+66. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni …
|
66. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni …
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni tad-debituri jew tal-iskoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet (“filosofija tal-klassifikazzjoni”), filwaqt li jikkunsidraw il-prinċipji kollha li ġejjin: - (a) Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk il-metodu użat fil-kwantifikazzjoni tal-parametru tar-riskju jkunx adegwat għall-filosofija tal-klassifikazzjoni u jifhmu l-karatteristiċi u d-dinamika tal-assenjazzjoni tad-debituri jew tal-iskoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet (“assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni”) u tal-istimi tal-parametru tar-riskju li jirriżultaw mill-metodu użat.
- (b) Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw l-adegwatezza tal-karatteristiċi u d-dinamika tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni li jirriżultaw u tal-istimi tal-parametru tar-riskju li jirriżultaw mill-metodu li jintuża, fir-rigward tal-użi diversi tagħhom u jifhmu l-impatt tagħhom fuq id-dinamika u l-volatilità tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.
- (c) Jenħtieġ li l-filosofija tal-klassifikazzjoni tiġi kkunsidrata wkoll għal skopijiet ta’ ttestjar retrospettiv. Il-filosofiji sensittivi għal kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom it-tendenza li jagħtu stima ta’ PDs li jagħtu previżjoni aħjar tar-rati ta’ inadempjenza ta’ kull sena. Min-naħa l-oħra, il-filosofiji inqas sensittivi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom it-tendenza li jagħtu stima ta’ PDs li jkunu eqreb lejn il-PD medju fid-diversi stati tal-ekonomija, iżda li jvarjaw minn rati ta’ inadempjenza osservati fis-snin fejn l-istat tal-ekonomija jkun fuq jew taħt il-medja tiegħu. Għalhekk, id-devjazzjonijiet bejn ir-rati ta’ inadempjenza osservati u r-rata ta’ inadempjenza medja fuq perjodu twil tal-grad rilevanti se jkunu aktar possibbli f’sistemi ta’ klassifikazzjoni inqas sensittivi għal kundizzjonijiet ekonomiċi. B’kuntrast ma’ dan, il-migrazzjonijiet bejn il-gradi se jkunu aktar possibblif’sistemi ta’ klassifikazzjoni li jkunu aktar sensittivi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi. Jenħtieġ li dawn il-mudelli jiġu kkunsidrati meta jkunu qegħdin jiġu vvalutati r-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u, fejn ikun rilevanti, tal-analiżi komparattiva.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|