+9.2. Valutazzjoni globali tal-SREP
---+443. Meta jiddeterminaw il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+444. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw …
---+445. Il-valutazzjoni globali tal-SREP għandha tiġi riflessa f’punteġġ tal-vijabbiltà bbażat fuq …
---+446. Meta jiddeterminaw li istituzzjoni “qed tfalli jew probabbli tfalli”, kif rifless minn punteġġ …

9.2. Valutazzjoni globali tal-SREP

9.2. Valutazzjoni globali tal-SREP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
443. Meta jiddeterminaw il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta jiddeterminaw il-valutazzjoni globali tal-SREP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw is-sejbiet tal-valutazzjonijiet tal-elementi tal-SREP, b’mod speċifiku:

  • a. ir-riskji li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom;
  • b. il-probabbiltà li l-governanza, in-nuqqasijiet ta’ kontroll u/jew il-mudell tan-negozju jew l-istrateġija tal-istituzzjoni x’aktarx jaggravaw jew jimmitigaw dawn ir-riskji, jew jesponu lill-istituzzjoni għal sorsi ġodda ta’ riskju;
  • c. jekk il-fondi proprji u r-riżorsi ta’ likwidità tal-istituzzjoni jipprovdux kopertura soda ta’ dawn ir-riskji;
  • d. il-potenzjal għal interazzjoni pożittiva u negattiva bejn l-elementi (eż. l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw pożizzjoni kapitali b’saħħitha bħala fattur mitiganti potenzjali għal ċertu tħassib identifikat fil-qasam tal-likwidità u l-finanzjament, jew b’kuntrast, li pożizzjoni kapitali dgħajfa tista’ taggrava tħassib f’dak il-qasam).
444. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw …

Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-vijabbiltà tal-istituzzjoni, definita bħala l-prossimità tagħha għal punt ta’ nonvijabbiltà fuq il-bażi tal-adegwatezza tal-fondi proprji u r-riżorsi ta’ likwidità, il-governanza, il-kontrolli u/jew il-mudell tan-negozju jew l-istrateġija tagħha biex tkopri r-riskji li tkun jew tista’ tkun esposta għalihom. Bħala riżultat ta’ din id-determinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • a. jieħdu kwalunkwe miżura superviżorja meħtieġa biex jindirizzaw it-tħassib;
  • b. jiddeterminaw ir-riżorsi u l-ippjanar superviżorji futuri għall-istituzzjoni, inkluż jekk kwalunkwe attività superviżorja speċifika għandhiex tiġi ppjanata għall-istituzzjoni bħala parti mill-Programm ta’ Eżami Superviżorju;
  • c. jiddeterminaw il-ħtieġa għal miżuri ta’ intervent bikri kif speċifikat fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • d. jiddeterminaw jekk l-istituzzjoni tistax tiġi kkunsidrata bħala “qed tfalli jew probabbli tfalli” fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE.
445. Il-valutazzjoni globali tal-SREP għandha tiġi riflessa f’punteġġ tal-vijabbiltà bbażat fuq …

Il-valutazzjoni globali tal-SREP għandha tiġi riflessa f’punteġġ tal-vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 20 u tiġi dokumentata b’mod ċar f’sommarju annwali tal-valutazzjoni globali tal-SREP. Dan is-sommarju annwali għandu jinkludi wkoll il-punteġġ globali tal-SREP u punteġġi għall-elementi tal-SREP, u kwalunkwe sejba superviżorja magħmula matul it-12-il xahar ta’ qabel.

Tabella 20. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat il-punteġġ globali tal-SREP Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet

Ir-riskji identifikati 1 jippreżentaw livell baxx ta’  Il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni ma jqajmu ebda tħassib. Il-governanza interna u l-arranġamenti ta’ kontroll fl-istituzzjoni kollha ma jqajmu ebda tħassib. Ir-riskji tal-istituzzjoni għall-kapital u l-likwidità jippreżentaw riskju sinifikanti. mhux materjali/baxx ħafna ta’ impatt prudenzjali

riskju għall-vijabbiltà tal-

istituzzjoni.    Il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-fondi proprji miżmuma ma jqajmu ebda tħassib. Il-pożizzjoni ta’ likwidità u l-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni ma jqajmu ebda tħassib. L-ebda tħassib materjali dwar il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-governanza tal-istituzzjoni jew l-arranġamenti ta’ kontroll fl-istituzzjoni kollha.
Ir-riskji identifikati 2 jippreżentaw livell medju-baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.     Hemm livell baxx sa medju ta’ riskju ta’ impatt prudenzjali sinifikanti kkawżat minn riskji għall-kapital u l-likwidità. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-fondi proprji miżmuma. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-pożizzjoni tal-likwidità u/jew il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni. Hemm livell baxx sa medju ta’ tħassib dwar il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-istrateġija tal-istituzzjoni. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-governanza tal-istituzzjoni jew l-arranġamenti ta’ kontroll fl-istituzzjoni kollha.
Ir-riskji jippreżentaw livell identifikati medju-Hemm livell medju sa għoli ta’ riskju ta’ impatt prudenzjali
3 għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.  sinifikanti kkawżat minn riskji għall-kapital u l-likwidità. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-fondi proprji miżmuma mill-istituzzjoni. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-pożizzjoni tal-likwidità u/jew il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni. Hemm livell medju sa għoli ta’ tħassib dwar il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni.
4 Ir-riskji jippreżentaw livell identifikati għoli ta’Hemm istrateġija livell tal-istituzzjoni. għoli ta’ tħassib dwar il-mudell tan-negozju u l-
Punteġġ Perspettiva superviżorja riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.    Kunsiderazzjonijiet Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-governanza tal-istituzzjoni jew l-arranġamenti ta’ kontroll fl-istituzzjoni kollha. Hemm livell għoli ta’ riskju ta’ impatt prudenzjali sinifikanti kkawżat minn riskji għall-kapital u l-likwidità. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-fondi proprji miżmuma mill-istituzzjoni. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-pożizzjoni tal-likwidità u/jew il-profil ta’ finanzjament tal-istituzzjoni. Hemm livell għoli ta’ tħassib dwar il-kredibbiltà u l-fattibbiltà tal-pjan ta’ rkupru tal-istituzzjoni.
446. Meta jiddeterminaw li istituzzjoni “qed tfalli jew probabbli tfalli”, kif rifless minn punteġġ …

Meta jiddeterminaw li istituzzjoni “qed tfalli jew probabbli tfalli”, kif rifless minn punteġġ globali tal-SREP ta’ “F”, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biex jikkonsultaw dwar is-sejbiet skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.