+10.2. Valutazzjoni tal-kapital tal-SREP u rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni
---+472. Id-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital, u r-rekwiżiti u l-gwida relatati f’konformità …
---+473. Għal istituzzjonijiet omm jew sussidjarji ta’ grupp transfruntier, l-applikazzjoni tal-P2R u …
---+474. Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji u …
---+475. Biex jiddeterminaw it-TSCR kif speċifikat fit-Titolu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+476. Jekk l-eżitu tal-valutazzjoni superviżorja tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv …
---+477. Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji biex jiġi …
---+478. L-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-P2G u tal-P2G-LR għal …
|
10.2. Valutazzjoni tal-kapital tal-SREP u rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni
10.2. Valutazzjoni tal-kapital tal-SREP u rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
472. Id-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital, u r-rekwiżiti u l-gwida relatati f’konformità …
|
Id-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital, u r-rekwiżiti u l-gwida relatati f’konformità mal-proċess deskritt fit-Titolu 7 għall-gruppi transfruntiera hija parti mill-proċess tad-deċiżjoni konġunta tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
473. Għal istituzzjonijiet omm jew sussidjarji ta’ grupp transfruntier, l-applikazzjoni tal-P2R u …
|
Għal istituzzjonijiet omm jew sussidjarji ta’ grupp transfruntier, l-applikazzjoni tal-P2R u tal-P2R-LR skont l-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE għandha titwettaq f’konformità mal-proċess tad-deċiżjoni konġunta previst fl-Artikolu 113(1)(a) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
474. Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji u …
|
Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji u d-determinazzjoni tal-P2R u tal-P2R-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: - a. il-valutazzjoni tal-materjalità tar-riskji u n-nuqqasijiet identifikati kemm fil-livell ta’ entità konsolidata u ta’ entità individwali (jiġifieri liema riskji huma materjali għall-grupp kollu kemm hu u liema huma materjali għal entità waħda biss) u l-livell ta’ fondi proprji meħtieġa biex ikopru riskji bħal dawn;
- b. fejn in-nuqqasijiet identifikati huma komuni fl-entitajiet kollha (eż. l-istess nuqqasijiet ta’ governanza preżenti fl-entitajiet kollha, jew nuqqasijiet fil-mudelli użati f’diversi entitajiet), li jikkoordinaw il-valutazzjoni u r-rispons superviżorju, u b’mod partikolari, li jiddeċiedu jekk għandhomx ikunu imposti miżuri fuq livell konsolidat jew b’mod proporzjonali f’livell ta’ entità għall-entitajiet fejn ikun hemm nuqqasijiet komuni;
- c. l-eżiti ta’ valutazzjonijiet tal-ICAAP u perspettivi dwar l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP u l-użu possibbli tagħhom bħala input fid-determinazzjoni tal-P2R;
- d. l-eżiti tal-kalkoli tal-punti ta’ riferiment superviżorji użati biex jiddeterminaw il-P2R għall-entitajiet kollha fil-grupp u f’livell konsolidat;
- e. il-P2R li għandu jiġi impost fuq entitajiet u fuq livell konsolidat biex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza tar-rekwiżiti finali ta’ fondi proprji u jekk hemmx ħtieġa għal trasferiment ta’ fondi proprji minn livell konsolidat għal dak tal-entità.
|
|
475. Biex jiddeterminaw it-TSCR kif speċifikat fit-Titolu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Biex jiddeterminaw it-TSCR kif speċifikat fit-Titolu 7, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-istess livell ta’ applikazzjoni bħar-rekwiżiti ta’ deċiżjoni konġunta f’konformità mal-Artikolu 113(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE. B’mod partikolari, it-TSCR u miżuri oħra kapitali, jekk applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti f’livelli konsolidati u individwali għall-entitajiet li joperaw fi Stati Membri oħra. Għal-livell sottokonsolidat, it-TSCR u miżuri oħra kapitali għandhom ikopru biss l-impriża omm tal-grupp sottokonsolidat biex jevitaw għadd doppju tal-P2R ikkunsidrat mill-awtoritajiet kompetenti għal sussidjarji fi Stati Membri oħra.
|
|
476. Jekk l-eżitu tal-valutazzjoni superviżorja tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv …
|
Jekk l-eżitu tal-valutazzjoni superviżorja tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv għall-istituzzjonijiet omm jew sussidjarji ta’ grupp transfruntier ikun li għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-Pilastru 2 biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (tal-P2R-LR), dan għandu jitwettaq f’konformità mal-proċess ta’ deċiżjoni konġunta previst fl-Artikolu 113(1)(a) tas-CRD u għandu jirrifletti l-istack separat ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji abbażi tal-proporzjon ta’ ingranaġġ.
|
|
477. Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji biex jiġi …
|
Fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ fondi proprji biex jiġi kopert ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv u d-determinazzjoni tal-P2R-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw: - a. aspetti inklużi fil-paragrafu 326;
- b. rekwiżiti tal-Pilastru 2 biex ikopru r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv impost fuq entitajiet u fuq livell konsolidat biex jiżguraw li jkun hemm konsistenza tar-rekwiżiti finali ta’ fondi proprji u jekk hemmx ħtieġa għal trasferiment ta’ fondi proprji minn livell konsolidat għal dak tal-entità.
|
|
478. L-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-P2G u tal-P2G-LR għal …
|
L-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tad-determinazzjoni tal-P2G u tal-P2G-LR għal istituzzjonijiet omm jew sussidjarji ta’ grupp transfruntier għandha tiġi kondiviża bejn l-awtoritajiet kompetenti, u l-istabbiliment tagħha għandu jitwettaq f’konformità mal-proċess ta’ deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 113(1)(c), tad-Direttiva 2013/36/UE. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiskutu l-approċċ biex jistabbilixxu l-P2G u l-P2G-LR fil-livell individwali meta ma tkun disponibbli l-ebda data mit-testijiet tal-istress superviżorji f’dak il-livell, jew, fejn rilevanti, jaqblu dwar l-applikazzjoni tal-P2G u tal-P2G-LR fil-livell konsolidat biss. Il-P2G u l-P2G-LR għandhom ikunu riflessi kif xieraq fid-dokument tad-deċiżjoni konġunta mħejji f’konformità mal-Artikolu 113 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|