+18. Constant level of risk assumption over the one-year capital horizon
---+1. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-IRC, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnetjaw il-pożizzjonijiet twal …
---+2. L-effetti ta‟ diversifikazzjoni assoċjati ma‟ pożizzjonijiet twal u qosra jistgħu jiġu …
---+3. Sabiex ir-riskju bażi jiġi rifless b‟mod adegwat, meta dan ir-riskju jkun materjali …
---+4. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-impatt fl-orizzont ta‟ likwidità ta‟ diskrepanzi ta‟ …
---+5. Modelling the ageing of positions should not be allowed in IRC modelling, given the expected …

18. Constant level of risk assumption over the one-year capital horizon

18. Constant level of risk assumption over the one-year capital horizon

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-IRC, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnetjaw il-pożizzjonijiet twal …

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-IRC, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnetjaw il-pożizzjonijiet twal u qosra biss meta jirreferu għal strumenti finanzjarji strettament identiċi.

2. L-effetti ta‟ diversifikazzjoni assoċjati ma‟ pożizzjonijiet twal u qosra jistgħu jiġu …

L-effetti ta‟ diversifikazzjoni assoċjati ma‟ pożizzjonijiet twal u qosra jistgħu jiġu rikonoxxuti biss permezz ta‟ immudellar espliċitu ta‟ pożizzjonijiet gross twal u qosra fl-istrumenti differenti. Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet għandhom juru li l-effetti ta‟ diversifikazzjoni jew ta‟ hedging ma jkunux sopravvalutati; b‟mod partikolari d-diskrepanzi ta‟ maturità għandhom ikunu riflessi fil-mudelli.

3. Sabiex ir-riskju bażi jiġi rifless b‟mod adegwat, meta dan ir-riskju jkun materjali …

Sabiex ir-riskju bażi jiġi rifless b‟mod adegwat, meta dan ir-riskju jkun materjali, l-evalwazzjoni għall-finijiet tal-IRC għal pożizzjonijiet relatati (bħal, pereżempju, bonds u CDSs fuq l-istess debitur) għandha tiġi ddifferenzjata. Għalhekk, pożizzjonijiet netti twal u netti qosra li jagħmlu referenza għal assi sottostanti simili

  • – imma mhux identiċi – m‟għandhomx jirriżultaw f‟kejl tal-IRC ugwali għal żero. Fejn ir-riskju bażi ma jiġix ikkunsidrat, l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu prova li dan ir-riskju mhuwiex materjali.
4. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-impatt fl-orizzont ta‟ likwidità ta‟ diskrepanzi ta‟ …

L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-impatt fl-orizzont ta‟ likwidità ta‟ diskrepanzi ta‟ maturità bejn pożizzjonijiet twal u qosra (pereżempju jekk is-CDS timmatura qabel il-bond sottostanti u l-inadempjenza sseħħ wara l-maturità tas-CDS), jekk ir-riskji li jirriżultaw ikunu materjali. Għalhekk, l-istituzzjoni għandha tkun kapaċi tikkalkula l-P&L billi tikkunsidra l-impatt ta‟ diskrepanzi potenzjali ta‟ maturità bejn pożizzjonijiet twal u qosra. L-istituzzjoni għandha mill-inqas tkun kapaċi tipprova li r-riskju msemmi hawn fuq ma jkunx riskju materjali, inkella jkollha timmudella r-riskju kif meħtieġ.

5. Modelling the ageing of positions should not be allowed in IRC modelling, given the expected …

Modelling the ageing of positions should not be allowed in IRC modelling, given the expected tremendous challenges and the observed difficulties associated with modelling the ageing of positions, together with the substantial regulatory arbitrage this could result in. This justifies that, at the present stage, a conservative approach is preferred.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/