+2.4. Proporzjonalità u involviment superviżorju
---+42. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw l-ambitu, il-frekwenza, il-granularità u …
---+43. Skont dan il-mudell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar l-elementi …
---+44. Din il-perspettiva għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni miġbura permezz tal-firxa sħiħa ta’ …
---+45. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvolvu ruħhom mal-korp maniġerjali u mal-maniġment …
---+46. Meta l-istituzzjonijiet ikunu parti minn gruppi transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti …
---+47. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li l-istituzzjonijiet għandhom profili ta’ riskju …
---+48. Għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta’ eżami superviżorju meħtieġ mill-Artikolu 99 …
---+49. Meta jippjanaw l-attivitajiet superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw …

2.4. Proporzjonalità u involviment superviżorju

2.4. Proporzjonalità u involviment superviżorju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
42. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw l-ambitu, il-frekwenza, il-granularità u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġustaw l-ambitu, il-frekwenza, il-granularità u l-intensità tal-involviment superviżorju ma’ istituzzjoni f’konformità mal-kategorija tagħha u billi jikkunsidraw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta jippjanaw l-attivitajiet tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għall-mudell ta’ involviment minimu tal-SREP deskritt fit-tabella 1. Il-mudell jimmappja l-intensità tal-involviment superviżorju għall-kategorija tal-istituzzjoni. Il-mudell ma għandux jiġi interpretat bħala ostaklu għall-allokazzjoni ta’ riżorsi fuq prijoritajiet superviżorji identifikati. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, irrispettivament mill-kategorizzazzjoni tal-istituzzjoni, jistabbilixxu l-fokus u l-granularità tal-valutazzjoni tagħhom biex jirriflettu l-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni, il-materjalità tar-riskji differenti, it-tendenzi u r-riskji emerġenti identifikati permezz tal-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin kif deskritt fit-Titolu 3, l-ittestjar tal-istress kif deskritt fit-Titolu 11 jew l-eżitu ta’ valutazzjonijiet tal-SREP preċedenti.

43. Skont dan il-mudell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar l-elementi …

Skont dan il-mudell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar l-elementi kollha tal-SREP (analiżi tal-mudell tan-negozju, governanza/kontrolli interni, riskji għall-kapital, u riskji għal-likwidità u l-finanzjament) f’konformità mal-frekwenza minima stabbilita fit-tabella 1, filwaqt li jibqgħu kapaċi jagħmlu valutazzjoni annwali sinifikanti u komprensiva tal-vijabbiltà ta’ istituzzjoni (sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP).

44. Din il-perspettiva għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni miġbura permezz tal-firxa sħiħa ta’ …

Din il-perspettiva għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni miġbura permezz tal-firxa sħiħa ta’ attivitajiet superviżorji elenkati fil-paragrafu 13. B’mod partikolari, l-informazzjoni mis-snin preċedenti tista’ sservi wkoll bħala linja bażi għall-valutazzjoni u s-sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP, dment li l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat - filwaqt li tqis ukoll il-monitoraġġ trimestrali tal-indikaturi - li l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ma nbidilx materjalment.

45. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvolvu ruħhom mal-korp maniġerjali u mal-maniġment …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvolvu ruħhom mal-korp maniġerjali u mal-maniġment superjuri tal-istituzzjonijiet14 abbażi tal-frekwenza minima indikata fit-tabella 1. Irrispettivament mill-kategorija tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintensifikaw l-involviment tagħhom biex isegwu s-sejbiet minn valutazzjonijiet tal-SREP preċedenti, jew biex jimmonitorjaw istituzzjonijiet bi profili tar-riskju ogħla/li jinbidlu malajr jew b’punteġġ globali tal-SREP dgħajjef li jirrifletti tħassib superviżorju serju.


14 Kif definit fl-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2013/36 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/2026-01-11).

46. Meta l-istituzzjonijiet ikunu parti minn gruppi transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti …

Meta l-istituzzjonijiet ikunu parti minn gruppi transfruntieri, l-awtoritajiet kompetenti

għandhom jiddiskutu kif jippjanaw li jwettqu l-valutazzjoni tal-SREPtagħhom fil-qafas tal-

kulleġġi tas-superviżuri biex jidentifikaw tħassib fi stadju bikri u jaġġustaw u jikkoordinaw l-approċċ fost l-awtoritajiet kif speċifikat fit-Titolu 10.

Tabella 1. Applikazzjoni tal-SREP għal kategoriji differenti ta’ istituzzjonijiet

Kategorija Monitoraġġ indikaturi ewlenin tal- Evalwazzjoni elementi SREP (tal-anqas)* kollha tal- tal- Sommarju valutazzjoni SREP globali tal- tal-Livell minimu ta’ involviment/djalogu korp istituzzjoni maniġerjali u mal- mal- tal-maniġment superjuri
1 Trimestrali Annwali Annwali 2 Trimestrali Kull sentejn Annwali 3 Trimestrali Kull 3 snin AnnwaliKontinwu/għaddej Kontinwu/għaddej Ibbażat inqas kull fuq 3 snin ir-riskju mill-
4 Trimestrali Kull estiż 3 għal snin, 5 snin** li jista’ jiġi AnnwaliIbbażat inqas kull fuq 3 snin ir-riskju mill-

*Bil-fokus u l-granularità tar-reviżjoni mfassla biex jirriflettu l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, il-materjalità tar-riskji differenti, u x-xejriet u r-riskji emerġenti identifikati permezz ta’ attivitajiet superviżorji. Dan jista’ jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet preċedenti jekk xejn ma nbidel b’mod materjali f’konformità mal-informazzjoni disponibbli (eż. monitoraġġ tal-indikaturi u rapportar), irrispettivament mill-kategorizzazzjoni tal-istituzzjoni.

**Il-frekwenza minima għall-valutazzjoni tal-elementi kollha tal-SREP tista’ tiġi estiża minn 3 sa 5 snin għall-istituzzjonijiet tal-kategorija 4 dment li: (i) għandhom profil stabbli ta’ riskju baxx, metriċi finanzjarji stabbli u marġini b’saħħithom; u (ii) il-monitoraġġ trimestrali tal-KRIs ma jagħtix lok għal tħassib.

47. Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li l-istituzzjonijiet għandhom profili ta’ riskju …

Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li l-istituzzjonijiet għandhom profili ta’ riskju simili jew jistgħu jkunu esposti għal riskji emerġenti simili, jistgħu jwettqu valutazzjonijiet tematiċi tal-SREP fuq istituzzjonijiet multipli bħala valutazzjoni waħda (eż. tista’ ssir BMA fuq is-selliefa żgħar kollha bl-ipoteki, peress li x’aktarx tidentifika l-istess kwistjonijiet ta’ vijabbiltà tan-negozju għal dawn l-istituzzjonijiet kollha). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ukoll metodoloġiji mfassla apposta għall-applikazzjoni tal-SREP għal istituzzjonijiet bi profili ta’ riskju simili, bħal mudelli tan-negozju jew post ġeografiku tal-iskoperturi simili f’konformità mal-Artikolu 97(4a) tad-Direttiva 2013/36/UE.

48. Għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta’ eżami superviżorju meħtieġ mill-Artikolu 99 …

Għall-istituzzjonijiet koperti mill-programm ta’ eżami superviżorju meħtieġ mill-Artikolu 99 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-livell ta’ involviment u applikazzjoni tal-SREP ikun determinat minn dak il-programm.

49. Meta jippjanaw l-attivitajiet superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw …

Meta jippjanaw l-attivitajiet superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet internament biex jiżguraw valutazzjoni koerenti u ma’ partijiet oħra direttament jew indirettament involuti fil-valutazzjoni, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ input mingħandhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.