+11.3. Arranġamenti organizzazzjonali u ta’ governanza fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti
---+488. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm effettiv għall-ittestjar tal-istress …
---+489. L-arranġamenti ta’ governanza, tal-organizzazzjoni u tal-IT li jappoġġaw il-programm …
---+490. Bħala parti mill-arranġamenti ta’ governanza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …
---+491. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi u arranġamenti għal …
---+492. Meta japplikaw l-ittestjar tal-istress superviżorju għal gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet …
---+493. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw ukoll liema informazzjoni fir-rigward …
|
11.3. Arranġamenti organizzazzjonali u ta’ governanza fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti
11.3. Arranġamenti organizzazzjonali u ta’ governanza fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
488. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm effettiv għall-ittestjar tal-istress …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu programm effettiv għall-ittestjar tal-istress superviżorju. Dan il-programm għandu jiġi appoġġat b’arranġamenti tal-organizzazzjoni, ta’ governanza u tal-IT xierqa li jiżguraw li t-testijiet tal-istress superviżorji jkunu jistgħu jitwettqu bi frekwenza xierqa. Il-programm tal-ittestjar tal-istress superviżorju għandu jappoġġa l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ eżami superviżorju għal istituzzjonijiet individwali. Il-programm għandu jirrifletti wkoll kif l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjonijiet dwar l-għażla ta’ forom ta’ ttestjar tal-istress superviżorju b’rabta mill-qrib mal-objettivi ta’ kull eżerċizzju.
|
|
489. L-arranġamenti ta’ governanza, tal-organizzazzjoni u tal-IT li jappoġġaw il-programm …
|
L-arranġamenti ta’ governanza, tal-organizzazzjoni u tal-IT li jappoġġaw il-programm tal-ittestjar tal-istress superviżorju għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej: - a. riżorsi umani u materjali, data u infrastruttura tal-IT suffiċjenti għat-tfassil u t-twettiq ta’ testijiet tal-istress superviżorji. B’mod partikolari, il-programm tal-ittestjar tal-istress superviżorju għandu jiġi appoġġat b’data xierqa u b’approċċ metodoloġiku xieraq li jkopru l-aspetti kollha, inklużi xenarji u suppożizzjonijiet (eż. mudelli, gwida, dokumentazzjoni), u jiżgura kemm flessibbiltà kif ukoll livelli xierqa ta’ kwalità u kontrolli;
- b. proċess tal-assigurazzjoni tal-kwalità li jkopri t-tfassil tal-ittestjar tal-istress, l-iżvilupp u t-twettiq, u l-komparabbiltà tar-riżultati bejn l-istituzzjonijiet;
- c. l-integrazzjoni tal-ittestjar tal-istress superviżorju fi proċessi superviżorji oħra rilevanti. Għalhekk, meta jkun meħtieġ u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni legali, l-organizzazzjoni għandha tappoġġa l-kondiviżjoni interna tal-informazzjoni u l-utilizzazzjoni tal-aspetti kollha tal-programm tal-ittestjar tal-istress.
|
|
490. Bħala parti mill-arranġamenti ta’ governanza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li …
|
Bħala parti mill-arranġamenti ta’ governanza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-programm tal-ittestjar tal-istress superviżorju jiġi rivedut b’mod regolari, kemm b’mod kwalitattiv kif ukoll kwantitattiv, biex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa tiegħu.
|
|
491. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi u arranġamenti għal …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi u arranġamenti għal djalogu effettiv mal-istituzzjonijiet fir-rigward tat-testijiet tal-istress superviżorji u l-eżiti tagħhom. Dan id-djalogu għandu jirrifletti l-objettivi maħsuba, jiġi stabbilit b’mod partikolari iżda mhux esklussivament meta jitwettqu testijiet tal-istress superviżorji għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza globali tal-kapital tal-istituzzjonijiet, u jiġi organizzat fi ħdan il-kuntest aktar globali tal-valutazzjonijiet tal-SREP kif stabbilit f’dawn il-linji gwida. Għall-finijiet ta’ tali djalogu kemm fil-livell tekniku kif ukoll maniġerjali, fejn rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li: - a. l-istituzzjonijiet jingħataw spjegazzjoni u gwida adegwati, iddettaljati biżżejjed u preċiżi dwar l-applikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati f’test tal-istress minn isfel għal fuq;
- b. l-istituzzjonijiet jingħataw struzzjonijiet adegwati, iddettaljati biżżejjed u preċiżi fir-rigward tal-informazzjoni ta’ sostenn meħtieġa minnhom li għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti flimkien mar-riżultati tat-testijiet tal-istress;
- c. l-istituzzjonijiet jingħataw spjegazzjoni wara diskussjonijiet, fejn rilevanti, tal-eżiti tat-testijiet tal-istress superviżorji li jwasslu għall-applikazzjoni ta’ miżuri superviżorji. Dan għandu jiġi kkunsidrat mill-awtoritajiet kompetenti b’mod partikolari fi-kuntest tat-testijiet tal-istress fis-sistema kollha li jiskattaw miżuri superviżorji.
|
|
492. Meta japplikaw l-ittestjar tal-istress superviżorju għal gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet …
|
Meta japplikaw l-ittestjar tal-istress superviżorju għal gruppi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw informazzjoni u, fejn fattibbli, jiddiskutu kif xieraq il-proċess fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-dettalji rilevanti dwar il-metodoloġiji, ix-xenarji u s-suppożizzjonijiet ewlenin, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet tal-istress superviżorji, speċjalment dawk li għandhom l-għan li jivvalutaw l-adegwatezza tal-kapital jew tal-likwidità, jiġu magħmula disponibbli u jiġu diskussi.
|
|
493. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw ukoll liema informazzjoni fir-rigward …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw ukoll liema informazzjoni fir-rigward tat-testijiet tal-istress superviżorji u l-eżiti tagħhom tista’ tiġi żvelata lill-pubbliku, filwaqt li jqisu l-finijiet maħsuba tat-testijiet tal-istress superviżorji. Meta jiddeċiedu dwar l-iżvelar pubbliku tar-riżultati jew tal-metodoloġiji tat-testijiet tal-istress superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir-rwol tagħhom stess fl-eżerċizzju u l-approċċ magħżul u jikkunsidraw ukoll l-estent tal-analiżi tagħhom stess li se takkumpanja r-riżultati ppubblikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|