+Titolu II- Kriterji għall-awtoritajiet kompetenti fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+1. Fir-rigward ta’ dawk it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet …

Titolu II- Kriterji għall-awtoritajiet kompetenti fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

3. Il-kriterji li jiddeterminaw meta l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi komprensiva tal-SRT fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Fir-rigward ta’ dawk it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet …

Fir-rigward ta’ dawk it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-SRT skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 243(2) jew l-Artikolu 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu analiżi komprensiva tal-SRT skont it-Titolu III, il-paragrafi 4 sa 10 ta’ dawn il-Linji gwida, fejn tapplika kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin li jinsabu fil-lista mhux eżawrjenti hawn taħt:

  • a. Informazzjoni partikolari tindika li l-ħxuna tas-segmenti tat-titolizzazzjoni li jintużaw bħala segmenti rilevanti biex juru l-SRT skont l-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ ma tkunx biżżejjed biex jiġi ssoponut SRT proporzjonat lil partijiet terzi fir-rigward (i) tal-profil speċjali tar-riskju tal-kreditu u (ii) tal-ammonti ta’ skoperturi korrispondenti ppeżati skont ir-riskju tal-iskoperturi titolizzati ta’ din it-titolizzazzjoni.
  • b. Dubji rigward l-adegwatezza ta’ valutazzjoni partikolari tal-kreditu ta’ ECAI.
  • c. Telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati f’perjodi preċedenti jew informazzjoni oħra jindikaw li:
  • i. L-istima raġonevoli tal-istituzzjoni tat-telf mistenni fuq l-iskoperturi titolizzati sal-maturità tat-tranżazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tista’ tkun baxxa wisq biex jitqies li ġie trasferit ir-riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi. Il-maturità totali tat-tranżazzjoni għandha titqies, inkluż l-eżistenza potenzjali ta’ marġni pożittiv.
  • ii. Il-marġni li bih il-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jkunu suġġetti għat-tnaqqis mill-Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew piż tar-riskju ta’ 1 250% jeċċedi l-istima raġonevoli tat-telf mistenni sal-maturità tat-tranżazzjoni jista’ jkun baxx wisq biex jitqies li ġie trasferit ir-riskju tal-kreditu sinifikanti lil partijiet terzi.
  • d. L-ispejjeż għolja mġarrba mill-istituzzjoni oriġinatriċi biex tittrasferixxi r-riskju tal-kreditu lil partijiet terzi permezz ta’ titolizzazzjoni partikolari jindikaw li l-SRT miksub b’mod formali skont il-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jista’ attwalment jiġi mminat mill-ispiża għolja ta’ dan it-trasferiment tar-riskju tal-kreditu.
  • e. L-istituzzjoni oriġinatriċi għandha l-ħsieb li turi l-SRT lil partijiet terzi skont il-punti (a) jew (b) ta’ kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 243(2) jew 244(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tal-ECAI għas-segmenti rilevanti.
  • f. Tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tal-portafolli tan-negozjar.
  • g. Tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni b’opzjonijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ għajr għal dawk l-opzjonijiet meqjusa li ma jfixklux it-trasferiment effettiv tar-riskju tal-kreditu skont il-paragrafi 5(2), 5(3) u 5(4) ta’ dawn il-Linji gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/