+5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti
---+76. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+77. Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju …
---+78. Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - …
---+79. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+80. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ …
---+81. Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej: a. l - attivitajiet …
---+82. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
---+83. Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur …
---+84. Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - …
---+85. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti …
|
5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti
5.8 Allokazzjoni tal - kompiti fost l - awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
76. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom ji żguraw li l - qafas operazzjonali tal - kulleġġ tas - superviżuri mhux biss jippermetti iżda wkoll jikseb allokazzjoni effiċjenti u effettiva tal - kompiti fost l - awtoritajiet kollha involuti fis - superviżjoni ta’ fergħa sinifikanti ħafna skont dawn il - linji gwida.
|
|
77. Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju …
|
Għal dak il - għan, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jivvalutaw regolarment jekk allokazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ kompitu li tippermetti superviżjoni tal - fergħa sinifikanti ħafna skont dawn il - linji gwida inkisbitx u, jekk le, jipproponu titjib għall - qafas operazzjonali tal - kulleġġ permezz ta’ emenda fl - arranġamenti bil - miktub jew fl - SEP tal - kulleġġ. 22
|
|
78. Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - …
|
Il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu stabbilit fil - qafas operazzjonali tal - kulleġġ għandu jitqies effiċjenti u effettiv meta jilħaq l - għanijiet li ġejjin: - a. jevita duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ kompiti, jottimizza riżorsi superviżorji, juża l - intelliġenza u l - għarfien espert kollu disponibbli, u jneħħi piżijiet mhux meħtieġa minn fuq l - istituzzjonijiet sorveljati;
- b. jirrifletti l - għarfien espert superviżorju f’termini ta’ ħiliet tekniċi jew għarfien tas - suq lokali, filwaqt li jiżgura li kull awtorità kompetenti twettaq il - kompiti li hija tinsab fl - aħjar pożizzjoni biex twettaqhom;
- c. jirrifletti l - mod li bih entità sorveljata li topera fuq bażi transkonfinali permezz ta’ fergħat sinifikanti ħafna hija organizzata u proporzjonata għan - natura, id - daqs u l - kumplessità tal - entità sorveljata kkonċernata;
- d. Ikun adattat għas - superviżjoni ta’ istituzzjoni b’kunsiderazzjoni tal - organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar (jiġifieri ċ - ċentralizzazzjoni/deċentralizzazzjoni) u f’termini tal - organizzazzjoni tal - linji ta’ negozju tiegħu.
|
|
79. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jaqblu dwar it - termini tal - allokazzjoni tal - kompitu u jirriflettuhom kif xieraq fl - arranġamenti ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni bil - miktub. Il - kulleġġ għandu jiġi informat kif xieraq bl - eżistenza u, fejn rilevanti, l - eżitu tal - arranġamenti tal - allokazzjoni.
|
|
80. Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ …
|
Meta fost l - awtoritajiet ikun hemm opinjonijiet kuntrarji dwar il - mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu u jiġi evitat ftehim, l - awtoritajiet għandhom jippreżentaw talba lill - EBA kif imsemmi fl - Artikolu 31(c) tar - Regolament (UE) Nru 1093/2010 flimkien mal - informazzjoni kollha neċessarja għall - EBA biex tifforma opinjoni dwar il - kwistjonijiet ikkontestati u tassisti lill - awtoritajiet biex jaslu għal konklużjoni komuni. L - awtoritajiet kompetenti kollha involuti għandhom iqisu l - opinjoni tal - EBA u jsolvu l - kwistjoni kif xieraq.
|
|
81. Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej: a. l - attivitajiet …
|
Bħala minimu, dawn it - termini għandhom jagħtu dettalji dwar dan li ġej: - a. l - attivitajiet speċifiċi li għandhom jiġu allokati lil kull awtorità;
- b. il - qafas legali applikabbli rilevanti;
- c. ir- rwoli u r - responsabbiltajiet tal - awtoritajiet involuti, speċjalment meta l - allokazzjoni tal - kompitu tkun differenti mill - allokazzjoni tal - kompitu skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 u d- Direttiva 2013/36/UE wara ftehim dwar id - delegazzjoni tal - kompiti;
- d. it - tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata fost is- superviżuri għat - twettiq tal - kompiti; 23
- e. il - lingwa, il - frekwenza u l - mezzi/forma tal - informazzjoni li għandha tiġi skambjata;
- f. l - istandards li skonthom għandhom jitwettqu l - kompiti;
- g. feedback, pariri jew istruzzjonijiet possibbli minn awtorità għall - oħra;
- h. i l - metodi ta’ ħidma li għandhom jintużaw;
- i. aċċess għad - dokumentazzjoni prodotta wara kompitu li jkun ġie allokat ikun intlaħaq;
- j. l - iskeda ta’ żmien għat - tlestija tal - kompiti allokati;
- k. it - termini li taħthom l - awtorità li lilha jkun ġie allokat kompitu huma li tirrapporta lill - kulleġġ; u
- l. it - termini li taħthom tista’ sseħħ terminazzjoni bikrija ta’ kwalunkwe allokazzjoni tal - kompitu.
|
|
82. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jinformaw lill - istituzzjoni u lill - fergħa sinifikanti ħafna dwar l - allokazzjoni tal - kompitu skont il - qafas ta’ komunikazzjoni tal - kulleġġ.
|
|
83. Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur …
|
Bl - għan li jistabbilixxu l - aktar allokazzjoni tal - kompitu effiċjenti, is - superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti għandhom jeżaminaw il - fattibbiltà ġuridika u operazzjonali tad - delegazzjoni tal - kompiti, fejn dan ikun permess mil - leġiżlazzjoni tal -UE jew dik nazzjonali, bl - għan li dan jiġi stabbilit bħala mekkaniżmu ta’ allokazzjoni tal - kompitu. L - eżaminazzjoni tal - fattibbiltà ġuridika u operazzjonali tad - delegazzjoni għandha ssir fuq bażi volontarja u skont il - kompitu mingħajr preġudizzju għall - kompetenzi u r - responsabbiltajiet allokati lill - awtoritajiet nazzjonali jew lill - istituzzjonijiet tal - Unjoni.
|
|
84. Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - …
|
Kwalunkwe delegazzjoni tal - kompiti fuq bażi volontarja għandha tkun konformi mal - leġiżlazzjoni tal - UE u dik nazzjonali u jkun hemm ftehim sħiħ dwarha fost l - awtoritajiet involuti mill - inqas fir - rigward tal - elementi msemmija fil - paragrafu 81 u kwalunkwe element ieħor meħtieġ biex jiġi stabbilit mekkaniżmu legalment sikur u kompletament operazzjonali għall - allokazzjoni tal - kompitu.
|
|
85. Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti …
|
Is- superviżur konsolidanti u l - awtoritajiet kompetenti tad - domiċilju u ospitanti involuti fis - superviżjoni ta’ fergħa sinifikanti ħafna għandhom jiddeterminaw l - aħjar allokazzjoni tal - kompiti possibbli fi ħdan il - qafas tal - kulleġġ skont il - paragrafi preċedenti anke, u b’mod partikolari, meta delegazzjoni xierqa ma titqiesx bħala legalment u operazzjonalment fattibbli. 24
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|