+8.6. Valutazzjoni komparattiva u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità u ta’ finanzjament
---+430. Biex jappoġġaw il-punteġġ tagħhom dwar l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament u …
---+431. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-punt ta’ referiment l-aktar xieraq għall-mudell …
---+432. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta’ kwalunkwe punt ta’ riferiment …
---+433. L-input ewlieni għall-punti ta’ riferiment tal-awtorità kompetenti għall-kwantifikazzjoni …
---+434. Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi possibbli: a. Eżempju 1: Istituzzjoni b’bafer ta’ …
---+435. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux żviluppaw il-punt ta’ riferiment tagħhom stess …
---+436. Sabiex ir-rekwiżiti kwantitattivi speċifiċi ta’ likwidità jiġu artikolati, l-awtoritajiet …
---+437. Sabiex ir-rekwiżiti ta’ finanzjament stabbli kwantitattivi speċifiċi jiġu artikolati kif …
---+438. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistrutturaw rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità jew ta’ …
---+439. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tinnotifikahom immedjatament …
---+440. Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti …
---+441. Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi differenti għall-istruttura ta’ rekwiżiti ta’ likwidità …
---+Suppliment tal-bafer vs limitu massimu fuq il-ħruġ
|
8.6. Valutazzjoni komparattiva u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità u ta’ finanzjament
Determinazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi kwantitattivi ta’ likwidità u ta’ finanzjament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
430. Biex jappoġġaw il-punteġġ tagħhom dwar l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament u …
|
Biex jappoġġaw il-punteġġ tagħhom dwar l-adegwatezza tal-likwidità u tal-finanzjament u jikkalibraw rekwiżiti kwantitattivi speċifiċi fejn jitqies li huma potenzjalment meħtieġa (eż. kwalunkwe mill-miżuri msemmija fit-tabella 18 hawn fuq li huma kwantitattivi), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-punti ta’ riferiment superviżorji tal-likwidità u tal-finanzjament bħala għodod kwantitattivi. Dawn għandhom jintużaw biex jipprovdu punt ta’ riferiment prudenti, konsistenti, trasparenti u paragunabbli li permezz tiegħu jiġu kkalkolati u mqabbla rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità kwantitattivi għal istituzzjonijiet b’mudelli tan-negozju u profili tar-riskju simili. Fl-iżvilupp ta’ punti ta’ riferiment superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw valutazzjoni superviżorja tar-riskji għal-likwidità u l-finanzjament, u r-riżultati tal-ittestjar tal-istress fuq il-likwidità superviżorju.
|
|
431. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-punt ta’ referiment l-aktar xieraq għall-mudell …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-punt ta’ referiment l-aktar xieraq għall-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, u japplikaw ġudizzju għall-eżitu tal-punt ta’ referiment biex jieħdu kont ta’ konsiderazzjonijiet speċifiċi għall-mudell tan-negozju fejn meħtieġ. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw punti ta’ riferiment superviżorji għad-determinazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ likwidità, huma għandhom jispjegaw lill-istituzzjoni r-raġunament u l-prinċipji sottostanti ġenerali wara l-punti ta’ riferiment.
|
|
432. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta’ kwalunkwe punt ta’ riferiment …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza ta’ kwalunkwe punt ta’ riferiment applikat għall-istituzzjonijiet u jirreveduhom u jaġġornawhom b’mod kontinwu fid-dawl tal-esperjenza tal-użu tagħhom.
|
|
433. L-input ewlieni għall-punti ta’ riferiment tal-awtorità kompetenti għall-kwantifikazzjoni …
|
L-input ewlieni għall-punti ta’ riferiment tal-awtorità kompetenti għall-kwantifikazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi kwantitattivi ta’ likwidità jew finanzjament se jkun id-data miġbura permezz tar-rapportar superviżorju f’konformità mal-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) 575/2013 li jkopri l-likwidità u l-finanzjament stabbli fuq bażi individwali u konsolidata, u metrika addizzjonali ta’ monitoraġġ tal-likwidità.
|
|
434. Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi possibbli: a. Eżempju 1: Istituzzjoni b’bafer ta’ …
|
Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi possibbli: - a. Eżempju 1: Istituzzjoni b’bafer ta’ likwidità inizjali ta’ EUR 1 200 miljun dħul kumulattiv u ħruġ kumulattiv stmat taħt kundizzjonijiet ta’ stress huma proġettati permezz ta’ perjodu ta’ żmien ta’ 5 xhur. Matul dan il-perjodu ta’ żmien, l-istituzzjoni tuża l-bafer ta’ likwidità kull darba li d-dħul jaqa’ taħt il-ħruġ. Ir-riżultat huwa li, taħt il-kundizzjonijiet ta’ stress definiti, l-istituzzjoni tkun kapaċi tissopravivi għal 4 xhur u nofs, li huwa itwal mill-perjodu minimu ta’ sopravivenza stabbilit mis-superviżuri (f’dan l-eżempju, 3 xhur); Tabella 19. Eżempju illustrattiv tal-punt ta’ riferiment għall-kwantifikazzjoni tal-likwidità
Perjodu ta’ ħruġ nett pożizzjoni ta’ likwidità netta Likwidità żmien f’xhur ħruġ kumulattiv dħul kumulattiv kumulattiv (bafer – ħruġ nett kumulattiv) disponibbli jum 0 fil- | Illustrazzjoni 4. Eżempju illustrattiv tal-istabbiliment ta’ rekwiżit speċifiku ta’ likwidità | | 1,200 kwantitattiva perjodu minimu ta’ sopravivenza = 3 xhur pożizzjoni ta’ likwidità netta (bafer - | | R U | | ħruġ nett kumulattiv) |
E | M | Likwidità perjodu | ħruġ kumulattiv dħul kumulattiv disponibbli fil-jum 0 ta’ | | Xhur | sopravivenza | attwali |
- b. Eżempju 2: Il-perjodu minimu ta’ sopravivenza superviżorju huwa stabbilit għal 3 xhur. Miżura alternattiva għall-istabbiliment ta’ perjodu minimu ta’ sopravivenza, li tista’ tindirizza wkoll it-tħassib superviżorju li d-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ hija għolja b’mod inaċċettabbli, hija l-istabbiliment ta’ limitu massimu fuq il-ħruġ. Fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt, il-mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ limitu massimu fuq il-ħruġ huwa indikat mil-linja orizzontali sewda. L-istituzzjoni hija meħtieġa tnaqqas il-ħruġ tagħha għal livell taħt il-limitu massimu. Il-limitu massimu jista’ jiġi stabbilit għal bucket tal-ħin wieħed jew aktar u għal ħruġ nett (wara korrezzjoni għad-dħul) jew ħruġ gross. L-alternattiva għaż-żieda ta’ rekwiżit tal-bafer minflok hija indikata fit-tielet kolonna.
Illustrazzjoni 5: Eżempju illustrattiv tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti kwantitattivii speċifiċi
|
|
435. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux żviluppaw il-punt ta’ riferiment tagħhom stess …
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux żviluppaw il-punt ta’ riferiment tagħhom stess għall-kwantifikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ likwidità kwantitattivi speċifiċi, jistgħu japplikaw punt ta’ riferiment billi jużaw il-passi li ġejjin b’mod partikolari fil-każ ta’ riskju ta’ likwidità: - a. iwettqu analiżi komparattiva, taħt kundizzjonijiet ta’ stress, ta’ ħruġ nett ta’ flus u assi likwidi eliġibbli fuq sett ta’ perjodi ta’ żmien: sa xahar (inkluż matul il-lejl), minn xahar sa 3 xhur, u minn 3 xhur sa sena; għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproġettaw ħruġ nett (ħruġ u dħul gross);
- b. kapaċità ta’ kontrobilanċ fil-buckets ta’ maturità differenti, meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet ta’ stress (pereżempju, valwazzjoni prudenti taħt suppożizzjonijiet ta’ stress għal assi likwidi kontra l-valwazzjoni kurrenti taħt kundizzjonijiet normali u wara telf impost), filwaqt li tinbena skala tal-maturità taħt stress għas-sena li ġejja;
- c. jagħtu stima tal-perjodu ta’ sopravivenza tal-istituzzjoni, abbażi tal-valutazzjoni tal-iskala tal-maturità taħt stress;
- d. jiddeterminaw il-perjodu minimu ta’ sopravivenza mixtieq/superviżorju, filwaqt li jitqies il-profil ta’ riskju tal-istituzzjoni u l-kundizzjonijiet tas-suq u makroekonomiċi;
- e. jekk il-perjodu minimu ta’ sopravivenza mixtieq/superviżorju jkun itwal mill-perjodu ta’ sopravivenza kurrenti tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistmaw l-ammonti addizzjonali tal-assi likwidi (bafers addizzjonali ta’ likwidità) li għandhom jinżammu mill-istituzzjoni biex testendi l-perjodu ta’ sopravivenza tagħha għall-minimu meħtieġ.
Artikolazzjoni tar-rekwiżiti kwantitattivi speċifiċi ta’ likwidità u ta’ finanzjament
|
|
436. Sabiex ir-rekwiżiti kwantitattivi speċifiċi ta’ likwidità jiġu artikolati, l-awtoritajiet …
|
Sabiex ir-rekwiżiti kwantitattivi speċifiċi ta’ likwidità jiġu artikolati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw wieħed mill-approċċi li ġejjin, sakemm approċċ ieħor ma jitqiesx aktar xieraq f’ċirkostanzi speċifiċi: - a. Approċċ 1 – Jirrikjedu LCR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed.
- b. Approċċ 2 – Jirrikjedu perjodu minimu ta’ sopravivenza ta’ tali tul li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; il-perjodu ta’ sopravivenza jista’ jiġi stabbilit direttament, bħala rekwiżit, jew indirettament, billi jiġi stabbilit limitu massimu fuq l-ammont ta’ ħruġ fuq il-buckets tal-ħin rilevanti kkunsidrati; l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu tipi differenti ta’ assi likwidi (eż. assi eliġibbli għall-banek ċentrali), biex ikopru riskji mhux koperti (adegwatament) mil-LCR.
- c. Approċċ 3 – Jirrikjedu ammont totali minimu ta’ assi likwidi jew kapaċità ta’ kontrobilanċ, bħala ammont totali minimu jew bħala ammont minimu li jaqbeż il-minimu regolatorju applikabbli, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed; l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti għall-kompożizzjoni tal-assi likwidi, inklużi rekwiżiti operazzjonali (eż. il-konvertibbiltà diretta għal flus kontanti, jew id-depożitu ta’ assi likwidi fil-bank ċentrali).
|
|
437. Sabiex ir-rekwiżiti ta’ finanzjament stabbli kwantitattivi speċifiċi jiġu artikolati kif …
|
Sabiex ir-rekwiżiti ta’ finanzjament stabbli kwantitattivi speċifiċi jiġu artikolati kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw wieħed mill-approċċi li ġejjin, sakemm approċċ ieħor ma jitqiesx aktar xieraq f’ċirkostanzi speċifiċi: - a. Approċċ 4 – Jirrikjedu NSFR ogħla mill-minimu regolatorju, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed.
- b. Approċċ 5 – Jirrikjedu ammont totali minimu ta’ finanzjament stabbli disponibbli, bħala ammont totali minimu jew bħala ammont minimu li jaqbeż il-minimu regolatorju applikabbli, ta’ tali daqs li n-nuqqasijiet identifikati jiġu mmitigati biżżejjed.
|
|
438. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistrutturaw rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità jew ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistrutturaw rekwiżiti kwantitattivi ta’ likwidità jew ta’ finanzjament b’tali mod li jagħtu eżiti prudenzjali ġeneralment konsistenti fl-istituzzjonijiet, meta wieħed iżomm f’moħħu li t-tipi ta’ rekwiżiti jistgħu jvarjaw bejn l-istituzzjonijiet minħabba ċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Minbarra l-kwantità, l-istruttura għandha tispeċifika l-kompożizzjoni mistennija u n-natura tar-rekwiżit. Fil-każijiet kollha, din għandha tispeċifika r-rekwiżit superviżorju u kwalunkwe rekwiżiti applikabbli tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-bafers ta’ likwidità u l-kapaċità ta’ kontrobilanċ miżmuma mill-istituzzjoni biex tissodisfa r-rekwiżiti superviżorji għandhom ikunu disponibbli għall-użu mill-istituzzjoni matul żminijiet ta’ stress.
|
|
439. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tinnotifikahom immedjatament …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tinnotifikahom immedjatament jekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti jew ma tistenniex li tissodisfa r-rekwiżiti fuq perjodu qasir. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn pjan imfassal mill-istituzzjoni għar-restawr fil-ħin tal-konformità mar-rekwiżiti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-fattibbiltà tal-pjan u jieħdu miżuri superviżorji xierqa jekk il-pjan ma jitqiesx fattibbli. Meta l-pjan jitqies fattibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: jiddeterminaw kwalunkwe miżura superviżorja interim meħtieġa abbażi taċ-ċirkostanzi tal-istituzzjoni; jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjan tar-restawr; u jimmonitorjaw mill-qrib il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-istituzzjoni, filwaqt li jitolbu lill-istituzzjoni żżid il-frekwenza ta’ rapportar tagħha jekk ikun meħtieġ.
|
|
440. Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti …
|
Minkejja dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti kwalitattivi fil-forma ta’ restrizzjonijiet/limiti massimi/limiti fuq diskrepanzi, konċentrazzjonijiet, aptit għar-riskju, restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-ħruġ ta’ self garantit, eċċ., f’konformità mal-kriterji speċifikati fit-Titolu 9 tal-Linji gwida.
|
|
441. Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi differenti għall-istruttura ta’ rekwiżiti ta’ likwidità …
|
Hawn taħt hawn xi eżempji tal-approċċi differenti għall-istruttura ta’ rekwiżiti ta’ likwidità kwantitattivi speċifiċi:
|
|
Suppliment tal-bafer vs limitu massimu fuq il-ħruġ
|
| dħul ħruġ suppliment tal-bafer bafer minimu tal-LCR limitu massimu fuq il-ħruġ |
<30 D 31-90 D bafer ta’ likwidità
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|