfisser data li fiha l-obbligi rigward it-trasferiment ta’ fondi jitwettqu bejn il-PSP ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju;
(20)
“ġbir” tfisser parti minn debitu dirett li tibda mill-inizjazzjoni tiegħu mill-benefiċjarju sa tmiem it-tranżazzjoni permezz ta’ debitu normali tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas;
(21)
“mandat” tfisser l-espressjoni ta’ kunsens u awtorizzazzjoni mogħtija minn min iħallas lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-PSP ta’ min iħallas biex jippermetti lill-benefiċjarju jibda jiġbor id-debitu tal-kont tal-pagament speċifikat ta’ min iħallas u biex il-PSP ta’ min iħallas ikun jista’ jikkonforma ma’ tali istruzzjonijiet;
▼M2
(22)
“sistema ta” pagament bl-imnut’ tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipproċessa, tikklerja jew issalda trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti li huma primarjament ta’ ammont żgħir, u li mhijiex sistema ta’ pagament ta’ valur għoli;
▼B
(23)
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz tal-pagament, tkun intrapriża kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (
4
);
(24)
“konsumatur” tfisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li mhumiex ta’ kummerċ, negozju jew professjoni fil-kuntratti ta’ servizz ta’ pagament;
(25)
“tranżazzjoni-R” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament li ma tistax tkun eżegwita kif suppost minn PSP jew li tirriżulta fi proċessar ta’ eċċezzjoni, inter alia minħabba nuqqas ta’ fondi, revoka, ammont ħażin jew data ħażina, nuqqas ta’ mandat jew kont ħażin jew magħluq;
(26)
“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;
(27)
“tranżazzjoni ta’ pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju, fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;
(28)
“parti ta’ referenza” tfisser persuna naturali jew legali li f’ isimha, min iħallas jagħmel pagament jew benefiċjarju jirċievi pagament.
|
|
Artikolu 3 Aċċessibbiltà
|
|
|
Artikolu 4 Interoperabilità
|
|
|
Artikolu 5 Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
|
|
|
Artikolu 5a Tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanji
|
|
|
Artikolu 5b Bidliet rigward it-trasferimenti ta’ kreditu u l-verifika tal-benefiċjarju
|
|
|
Artikolu 5c Verifika tal-benefiċjarju fil-każ ta’ trasferimenti ta’ kreditu
|
|
|
Artikolu 5d Skrinjar tal-PSUs mill-PSPs li joffru trasferimenti ta’ kreditu istantanji biex jiġi vverifikat jekk PSU huwiex persuna jew entità soġġetta għal miżuri restrittivi finanzjarji mmirati
|
|
|
Artikolu 6 Skadenzi
|
|
|
Artikolu 7 Il-validità tal-mandati u dritt għal rifużjoni
|
|
|
Artikolu 8 Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
|
|
|
Artikolu 9 Aċċessibbiltà tal-pagamenti
|
|
|
Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti
|
|
|
Artikolu 11 Penalitajiet
|
|
|
Artikolu 12 Proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-Qorti
|
|
|
Artikolu 13 Id-delega tas-setgħa
|
Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness, sabiex jitqies il-progress tekniku u l-iżviluppi tas-suq.
|
|
Artikolu 14 Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
|
|
|
Artikolu 15 Rieżami
|
|
|
Artikolu 16 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
|
|
|
Artikolu 17 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009
|
Artikolu 17
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009
Ir-Regolment (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 2, il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“10.
‘fondi’ tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, it-tkomplija u s-superviżjoni prudenti tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (
*1
).
(2)
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-imposti mitluba minn fornitur tas-servizz ta’ pagament mill-utent tas-servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament fuq dak l-utent tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali korrispondenti tal-istess valur u fl-istess munita.”;
(3)
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 għandu jitħassar;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jimponi mposti addizzjonali ma’ dawk diġà applikati skont l-Artikolu 3(1) fuq l-utent tas-servizz ta’ pagament meta dak l-utent jinforma lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jesegwixxi l-pagament transkonfinali mingħajr ma jikkomunika l-IBAN u, meta jkun xieraq u skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (
*2
), il-BIC relatat mal-kont ta’ pagament fl-Istat Membru l-ieħor. Dawk l-imposti għandhom ikunu adatti u konformi mal-ispejjeż. Huma għandhom jiġu miftiehma bejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizz ta’ pagament dwar l-ammont tal-imposti addizzjonali fi żmien kmieni biżżejjed qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament jintrabat bi ftehim bħal dan.
(4)
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
B’effett mill-1 ta’ Frar 2016, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjonali abbażi tas-saldu fuq il-fornituri tas-servizz ta’ pagament, għall-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom.”.
(5)
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(b)
fil-paragrafu 2, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(c)
fil-paragrafu 3, id-data “l-1 ta’ Novembru 2012” hi sostitwita bi “l-1 ta’ Frar 2017”.
(6)
L-Artikolu 8 huwa mħassar.
|
|
Artikolu 18 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
ANNESS
|
ANNESS
REKWIŻITI TEKNIĊI (ARTIKOLU 5)
(1) Barra mir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 5, ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin għandhom japplikaw għat-trasferiment ta’ krediti u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
(a)
L-identifikatur tal-kont ta’ pagament msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) u (c) irid ikun l-IBAN.
(b)
L-istandard għall-format tal-messaġġi msemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (d) irid ikun l-istandard ISO 20022 XML.
(c)
Il-kaxxa tad-data tar-rimessa trid tippermetti 140 karattru. L-iskemi ta’ pagament jistgħu jippermettu għal għadd ogħla ta’ karattri, ħlief jekk it-tagħmir użat għall-informazzjoni tar-rimessa jkollu limitazzjonijiet tekniċi relatati man-numru ta’ karattri, f’liema każ japplika l-limitu tekniku tat-tagħmir.
(d)
L-informazzjoni ta’ referenza tar-rimessa u l-elementi tad-data l-oħra kollha pprovduti skont il-punti 2 u 3 ta’ dan l-Anness, irid jgħaddi bejn il-PSPs b’mod sħiħ u mingħajr alterazzjoni fil-katina tal-pagamenti.
(e)
Ladarba d-data meħtieġa tkun disponibbli f’forma elettronika, it-tranżazzjonijiet ta’ pagament iridu jippermettu pproċessar awtomatizzat u elettroniku sħiħ fl-istadji kollha tal-proċess tul il-katina tal-pagamenti (ipproċessar awtomatiku mill-bidu sal-aħħar), li jippermetti li l-proċess sħiħ tal-pagamenti jitwettaq elettronikament mingħajr il-bżonn ta’ dħul mill-ġdid ta’ data jew intervent manwali. Dan irid japplika wkoll għall-immaniġġjar eċċezzjonali ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett, kull fejn hu possibbli.
(f)
L-iskemi ta’ pagament ma għandhomx jistabbilixxu l-ebda livell minimu għall-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament li jippermettu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti iżda ma għandhomx l-obbligu li jipproċessaw tranżazzjonijiet ta’ pagament b’ammont żero.
(g)
L-iskemi ta’ pagament m’ humiex obbligati jwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 999 999 999,99 .
(2) Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu:
(a)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(a) huma dawn li ġejjin:
(i)
l-isem ta’ min iħallas u/jew l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
(ii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
(iv)
meta jkun disponibbli, l-isem tal-benefiċjarju,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa.
(b)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(b) huma dawn li ġejjin:
(ii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas,
(iii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iv)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benifiċjarju,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
(vi)
kwalunkwe kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-benefiċjarju,
(vii)
l-isem ta’ kwalunkwe parti ta’ referenza tal-benefiċjarju,
(viii)
kwalunkwe fini tat-trasferiment ta’ kreditu,
(ix)
kwalunkwe kategorija tal-fini tat-trasferiment ta’ kreditu.
(c)
Barra minn hekk, l-elementi tad-data obbligatorja li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mill-PSPs ta’ min iħallas lill-PSP tal-benefiċjarju:
(i)
il-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(ii)
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(iii)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
(iv)
id-data tas-saldu tat-trasferiment tal-kreditu,
(v)
in-numru ta’ referenza tal-messaġġ tat-trasferiment tal-kreditu tal-PSP ta’ min iħallas.
(d)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(2)(c) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(ii)
l-ammont tat-trasferiment ta’ kreditu,
(iii)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa.
(3) Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
(a)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(a)(i) huma dawn li ġejjin:
(i)
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
(iii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
(iv)
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
(v)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
(vi)
ir-referenza unika tal-mandat,
(vii)
meta l-mandat ta’ min iħallas jingħata wara 31 ta’ Marzu 2012, id-data li fiha ġie ffirmat,
(ix)
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju għajr il-benefiċjarju li ħareġ il-mandat, ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat,
(x)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(xi)
meta l-mandat jittieħed minn benefiċjarju li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat, l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat,
(xii)
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas,
(xiv)
kwalunkwe kategorija tal-fini ta’ ġbir.
(b)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(b) għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(i)
il-BIC tal-PSP tal-benefiċjarju (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(ii)
l-BIC tal-PSP ta’ min iħallas (jekk mhux miftiehem mod ieħor mill-PSPs involuti fit-tranżazzjoni tal-pagament),
(iii)
l-isem tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(iv)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza ta’ min iħallas (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(v)
l-isem tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(vi)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-parti ta’ referenza tal-benefiċjarju (jekk preżenti fil-mandat dematerjalizzat),
(vii)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament,
(viii)
id-data tas-saldu tal-ġbir,
(ix)
ir-referenza tal-PSP tal-benefiċjarju għall-ġbir,
(xi)
it-tip ta’ debitu dirett (rikorrenza, ta’ darba, l-ewwel, l-aħħar jew irriversjar),
(xiii)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li għandu jiġi kkreditat għall-ġbir,
(xiv)
meta jkun disponibbli, l-isem ta’ min iħallas,
(xv)
l-IBAN tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas li għandu jiġi ddebitat għall-ġbir,
(xvi)
ir-referenza unika tal-mandat,
(xvii)
id-data tal-iffirmar tal-mandat jekk il-mandat jingħata minn min iħallas wara 31 ta’ Marzu 2012,
(xix)
ir-referenza unika tal-mandat kif mogħtija mill-benefiċjarju oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjaru li jkun ħareġ il-mandat),
(xx)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(xxi)
l-identifikatur tal-benefiċjaru oriġinali li ħareġ il-mandat (jekk il-mandat ikun għadda għand benefiċjarju ieħor li mhuwiex il-benefiċjarju li jkun ħareġ il-mandat),
(xxii)
kwalunkwe informazzjoni ta’ rimessa mingħand il-benefiċjarju lil min iħallas.
(c)
L-elementi tad-data msemmijia fl-Artikolu 5(3)(c) huma dawn li ġejjin:
(i)
ir-referenza unika tal-mandat,
(ii)
l-identifikatur tal-benefiċjarju,
(v)
kwalunkwe informazzjoni tar-rimessa,
(vi)
il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-iskema ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|