+REGOLAMENT (UE) Nru 996/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 4 Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 5 Obbligu ta' investigazzjoni
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 6 Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
------+Artikolu 7 5.
------+Artikolu 7 6.
------+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 8 Parteċipazzjoni tal-EASA u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Obbligu ta’ notifika ta’ aċċidenti u inċidenti serji
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-investigazzjonijet tas-sikurezza
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Status tal-investigaturi tas-sikurezza
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 12 Koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Preżervazzjoni tal-evidenza
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
------+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 14 Protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva ta’ sikurezza
------+Artikolu 14 1.
------+Artikolu 14 2.
------+Artikolu 14 3.
------+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 15 Komunikazzjoni tal-informazzjoni
------+Artikolu 15 1.
------+Artikolu 15 2.
------+Artikolu 15 3.
------+Artikolu 15 4.
------+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 16 Rapport tal-investigazzjoni
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
------+Artikolu 16 3.
------+Artikolu 16 4.
------+Artikolu 16 5.
------+Artikolu 16 6.
------+Artikolu 16 7.
------+Artikolu 16 8.
---+Artikolu 17 Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
------+Artikolu 17 1.
------+Artikolu 17 2.
------+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 18 Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
------+Artikolu 18 1.
------+Artikolu 18 2.
------+Artikolu 18 3.
------+Artikolu 18 4.
------+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 20 Informazzjoni dwar persuni u oġġetti perikolużi abbord
------+Artikolu 20 1.
------+Artikolu 20 2.
------+Artikolu 20 3.
------+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 21 Assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-ajru u lill-qraba tagħhom
------+Artikolu 21 1.
------+Artikolu 21 2.
------+Artikolu 21 3.
------+Artikolu 21 4.
------+Artikolu 21 5.
------+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 22 Aċċess għal dokumenti u protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura personali
------+Artikolu 22 1.
------+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 23 Penali
---+Artikolu 24 Emendar tar-Regolament
---+Artikolu 25 Tħassir
---+Artikolu 26 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS
English - European Union - Aviation -

REGOLAMENT (UE) Nru 996/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT (UE) Nru 996/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ottubru 2010

dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-ifinijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“aċċident” tfisser okkorrenza marbuta mal-operat ta’ inġenju tal-ajru li, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, isseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-għanijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li sseħħ fil-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq bil-ħsieb li jittajjar sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu, u li fiha:

(a) 

persuna tkun feruta b’mod fatali jew serju minħabba:

— 
li tkun fl-inġenju tal-ajru, jew
— 
li tiġi f’kuntatt dirett ma kwalunkwe parti mill-inġenju tal-ajru, inkluż ma’ partijiet li jkunu nqalgħu minnu, jew
— 
li tkun esposta b’mod dirett għall-kolp ta’ riħ li joħroġ bil-qawwa mill-ġett,

ħlief meta l-feriti jkunu ġejjin minn kawżi naturali, kkaġunati mill-persuna nnifisha jew minn persuni oħra, jew meta l-feriti jkunu feriti fuq persuni mistoħbija f’partijiet li normalment ma jkunux disponibbli għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ; jew

(b) 

l-inġenju tal-ajru ssirlu ħsara jew ikollu nuqqas strutturali li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa strutturali, il-prestazzjoni jew il-karatteristiċi tat-titjira tiegħu u li normalment tkun tirrikjedi ħafna tiswija jew il-bdil tal-komponent affettwat, ħlief għal meta l-magna ma tibqax taħdem jew issirilha ħsara, meta l-ħsara tkun limitata għal magna waħda (inkluża dik f’għatat (cowlings) jew aċċessorji tagħha), skrejjen, ponot tal-ġwienaħ, antenni, probes, vanes, tajers, brejkijiet, roti, fairings, panelli, bibien tat-tagħmir tal-inżul, windscreens, il-qoxra ta’ barra tal-inġenju tal-ajru (bħal għatniet jew toqob żgħar) jew fil-każ ta’ ħsarat żgħar fir-rotor blades prinċipali, fir-rotor blades ta’ wara, fit-tagħmir tal-inżul u dawk li jirriżultaw minħabba x-xita tas-silġ jew ħbit ma’ għasafar (inklużi toqob fir-radome); jew

(c) 

l-inġenju tal-ajru jkun mitluf jew ma jkun aċċessibbli bl-ebda mod;

(2) 

“rappreżentant akkreditat” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tieħu sehem f’investigazzjoni dwar is-sikurezza mwettqa minn Stat ieħor. Ir-rappreżentant akkreditat maħtur minn Stat Membru għandu jkun ġej minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza;

(3) 

“konsulent” tfisser persuna maħtura minn Stat, abbażi tal-kwalifiki tagħha, sabiex tgħin lir-rappreżentant akkreditat tiegħu f’investigazzjoni dwar is-sikurezza;

(4) 

“kawżi” tfisser azzjonijiet, omissjonijiet, avvenimenti, kundizzjonijiet, jew taħlita tagħhom, li wasslu għall-aċċident jew l-inċident; l-identifikazzjoni tal-kawżi ma timplikax l-għoti ta’ tort jew tar-responsabbiltà amministrattiva, ċivili jew kriminali;

(5) 

“ferita fatali” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li twassal għall-mewt tagħha fi żmien tletin jum minn meta jseħħ l-aċċident;

(6) 

“reġistratur tat-titjira” tfisser kull tip ta’ reġistratur installat fl-inġenju tal-ajru sabiex jiffaċilita l-investigazzjonijiet tas-sikurezza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċidenti/inċidenti;

(7) 

“inċident” tfisser okkorrenza, minbarra aċċident, assoċjata mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u li taffettwa jew li tista’ taffettwa s-sikurezza tal-operat;

(8) 

“standards internazzjonali u prattika rakkomandata” tfisser l-istandards internazzjonali u l-prattika rakkomandata għall-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ta’ inġenji tal-ajru adottati skont l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(9) 

“investigatur responsabbli” tfisser persuna li, abbażi tal-kwalifiki tagħha, tqabbdet bħala l-persuna responsabbli għall-organizzazzjoni, it-twettiq u l-kontroll ta’ investigazzjoni tas-sikurezza;

(10) 

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li tħaddem jew li tipproponi li tħaddem inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;

(11) 

“persuna involuta” tfisser il-proprjetarju, membru tal-ekwipaġġ, l-operatur tal-inġenju tal-ajru involut f’aċċident jew f’inċident serju; kwalunkwe persuna involuta fil-manutenzjoni, id-disinn, il-manifattura ta’ dak l-inġenju tal-ajru jew fit-taħriġ tal-ekwipaġġ tiegħu; kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-titjira jew tas-servizzi tal-ajruport li pprovdew servizzi għall-inġenju tal-ajru; persunal tal-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili; jew persunal tal-EASA;

(12) 

“rapport preliminari” tfisser il-komunikazzjoni użata għad-disseminazzjoni immedjata ta’ data miksuba matul l-istadji bikrin tal-investigazzjoni;

(13) 

“qraba” tfisser l-eqreb membri tal-familja jew il-persuni li jiġu mill-vittma u/jew persuni oħra konnessi mill-qrib mal-vittma ta’ aċċident, kif definit taħt il-liġi nazzjonali tal-vittma;

(14) 

“investigazzjoni tas-sikurezza” tfisser proċess imwettaq minn awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza sabiex jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti u li jinkludi l-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni, it-tfassil ta’ konklużjonijiet, inkluż li wieħed jistabbilixxi l-kawża/i u l-fatturi li kkontribwew għalih u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza;

(15) 

“rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza” tfisser proposta li tagħmel awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza, li tkun imsejsa fuq informazzjoni minn investigazzjoni tas-sikurezza jew minn għejjun oħra fosthom minn studji dwar is-sikurezza, u li ssir bil-ħsieb li jiġu evitati l-aċċidenti u l-inċidenti;

(16) 

“inċident serju” tfisser inċident li jinvolvi ċirkustanzi li jindikaw li kien hemm probabbiltà kbira ta’ aċċident u li jkun assoċjat mal-operat ta’ inġenju tal-ajru, fejn, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru bl-ekwipaġġ, dan l-operat iseħħ fil-ħin minn meta kwalunkwe persuna titla’ abbord l-inġenju tal-ajru għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta kull persuna tali tkun niżlet minn fuqu, jew, fil-każ ta’ inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, iseħħ mill-ħin meta l-inġenju tal-ajru jkun lest biex jitlaq għall-finijiet ta’ titjira sal-ħin meta jinżel fi tmiem it-titjira u tintefa’ s-sistema ewlenija ta’ propulsjoni tiegħu. (Fl-Anness tingħata lista ta’ eżempji ta’ inċidenti);

(17) 

“ferita serja” tfisser ferita li ġġarrab persuna f’aċċident u li tinvolvi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

perjodu ta’ żmien fl-isptar li jkun itwal minn 48 siegħa, li jibda fi żmien sebat ijiem minn meta ġġarrbet il-ferita;

(b) 

ksur ta’ xi għadma (minbarra l-ksur sempliċi tas-swaba’ tal-id jew tas-sieq, jew il-ksur tal-imnieħer);

(c) 

tiċrit tal-laħam li jikkawża emorraġija serja, ħsara fin-nervituri, fil-muskoli jew fl-għerq;

(d) 

ferita fi kwalunkwe organu intern;

(e) 

ħruq tat-tieni jew tat-tielet grad, jew kwalunkwe ħruq li jaffettwa iktar minn 5 % ta’ wiċċ il-ġisem;

(f) 

espożizzjoni vverifikata għal sustanzi infettivi jew għal radjazzjoni perikoluża.

Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 4 Awtorità tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
Artikolu 5 Obbligu ta' investigazzjoni
Artikolu 6 Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza
Artikolu 7 Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet tal-Investigazzjoni tas-Sikurezza fis-settur tal-Avjazzjoni Ċivili
Artikolu 8 Parteċipazzjoni tal-EASA u tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali fl-investigazzjonijiet tas-sikurezza
Artikolu 9 Obbligu ta’ notifika ta’ aċċidenti u inċidenti serji
Artikolu 10 Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-investigazzjonijet tas-sikurezza
Artikolu 11 Status tal-investigaturi tas-sikurezza
Artikolu 12 Koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet
Artikolu 13 Preżervazzjoni tal-evidenza
Artikolu 14 Protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva ta’ sikurezza
Artikolu 15 Komunikazzjoni tal-informazzjoni
Artikolu 16 Rapport tal-investigazzjoni
Artikolu 17 Rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
Artikolu 18 Segwitu għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u l-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza
Artikolu 20 Informazzjoni dwar persuni u oġġetti perikolużi abbord
Artikolu 21 Assistenza lill-vittmi ta’ aċċidenti tal-ajru u lill-qraba tagħhom
Artikolu 22 Aċċess għal dokumenti u protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura personali
Artikolu 23 Penali

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 24 Emendar tar-Regolament

Artikolu 24

Emendar tar-Regolament

Dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal reviżjoni mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2014. Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li dan ir-Regolament għandu jiġi emendat, għandha titlob lin-Netwerk biex jagħti opinjoni preliminari, li għandha tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-EASA.

Artikolu 25 Tħassir

Artikolu 25

Tħassir

Id-Direttiva 94/56/KE hija b’dan imħassra.

Artikolu 26 Dħul fis-seħħ

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS




ANNESS

Lista ta’ eżempji ta’ inċidenti serji

L-inċidenti elenkati huma eżempji tipiċi ta’ inċidenti li aktarx li jkunu inċidenti serji. Din il-lista mhijiex eżawrjenti u sservi biss bħala gwida fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “inċident serju”:

— 
Kważi kolliżjoni li tirrikjedi manuvra ta’ evitar biex tevita kolliżjoni jew sitwazzjoni mhux sikura jew fejn azzjoni ta’ evitar kienet tkun xierqa,
— 
Titjira kkontrollata ġol-art (CFIT) evitata biss marġinalment,
— 
Tluq abortit fuq runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew minn runway li mhijiex assenjata,
— 
Tluq minn runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew minn runway li mhijiex assenjata,
— 
Inżul jew tentattiv ta’ nżul fuq runway magħluqa jew okkupata, fuq taxiway, esklużi operazzjonijiet awtorizzati minn elikotteri, jew fuq runway li mhijiex assenjata,
— 
Fallimenti maġġuri biex tinkiseb il-prestazzjoni prevista waqt tluq jew waqt it-tlugħ tal-bidu,
— 
Nar u duħħan fil-kompartiment tal-passiġġieri, fil-kompartament tat-tagħbija jew nirien fil-magni, ukoll jekk dawn in-nirien ġew mitfija bl-użu ta’ aġenti tat-tifi tan-nar,
— 
Avvenimenti li jkunu jeħtieġu l-użu ta’ emerġenza ta’ ossiġinu mill-ekwipaġġ ta’ titjira,
— 
Falliment strutturali fl-inġenju tal-ajru jew disintegrazzjoni tal-magna, inkluż nuqqasijiet inkontrollabbli tal-magna tat-turbina, li mhumiex klassifikati bħala aċċident,
— 
Ħsarat funzjonali multipli ta’ waħda jew iktar mis-sistemi ta’ inġenju tal-ajru li jaffetwaw b’mod serju l-operat tal-inġenju tal-ajru,
— 
Inkapaċitazzjoni tal-ekwipaġġ tat-titjira waqt it-titjira,
— 
Ammont ta’ karburant li jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ emerġenza mill-pilota,
— 
Inkursjonijiet fuq runway klassifikati b’severità tal-grad A skont il-Manwal dwar il-Prevenzjoni ta’ Inkursjonijiet fuq Runway (ICAO Dok 9870) li fih tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tas-severità,
— 
Inċidenti ta’ tluq jew inżul. Inċidenti bħal undershooting, overrunning jew ħruġ mill-ġnub ta’ runways,
— 
Falliment ta’ sistemi, fenomeni tat-temp, operat barra mill-pakkett approvat tat-titjira jew okkorrenzi oħra li setgħu kkawżaw diffikultajiet fil-kontroll tal-inġenju tal-ajru,
— 
Falliment ta’ aktar minn sistema waħda meta tkun sistema ta’ ridondanza li tkun obbligatorja għall-gwida tat-titjira u n-navigazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R0996
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.