+DIRETTIVA 2014/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali
---+Preamble: 1
---+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---------+Artikolu 2 1
---------+Artikolu 2 2
---------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---------+Artikolu 3 (a)
---------+Artikolu 3 (b)
---------+Artikolu 3 (c)
---------+Artikolu 3 (d)
---------+Artikolu 3 (e)
---------+Artikolu 3 (f)
---------+Artikolu 3 (g)
---------+Artikolu 3 (h)
---------+Artikolu 3 (i)
------+Artikolu 4 Dispożizzjonijiet aktar favorevoli
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---+KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI
------+Artikolu 5 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni għall-finijiet ta’ impjieg bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
---------+Artikolu 5 4
---------+Artikolu 5 5
------+Artikolu 6 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li jaqbżu 90 jum
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
---------+Artikolu 6 4
---------+Artikolu 6 5
---------+Artikolu 6 6
---------+Artikolu 6 7
------+Artikolu 7 Volumi ta’ ammissjoni
------+Artikolu 8 Raġunijiet għal rifjut
---------+Artikolu 8 1
---------+Artikolu 8 2
---------+Artikolu 8 3
---------+Artikolu 8 4
---------+Artikolu 8 5
---------+Artikolu 8 6
------+Artikolu 9 Irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
---------+Artikolu 9 3
---------+Artikolu 9 4
---------+Artikolu 9 5
---------+Artikolu 9 6
------+Artikolu 10 Obbligu ta’ kooperazzjoni
---+KAPITOLU III PROĊEDURA U AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FINI TA’ XOGĦOL STAĠONALI
------+Artikolu 11 Aċċess għall-informazzjoni
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Awtorizzazzjonijiet għall-fini ta’ xogħol staġonali
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
---------+Artikolu 12 3
---------+Artikolu 12 4
---------+Artikolu 12 5
---------+Artikolu 12 6
---------+Artikolu 12 7
---------+Artikolu 12 8
------+Artikolu 13 Applikazzjonijiet għal permess ta’ ħaddiem staġonali
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 14 Perijodu ta’ żmien tas-soġġorn
---------+Artikolu 14 1
---------+Artikolu 14 2
------+Artikolu 15 Estensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali
---------+Artikolu 15 1
---------+Artikolu 15 2
---------+Artikolu 15 3
---------+Artikolu 15 4
---------+Artikolu 15 5
---------+Artikolu 15 6
---------+Artikolu 15 7
---------+Artikolu 15 8
---------+Artikolu 15 9
---------+Artikolu 15 10
---------+Artikolu 15 11
------+Artikolu 16 Faċilitar tad-dħul mill-ġdid
---------+Artikolu 16 1
---------+Artikolu 16 2
------+Artikolu 17 Sanzjonijiet kontra min iħaddem
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
------+Artikolu 18 Salvagwardji proċedurali
---------+Artikolu 18 1
---------+Artikolu 18 2
---------+Artikolu 18 3
---------+Artikolu 18 4
---------+Artikolu 18 5
---------+Artikolu 18 6
------+Artikolu 19 Tariffi u spejjeż
---------+Artikolu 19 1
---------+Artikolu 19 2
------+Artikolu 20 Akkomodazzjoni
---------+Artikolu 20 1
---------+Artikolu 20 2
------+Artikolu 21 Stazzjonament mis-servizzi pubbliċi ta’ impjieg
---+KAPITOLU IV DRITTIJIET
------+Artikolu 22 Drittijiet abbażi tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali
---------+Artikolu 22 (a)
---------+Artikolu 22 (b)
---------+Artikolu 22 (c)
------+Artikolu 23 Dritt għat-trattament ugwali
---------+Artikolu 23 1
---------+Artikolu 23 2
---------+Artikolu 23 3
------+Artikolu 24 Monitoraġġ, valutazzjoni u ispezzjonijiet
---------+Artikolu 24 1
---------+Artikolu 24 2
------+Artikolu 25 Il-faċilitazzjoni tal-ilmenti
---------+Artikolu 25 1
---------+Artikolu 25 2
---------+Artikolu 25 3
---+KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 26 Statistika
---------+Artikolu 26 1
---------+Artikolu 26 2
---------+Artikolu 26 3
------+Artikolu 27 Rappurtar
------+Artikolu 28 Traspożizzjoni
---------+Artikolu 28 1
---------+Artikolu 28 2
------+Artikolu 29 Dħul fis-seħħ
------+Artikolu 30 Indirizzati
English - European Union -

DIRETTIVA 2014/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali

DIRETTIVA 2014/36/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Għall-istabbiliment gradwali ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi għal miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-asil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(2)

It-TFUE jipprovdi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni bl-għan li, f’kull stadju, jiġu żgurati l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta’ migrazzjoni u t-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fl-Istati Membri. Għal dak l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar id-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom.

(3)

Il-Programm tal-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 ta’ Novembru 2004, irrikonoxxa li l-migrazzjoni legali se jkollha rwol importanti fit-titjib tal-iżvilupp tal-ekonomija, u talab lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ politika dwar il-migrazzjoni legali, inklużi proċeduri ta’ ammissjoni, li jkunu kapaċi jwieġbu malajr għat-talbiet li dejjem ivarjaw għall-impjieg tal-migranti fis-suq tax-xogħol.

(4)

Il-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006 qabel dwar sensiela ta’ passi għall-2007. Dawk il-passi jinkludu l-iżvilupp ta’ politiki ta’ immigrazzjoni legali mmexxijin sew li jirrispettaw bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali, bħala għajnuna għall-Istati Membri biex jilħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol eżistenti u dawk futuri. Huwa sejjaħ ukoll sabiex jiġu esplorati l-mezzi li jiffaċilitaw il-migrazzjoni temporanja.

(5)

Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat mill-Kunsill Ewropew fis-16 ta’ Ottubru 2008, jesprimi l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jmexxu politika ġusta, effettiva u konsistenti biex jiġu ttrattati l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ migrazzjoni. Il-Patt huwa l-bażi tal-politika komuni dwar il-migrazzjoni mmexxija bi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri u b’kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u bbażat fuq il-ġestjoni xierqa ta’ flussi ta’ migrazzjoni, mhux biss fl-interess tal-pajjiżi ospitanti iżda anke tal-pajjiżi ta’ oriġini u tal-migranti nfushom.

(6)

Il-Programm ta’ Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2009, jirrikonoxxi li l-immigrazzjoni tal-ħaddiema tista’ tikkontribwixxi għal żieda fil-kompetittività u fil-vitalità ekonomika u li, fil-kuntest tal-isfidi demografiċi importanti li ser tiffaċċja l-Unjoni fil-futur b’żieda fit-talba għall-ħaddiema, il-politiki flessibbli dwar l-immigrazzjoni ser ikunu ta’ kontribut importanti għall-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni fit-tul. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Istati Membri u li tittejjeb ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Hu jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jibqgħu jimplimentaw il-Pjan ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni Legali dettaljat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005.

(7)

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi ta’ migrazzjoni għall-kategorija speċifika ta’ migrazzjoni temporanja staġonali u għall-iżgurar ta’ kondizzjonijiet deċenti tax-xogħol u tal-għajxien għall-ħaddiema staġonali, permezz tal-istabbiliment ta’ regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u s-soġġorn u billi tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal inċentivi u salvagwardji għall-prevenzjoni ta’ soġġorni mtawlin u/jew tal-fatt li soġġorn temporanju jsir permanenti. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ser jikkontribwixxu biex jiġi evitat li tali soġġorn temporanju jsir soġġorn mhux awtorizzat.

(8)

L-Istati Membri għandhom jagħtu effett lil din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f’minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f’konformità, b’mod partikolari, mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (5) u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (6).

(9)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta’ Adeżjoni rilevanti.

(10)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom għall-finijiet ta’ xogħol staġonali kif speċifikat fit-TFUE.

(11)

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-kondizzjonijiet tal-forniment ta’ servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 TFUE. B’mod partikolari, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), japplikaw għal ħaddiema mibgħuta minn impriżi stabbiliti ġewwa Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkopri r-relazzjonijiet ta’ xogħol diretti bejn il-ħaddiema staġonali u min iħaddem. Madankollu, fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tippermetti l-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bħala ħaddiema staġonali permezz ta’ aġenziji ta’ impjieg jew ta’ xogħol temporanju stabbiliti fit-territorju tiegħu u li għandhom kuntratt dirett mal-ħaddiem staġonali, dawn l-aġenziji ma għandhomx ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(13)

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta’ impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddipendu mill-mogħdija tal-istaġuni. L-attivitajiet li jiddipendu mill-mogħdija tal-istaġuni jinstabu tipikament f’setturi bħall-agrikoltura u l-ortikultura, u b’mod partikolari matul il-perijodu tat-tħawwil jew tal-ħsad, jew bħat-turiżmu, b’mod partikolari matul il-perijodu tal-vaganzi.

(14)

Jekk hekk ikun previst fil-liġi nazzjonali u fejn ikun f’konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10 TFUE, l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw trattament aktar favorevoli għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi meta mqabbel maċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħrajn meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fakultattivi ta’ din id-Direttiva.

(15)

Għandu jkun biss possibbli li wieħed japplika għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali waqt li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun qed jirrisjedi barra mit-territorju tal-Istati Membri.

(16)

Għandu jkun possibbli li tiġi rifjutata l-ammissjoni għall-finijiet stabbiliti ta’ din id-Direttiva għal raġunijiet iġġustifikati b’mod xieraq. B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi rifjutata l-ammissjoni jekk Stat Membru jikkunsidra, abbażi ta’ valutazzjoni tal-fatti, li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat huwa theddida potenzjali għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(18)

Din id-Direttiva ma għandhiex tolqot ħażin drittijiet li jkunu ngħataw lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu diġà joqogħdu legalment fi Stat Membru biex jaħdmu.

(19)

Fil-każ ta’ Stati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (Kodiċi dwar il-Viżi), ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (11) japplikaw fl-intier tagħhom. Għaldaqstant, għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum, il-kondizzjonijiet tal-ammissjoni ta’ ħaddiema staġonali fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ huma rregolati minn dawk l-istrumenti, filwaqt li din id-Direttiva għandha tirregola biss il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg. Fil-każ ta’ Stati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, japplika biss il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen imsemmija f’din id-Direttiva jappartjenu għal dik il-parti tal-acquis ta’ Schengen fejn l-Irlanda u r-Renju Unit ma jiħdux sehem u għalhekk dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għalihom.

(20)

Il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ammissjoni kif ukoll raġunijiet għal rifjut u rtirar jew nuqqas ta’ estensjoni/nuqqas ta’ tiġdid għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum għandhom ikunu definiti f’din id-Direttiva sa fejn huwa kkonċernat l-impjieg bħala ħaddiem staġonali. Meta jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għall-fini ta’ xogħol staġonali d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen rigward il-kondizzjonijiet ta’ dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll raġunijiet għal rifjut, estensjoni, annullament jew revoka ta’ dawk il-viżi japplikaw skont il-każ. B’mod partikolari, kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta’ viża u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ibbażata għandhom jiġu notifikati, f’konformità mal-Artikoli 32(2) u 34(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

(21)

Għal ħaddiema staġonali li jiġu ammessi għal soġġorni ta’ aktar minn 90 jum, din id-Direttiva għandha tiddefinixxi kemm il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u s-soġġorn fit-territorju kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg fl-Istati Membri.

(22)

Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal sistema ta’ dħul flessibbli bbażata fuq id-domanda u fuq kriterji oġġettivi, bħal pereżempju kuntratt validu ta’ xogħol jew offerta vinkolanti ta’ impjieg li tispeċifika l-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg.

(23)

L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu test li juri li kariga ma tistax tiġi okkupata minn ġewwa s-suq domestiku tax-xogħol.

(24)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal ammissjoni b’mod partikolari meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligu li jirriżulta minn deċiżjoni ta’ ammissjoni preċedenti bħala ħaddiem staġonali li jħalli t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat mal-iskadenza ta’ awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali.

(25)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jesiġu minn min iħaddem biex jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jiġi evitat abbuż u użu ħażin possibbli tal-proċedura stabbilita f’din id-Direttiva.

(26)

Il-provvediment għal proċedura unika li twassal għal permess wieħed ikkombinat, li jkopri kemm soġġorn kif ukoll xogħol, għandu jikkontribwixxi għal simplifikazzjoni tar-regoli li huma attwalment applikabbli għall-Istati Membri. Dak m’għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jaħtar l-awtoritajiet kompetenti u l-mod kif għandhom ikunu involuti fil-proċedura unika, skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tal-organizzazzjoni amministrattiva u tal-prattika.

(27)

In-nomina tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, f’konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha.

(28)

Huwa meħtieġ li din id-Direttiva tipprovdi għal ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet li għandhom jinħarġu għall-ammissjoni (dħul, soġġorn u xogħol) ta’ ħaddiema staġonali. Il-ħruġ ta’ viża għal soġġorn twil f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ta’ impjieg kif previsti minn din id-Direttiva ġew iċċekkjati u ġew sodisfatti, għandu jitniżżel ċar fuq dawk l-awtorizzazzjonijiet li huma nħarġu għall-fini ta’ xogħol staġonali. Fejn jinħarġu viżi għal soġġorn qasir biss, l-Istati Membri għandhom jużaw l-intestatura “kummenti” tal-istiker tal-viża għal dak l-għan.

(29)

Għas-soġġorni kollha li ma jaqbżux 90 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu jew viża għal soġġorn qasir jew viża għal soġġorn qasir akkumpanjata minn permess tax-xogħol f’każijiet fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jeħtieġ viża f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx suġġett għar-rekwiżit ta’ viża u fejn l-Istat Membru ma jkunx applika l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom joħorġu permess tax-xogħol għalih jew għaliha bħala awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali. Għas-soġġorni kollha li jaqbżu 90 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin: viża għal soġġorn twil; permess ta’ ħaddiem staġonali; jew permess ta’ ħaddiem staġonali akkumpanjat minn viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil tkun meħtieġa skont il-liġi nazzjonali għal dħul fit-territorju. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jipprekludi lill-Istati Membri milli jagħtu permess tax-xogħol direttament lil min iħaddem.

(30)

Fejn tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta’ dħul fit-territorju ta’ Stat Membru u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta’ ħaddiem staġonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa u għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw b’mod effettiv għal dak l-għan.

(31)

It-tul massimu ta’ soġġorn għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri u jkun limitat għal perijodu ta’ bejn ħames u disa’ xhur li, flimkien mad-definizzjoni ta’ xogħol staġonali, għandu jiżgura li x-xogħol ikun ta’ natura ġenwinament staġonali. Għandu jsir provvediment biex f’dak it-tul ta’ żmien massimu ta’ soġġorn, ikun possibbli li l-kuntratt jiġi estiż jew li jinbidel min iħaddem, bil-kondizzjoni li l-kriterji tal-ammissjoni jibqgħu jiġu sodisfatti. Dak għandu jservi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ abbużi li l-ħaddiema staġonali jistgħu jaffaċċjaw jekk ikunu marbutin ma’ persuna waħda li tħaddem u fl-istess ħin biex jipprovdi għal reazzjoni flessibbli għal ħtiġijiet reali tal-forza tax-xogħol ta’ min iħaddem. Il-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jkun impjegat minn persuna differenti li tħaddem taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma għandhiex tirriżulta fil-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jfittex impjieg fit-territorju tal-Istati Membri waqt li jkun qiegħed.

(32)

Meta jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta’ soġġorn jew dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkunsidraw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol.

(33)

F’każijiet fejn ħaddiem staġonali jkun ġie ammess għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum u fejn l-Istat Membru jkun iddeċieda li jestendi s-soġġorn lil hinn minn 90 jum, il-viża għal soġġorn qasir għandha tiġi sostitwita jew b’viża għal soġġorn twil jew b’permess ta’ ħaddiema staġonali.

(34)

B’kont meħud ta’ ċerti aspetti tal-migrazzjoni ċirkolari kif ukoll tal-prospetti ta’ impjieg tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi lil hinn minn staġun wieħed u tal-interessi ta’ min iħaddem fl-Unjoni biex ikunu jistgħu jserrħu fuq forza tax-xogħol aktar stabbli u diġà mħarrġa, għandu jsir provvediment għall-possibbiltà ta’ proċeduri ta’ ammissjoni ffaċilitati fir-rigward ta’ ċittadini bona fide ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew ammessi bħala ħaddiema staġonali fi Stat Membru tal-inqas fil-ħames snin preċedenti, u li dejjem irrispettaw il-kriterji u l-kondizzjonijiet kollha previsti taħt din id-Direttiva għad-dħul u s-soġġorn fl-Istat Membru kkonċernat. Arranġamenti bħal dawn ma għandhomx jaffettwaw, jew jevadu, ir-rekwiżit li l-impjieg ikun ta’ natura staġonali.

(35)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn, inklużi d-drittijiet u l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali kif stabbiliti f’din id-Direttiva u kull evidenza dokumentarja meħtieġa għal applikazzjoni ta’ soġġorn u xogħol fit-territorju ta’ Stat Membru bħala ħaddiem staġonali, tkun disponibbli għall-applikanti.

(36)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra min iħaddem fil-każ ta’ ksur tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dawk is-sanzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn miżuri kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/52/KE u għandhom jinkludu, jekk ikun il-każ, ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem biex iħallas kumpens lill-ħaddiema staġonali. Il-mekkaniżmi neċessarji għandhom jiġu stabbiliti biex ikun possibbli li l-ħaddiema staġonali jiksbu l-kumpens li jkunu intitolati għalih anke jekk ma jibqgħux fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni.

(37)

Għandu jiġi stabbilit sett ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal ammissjoni bħala ħaddiem staġonali. Dik il-proċedura għandha tkun effikaċi u maniġġabbli, b’kont meħud tal-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll trasparenti u ġusti, sabiex joffru ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati.

(38)

Fil-każ ta’ viżi għal soġġorn qasir, is-salvagwardji proċedurali huma regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen.

(39)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijet għal awtorizzazzjoni għal skop ta’ xogħol staġonali malajr kemm jista’ jkun wara li jiġu ppreżentati. Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal estensjoni jew tiġdid, fejn dawn jiġu ppreżentati fil-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi responsabbli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat jinterrompi r-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, u li ma jkunx impedut milli jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin. L-applikanti għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal estensjoni jew tiġdid malajr kemm jista’ jkun. Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiem staġonali għandu jkun jista’ jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, u fejn ikun il-każ jibqa’ jaħdem, sa meta tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid mill-awtoritajiet kompetenti.

(40)

Minħabba n-natura tax-xogħol staġonali, l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex ma jimponux tariffa għat-trattament tal-applikazzjonijiet. Fil-każ li Stat Membru, minkejja dan, jiddeċiedi li jimponi tariffa, din it-tariffa ma għandhiex tkun sproporzjonata jew eċċessiva.

(41)

Il-ħaddiema staġonali għandhom ilkoll jibbenefikaw minn akkomodazzjoni li tiżgura standard tal-għajxien adegwat. L-awtorità kompetenti għandha tiġi informata dwar kwalunkwe bidla tal-akkomodazzjoni. Fejn l-arranġamenti għal dik l-akkomodazzjoni jsiru minn min iħaddem jew permezz tiegħu, il-kera ma għandhiex tkun eċċessiva paragunata mar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiem staġonali u paragunata mal-kwalità ta’ dik l-akkomodazzjoni, il-kera ta’ ħaddiem staġonali ma għandhiex titnaqqas awtomatikament mill-paga tiegħu jew tagħha, min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiem staġonali kuntratt ta’ kera jew dokument ekwivalenti li jiddikjara l-kondizzjonijiet tal-kera għall-akkomodazzjoni, u min iħaddem għandu jiżgura li l-akkomodazzjoni tilħaq l-istandards ġeneral tas-saħħa u tas-sikurezza li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

(42)

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar validu u awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali skont din id-Direttiva minn Stat Membru li japplika bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen jitħallew jidħlu fit-territorju u jiċċaqilqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ, għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (12) (il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen).

(43)

B’kont meħud tas-sitwazzjoni speċjalment vulnerabbli ta’ ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tan-natura temporanja tal-assenjament tagħhom, jeħtieġ li tiġi pprovduta protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi, anke fil-qasam tas-sigurtà soċjali, biex tiġi vverifikata regolarment il-konformità u biex jiġi ggarantit bis-sħiħ ir-rispett lejn il-prinċipju ta’ trattament ugwali bħall-ħaddiema li huma ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-istess ħlas għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, u billi jiġu applikati ftehimiet kollettivi u arranġamenti oħra dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu ġew konklużi fi kwalunkwe livell jew li għalihom hemm dispożizzjoni statutorja, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, taħt l-istess termini bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(44)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 1961 u, fejn rilevanti, il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti tal-24 ta’ Novembru 1977.

(45)

Flimkien mad-dispożizzjonijiet leġislattivi, amministrattivi u regolatorji applikabbli għall-ħaddiema ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ u ftehimiet kollettivi u kuntratti konklużi fi kwalunkwe livell, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi bl-istess kondizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(46)

Il-ħaddiema staġonali li jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament ugwali fir-rigward ta’ dawk il-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Din id-Direttiva ma tarmonizzax il-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istati Membri u ma tkoprix l-assistenza soċjali. Hija limitata għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Din id-Direttiva ma għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri.

Minħabba n-natura temporanja tas-soġġorn ta’ ħaddiema staġonali u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali bejn ħaddiema staġonali u ċ-ċittadini tagħhom stess u għandhom ikunu jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji tat-taxxa.

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprovdi għar-riunifikazzjoni tal-familji. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tagħtix drittijiet relatati ma’ sitwazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bħal, pereżempju, sitwazzjonijiet fejn il-membri tal-familja jirrisjedu f’pajjiż terz. Madankollu, dak m’għandux jaffettwa d-dritt tas-superstiti li jirċievu drittijiet mill-ħaddiem staġonali biex jirċievu l-pensjoni tas-superstiti meta jkunu jirrisjedu f’pajjiż terz. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni nondiskriminatorja mill-Istati Membri ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għal regoli de minimis dwar il-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjoni. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi, sabiex jiġu żgurati kopertura effettiva tas-sigurtà soċjali matul is-soġġorn u l-esportazzjoni ta’ drittijiet miksubin mill-ħaddiema staġonali, fejn applikabbli.

(47)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ dawn il-benefiċċji u l-perijodu li jingħataw għalih. Madankollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(48)

Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt ta’ trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali taħt din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010.

(49)

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta’ min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru ispezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorji rispettivi tagħhom. L-għażla ta’ min iħaddem li jiġu ispezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b’kont meħud ta’ fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat.

(50)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom il-ħaddiema staġonali jistgħu jfittxu rimedju legali u jressqu lmenti direttament jew permezz ta’ partijiet terzi rilevanti bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħrajn. Dak huwa kkunsidrat neċessarju biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema staġonali mhumiex konxji mill-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-infurzar jew joqogħdu lura milli jużawhom f’isimhom stess, għaliex jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli. Il-ħaddiema staġonali għandhom ikollhom aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja kontra l-vittimizzazzjoni b’riżultat ta’ lment li jagħmlu.

(51)

Minħabba li l-objettivi din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ proċedura speċjali ta’ ammissjoni, l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet għal dħul u soġġorn għall-fini ta’ impjieg staġonali minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u d-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema staġonali, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’kont meħud tal-politiki tal-immigrazzjoni u tal-impjieg fil-livell Ewropew u nazzjonali. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(52)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-Artikoli 7, 15(3), 17, 27, 28, 31 u 33(2) tagħha, f’konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(53)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 (15), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta’ tali dokumenti bħala ġustifikata.

(54)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(55)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI KAPITOLU II KONDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI
KAPITOLU III PROĊEDURA U AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FINI TA’ XOGĦOL STAĠONALI KAPITOLU III PROĊEDURA U AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FINI TA’ XOGĦOL STAĠONALI
KAPITOLU IV DRITTIJIET KAPITOLU IV DRITTIJIET
KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.