+7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+292. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-valutazzjoni tal-kapital tal-SREP …
---+293. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l-kwantità …
---+294. Meta huwa mistenni jew jista’ jkun mistenni impatt materjali fuq il-profil tal-kapital …
---+295. Sabiex jindirizzaw l-inadegwatezzi potenzjali tal-kapital, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ …
---+296. Meta jistabbilixxu l-P2R u, fejn rilevanti, il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: a. …
---+297. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjoni …

7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
292. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-valutazzjoni tal-kapital tal-SREP …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw permezz tal-valutazzjoni tal-kapital tal-SREP jekk il-fondi proprji miżmuma mill-istituzzjoni jipprovdux kopertura soda tar-riskji għall-kapital li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, jekk tali riskji huma vvalutati bħala materjali għall-istituzzjoni.

293. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l-kwantità …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jiddeterminaw u jistabbilixxu l-kwantità (l-ammont) u l-kwalità (il-kompożizzjoni) tal-fondi proprji addizzjonali li l-istituzzjoni hija meħtieġa li jkollha biex tkopri r-riskji speċifiċi għall-istituzzjoni u l-elementi tar-riskji li ma humiex koperti jew li ma humiex koperti biżżejjed minn P1R, u, fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-mudelli, il-kontrolli, il-governanza jew nuqqasijiet oħra, kif ukoll ir-riskju li jirriżulta mill-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni (P2R għal riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv u P2R-LR għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv).

294. Meta huwa mistenni jew jista’ jkun mistenni impatt materjali fuq il-profil tal-kapital …

Meta huwa mistenni jew jista’ jkun mistenni impatt materjali fuq il-profil tal-kapital tal-istituzzjoni minħabba t-tibdil rilevanti fil-qafas regolatorju għad-determinazzjoni tal-P1R (eż. żieda jew tnaqqis fit-TREA) jew fl-implimentazzjoni tiegħu għall-istituzzjoni speċifika (bħall-minimu tal-output), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw dan l-impatt f’termini tal-interazzjoni tiegħu mal-P2R. Tali valutazzjoni tista’ twassal għal determinazzjoni mill-ġdid (jew ’il fuq jew ’l isfel) tal-livell jew il-kompożizzjoni tal-P2R biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti globali ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni jkunu konformi mal-Artikolu 104a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, b’mod partikolari li l-P2R ikopri riskji jew elementi ta’ riskji li ma humiex koperti jew li ma humiex koperti biżżejjed mill-P1R. Biex iwettqu valutazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu l-frekwenza tal-valutazzjoni tal-SREP kif stabbilit fil-mudell ta’ involviment tal-SREP fit-taqsima 2.4 jew ta’ elementi speċifiċi tiegħu.

295. Sabiex jindirizzaw l-inadegwatezzi potenzjali tal-kapital, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ …

Sabiex jindirizzaw l-inadegwatezzi potenzjali tal-kapital, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ stress, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri superviżorji xierqa, inkluż, fejn rilevanti, billi jistabbilixxu u jikkomunikaw il-P2G u l-P2G-LR li hija l-kwantità (ammont) u l-kwalità (kompożizzjoni) tal-fondi proprji li l-istituzzjoni hija mistennija li żżomm lil hinn mill-OCR jew l-OLRR tagħha.

296. Meta jistabbilixxu l-P2R u, fejn rilevanti, il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: a. …

Meta jistabbilixxu l-P2R u, fejn rilevanti, il-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • a. jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe miżura superviżjorja li jkunu applikaw jew li qed jippjanaw li japplikaw għal istituzzjoni;
  • b. jiġġustifikaw b’mod ċar l-elementi kollha tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-P2R u l-P2R-LR kif ukoll għall-P2G u l-P2G-LR;
  • c. japplikaw il-P2R u l-P2R-LR kif ukoll il-P2G u l-P2G-LR b’mod konsistenti biex tiġi żgurata konsistenza ġenerali tal-eżiti prudenzjali fost l-istituzzjonijiet.
297. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjoni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-fondi proprji tal-istituzzjoni u l-impatt tal-istress ekonomiku fuqhom, kif ukoll ir-riskji maħluqa minn ingranaġġ eċċessiv, bħala element determinanti ewlieni tal-vijabbiltà tal-istituzzjoni. Din id-determinazzjoni għandha tiġi miġbura fil-qosor f’punteġġ li jieħu inkunsiderazzjoni l-kunsiderazzjonijiet speċifikati fl-aħħar ta’ dan it-Titolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.