ANNESS
PARTI A
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum
(1) Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom
(2) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex jitpoġġa l-ikel fihom li
(a)
jkun maħsub għal konsum immedjat, jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,
(b)
tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u
(c)
jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,
inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti, pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel.
PARTI B
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 5 dwar restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq
(1) Stikek tal-cotton buds, ħlief jekk dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE (
6
) jew id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE (
7
);
(2) Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks);
(4) Straws, ħlief jekk dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/385/KEE jew id-Direttiva 93/42/KEE;
(6) Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek;
(7) Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li:
(a)
jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,
(b)
tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u
(c)
huwa lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,
inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;
(8) Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom;
(9) Tazez għax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi l-għotjien tagħhom.
PARTI C
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 6(1) sa (4) dwar rekwiżiti tal-prodotti
Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri ir-reċipjenti użati biex ikollhom kontenut ta’ likwidu fihom, bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ imħallat, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tiegħu, ta’ xorb, iżda mhux:
(a)
kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik,
(b)
kontenituri tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) li jkun f’forma likwida.
PARTI D
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 7 dwar ir-rekwiżiti tal-immarkar
(1) Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni;
(2) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;
(3) Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk;
PARTI E
I.
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(2) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur
(1) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li
(a)
jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,
(b)
tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u
(c)
jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,
inklużi kontenituri tal-ikel użati għal fast food jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;
(2) Pakketti u tgeżwir magħmula minn materjal flessibbli li fihom jitqiegħed ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir individwali mingħajr l-ebda tħejjija oħra;
(3) Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri r-reċipjenti użati biex ikun fihom likwidu bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ ta’ xorb imħallat inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu, iżda mhux kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;
(4) Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom;
(5) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif definiti fil-punt 1c tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE.
II.
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(3) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur
(1) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;
(2) Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi.
III.
Prodotti tal-plastik oħrajn li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(3) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur
Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk
PARTI F
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 9 dwar il-ġbir separat u mill-Artikolu 6(5) dwar rekwiżiti tal-prodotti
Fliexken tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, iżda mhux:
(a)
fliexken tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;
(b)
fliexken tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 li jkun f’forma likwida.
PARTI G
Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 10 dwar miżuri ta’ sensibilizzazzjoni
(1) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li:
(a)
jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,
(b)
tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u
(c)
jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,
inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti, pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;
(2) Pakketti u tgeżwir magħmula minn materjal flessibbli li fihom jitqiegħed ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir individwali mingħajr l-ebda tħejjija oħra;
(3) Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri r-reċipjenti użati biex ikun fihom likwidu bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ ta’ xorb imħallat inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu, iżda mhux kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;
(4) Tazez għax-xorb, inklużi l-għotjien tagħhom;
(5) Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk;
(6) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;
(7) Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi;
(8) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif definiti fil-punt 1c tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE;
(9) Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni.