+2.2. Punteġġ fl-SREP
---+27. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw sistema ta’ punteġġ konsistenti biex jgħinu …
---+28. Meta jassenaw punteġġi tar-riskju, punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP …
---+29. Il-punteġġi tar-riskju għandhom l-għan li jindirizzaw il-probabbiltà li r-riskji għall-kapital …
---+30. Il-punteġġi huma: 1 (riskju baxx), 2 (riskju medju-baxx), 3 (riskju medju-għoli), u 4 (riskju …
---+31. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-punteġġi malli jitlestew il-valutazzjonijiet …
---+32. Il-punteġġi tar-riskju huma assenjati biex jiġbru fil-qosor ir-riskji għall-kapital (kif …
---+33. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-punteġġ tar-riskju permezz ta’ valutazzjoni …
---+34. Meta jivvalutaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll …
---+35. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw metodi differenti biex japplikaw il-punteġġi …
---+36. Fi tmiem il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw ħarsa …
---+37. L-adegwatezza tal-kapital u l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament jirrappreżentaw …
---+38. Il-punteġġ finali huwa punteġġ globali tal-SREP. Dan jinkludi l-punteġġi tal-erba’ elementi …
---+39. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ …

2.2. Punteġġ fl-SREP

2.2. Punteġġ fl-SREP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
27. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw sistema ta’ punteġġ konsistenti biex jgħinu …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw sistema ta’ punteġġ konsistenti biex jgħinu jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi tas-superviżuri, jippromwovu l-komparabbiltà u l-kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet, u jagħtu prijorità lir-riżorsi u l-miżuri superviżorji fil-valutazzjoni tal-elementi tal-SREP. Dawn għandhom jiġbru fil-qosor l-eżiti tal-valutazzjonijiet tagħhom billi jassenjaw punteġġi tar-riskju, punteġġi tal-elementi tal-SREP u punteġġ globali tal-SREP.

28. Meta jassenaw punteġġi tar-riskju, punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP …

Meta jassenaw punteġġi tar-riskju, punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għall-kunsiderazzjonijiet imsemmija fit-tabelli fl-aħħar parti ta’ kull taqsima u titolu rilevanti ta’ dawn il-linji gwida, flimkien mal-applikazzjoni tal-ġudizzju superviżorju. Filwaqt li dawn il-kunsiderazzjonijiet iservu bħala linja bażi għall-assenjazzjoni tal-punteġġi, ma għandhomx jiġu interpretati bħala lista ta’ kontroll mekkanika li għandha timtela għal kull element, u lanqas ma għandhom jitqiesu bħala li jistabbilixxu ġerarkija ta’ importanza fost l-elementi. Minflok, huma maħsuba biex jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-assenjazzjoni tal-punteġġi billi jikkunsidraw l-interazzjoni u r-rilevanza tal-elementi differenti fi ħdan id-dimensjoni speċifika tal-istituzzjoni li qed tiġi vvalutata.

29. Il-punteġġi tar-riskju għandhom l-għan li jindirizzaw il-probabbiltà li r-riskji għall-kapital …

Il-punteġġi tar-riskju għandhom l-għan li jindirizzaw il-probabbiltà li r-riskji għall-kapital, il-likwidità u l-finanzjament se jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjoni. Il-punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP jindikaw il-kobor tar-riskji għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni; b’mod partikolari, il-punteġġ globali tal-SREP għandu jirrifletti l-perspettiva superviżorja tal-vijabbiltà globali tal-istituzzjoni kif speċifikat fit-Titolu 9. Illustrazzjoni 1. Ħarsa ġenerali lejn il-qafas tal-punteġġ

Punteġġ tal-SREP globali

Punteġġi tal-vijabbiltà

Punteġġ Punteġġ interna u tal-governanza tal-kontroll fl- adegwatezza Punteġġ tal- tal- adegwatezza Punteġġ tal- tal-

tal-BMA istituzzjoni kollha kapital likwidità u tal-

finanzjament Punteġġi għar-riskji materjali għall-kapital (eż. kreditu, suq, operazzjonali eċċ.)Punteġġi tar-riskju
30. Il-punteġġi huma: 1 (riskju baxx), 2 (riskju medju-baxx), 3 (riskju medju-għoli), u 4 (riskju …

Il-punteġġi huma: 1 (riskju baxx), 2 (riskju medju-baxx), 3 (riskju medju-għoli), u 4 (riskju għoli – dan jirrappreżenta l-agħar valutazzjoni possibbli). Il-punteġġ addizzjonali ta’ “F” huwa disponibbli biss għall-punteġġ globali tal-SREP, kif spjegat fil-paragrafu 38. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu punteġġi aktar granulari għall-finijiet interni tagħhom, bħall-ippjanar tar-riżorsi, dment li l-qafas ġenerali tal-punteġġi stabbilit f’dawn il-linji gwida jiġi rispettat.

31. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-punteġġi malli jitlestew il-valutazzjonijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-punteġġi malli jitlestew il-valutazzjonijiet tal-SREP bil-frekwenza minima stabbilita fil-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4. Il-punteġġi għandhom jiġu riveduti wkoll mingħajr dewmien żejjed fuq il-bażi ta’ sejbiet jew żviluppi ġodda materjali.

2.2.1. Punteġġi tar-riskju

32. Il-punteġġi tar-riskju huma assenjati biex jiġbru fil-qosor ir-riskji għall-kapital (kif …

Il-punteġġi tar-riskju huma assenjati biex jiġbru fil-qosor ir-riskji għall-kapital (kif speċifikat fit-Titolu 6). Dawn il-punteġġi jirrappreżentaw il-probabbiltà li riskju se jkollu impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni (eż. telf potenzjali), wara li titqies il-kwalità tal-kontrolli tar-riskju biex jiġi mmitigat dan l-impatt (jiġifieri r-riskju residwu), iżda qabel ma titqies il-kapaċità tal-istituzzjoni li timmitiga r-riskju permezz tar-riżorsi tal-kapital jew tal-likwidità disponibbli.

33. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-punteġġ tar-riskju permezz ta’ valutazzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-punteġġ tar-riskju permezz ta’ valutazzjoni tal-livell ta’ riskju inerenti ta’ istituzzjoni, filwaqt li jqisu kif xieraq l-adegwatezza tal-qafas ta’ ġestjoni u ta’ kontrolli tar-riskju tal-istituzzjoni. B’mod partikolari, qafas adegwat ta’ ġestjoni u ta’ kontrolli tar-riskju jista’ jimmitiga l-impatt prudenzjali ta’ riskju speċifiku, filwaqt li qafas dgħajjef jista’ jżid l-impatt prudenzjali. Il-valutazzjoni tar-riskju inerenti u l-adegwatezza tal-ġestjoni u l-kontrolli għandhom isiru b’referenza għall-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 6 għar-riskju tal-kreditu u tal-kontroparti, fit-tabella 8 għar-riskju tas-suq, fit-tabella 10 għar-riskju operazzjonali, fit-tabella 12 għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u ta’ firxiet tal-kreditu fil-portafoll bankarju (IRRBB u CSRBB), fit-tabella 17 għal-likwidità u l-finanzjament.

34. Meta jivvalutaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll …

Meta jivvalutaw ir-riskji għall-kapital, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll is-sottokategoriji rilevanti (eż. ir-riskju ta’ konċentrazzjoni jew ir-riskju tal-pajjiż bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu u tal-kontraparti, kif stabbilit fit-Titolu 6). Skont il-materjalità ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is-sottokategoriji għal istituzzjoni partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jivvalutawhom u jagħtuhom punteġġ b’mod individwali.

35. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw metodi differenti biex japplikaw il-punteġġi …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw metodi differenti biex japplikaw il-punteġġi tar-riskju, jistgħu jagħtu punteġġi għal “riskju” u għal “ġestjoni u kontrolli tar-riskju” separatament (li jirriżultaw f’punteġġ intermedju u finali) jew jagħtuhom punteġġ flimkien. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jaggregaw ir-riskji kollha għall-kapital f’punteġġ aggregat.

2.2.2. Punteġġi tal-elementi tal-SREP u punteġġ globali tal-SREP

36. Fi tmiem il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw ħarsa …

Fi tmiem il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw ħarsa ġenerali komprensiva tal-profil tar-riskju u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni abbażi tal-erba’ elementi tal-SREP:

  • a. mudell u strateġija tan-negozju kif speċifikat fit-Titolu 4;
  • b. governanza interna u kontrolli fl-istituzzjoni kollha kif speċifikat fit-Titolu 5;
  • c. adegwatezza tal-kapital, kif speċifikat fit-Titolu 7;
  • d. adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament, kif speċifikat fit-Titolu 8.
37. L-adegwatezza tal-kapital u l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament jirrappreżentaw …

L-adegwatezza tal-kapital u l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament jirrappreżentaw il-perspettiva superviżorja tal-kapaċità tar-riżorsi tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni biex jimmitigaw/ikopru r-riskji għall-kapital u l-likwidità u l-finanzjament, kif stabbilit fit-Titoli 6 u 8, u/jew elementi oħrajn li għalihom ikunu ġew iddeterminati fondi proprji addizzjonali kif stabbilit fit-Titolu 7.

38. Il-punteġġ finali huwa punteġġ globali tal-SREP. Dan jinkludi l-punteġġi tal-erba’ elementi …

Il-punteġġ finali huwa punteġġ globali tal-SREP. Dan jinkludi l-punteġġi tal-erba’ elementi tal-SREP imsemmija hawn fuq u l-ġudizzju superviżorju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-punteġġ globali tal-SREP jipprovdi indikazzjoni tal-vijabbiltà globali tal-istituzzjoni, inkluż jekk l-istituzzjoni hijiex “qed tfalli jew probabbli tfalli” fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE, u wara li jikkunsidraw il-Linji Gwida tal-EBA dwar “qed tfalli jew probabbli tfalli”8 . Meta l-eżitu tal-valutazzjoni globali tal-SREP jissuġġerixxi li istituzzjoni tista’ titqies bħala li “qed tfalli jew probabbli tfalli”, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw punteġġ ta’ “F” u jsegwu l-proċess ta’ involviment mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE.


8 Linji gwida tal-EBA dwar l-interpretazzjoni taċ-ċirkostanzi differenti meta istituzzjoni għandha titqies bħala li qed tfalli jew probabbli tfalli skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE (EBA/GL/2015/07)

39. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-punteġġi tal-elementi tal-SREP u l-punteġġ globali tal-SREP:

  • a. jirriflettu l-probabbiltà li l-miżuri superviżorji huma meħtieġa biex jindirizzaw it-tħassib;
  • b. jitqiesu fost l-iskattaturi għad-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu applikati miżuri ta’ intervent bikri f’konformità mal-Linji Gwida tal-EBA dwar skattaturi għall-użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri9 ;
  • c. jinformaw il-prijoritizzazzjoni u l-ippjanar ta’ riżorsi superviżorji u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet fil-programm ta’ eżaminazzjoni superviżorja (SEP).

9 Linji Gwida tal-EBA dwar skattaturi għall-użu ta’ miżuri ta’ intervent bikri (EBA/GL/2015/03).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.