+5.2 Model development in PD estimation
---+56. Sabiex jiġi żviluppat il-mudell, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-RDS ikun fih …
---+57. Fil-proċess tal-għażla tal-motivaturi tar-riskju u tal-kriterji tal-klassifikazzjoni, jenħtieġ …
---+58. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li sabiex jintgħażlu l-motivaturi tar-riskju u …
---+59. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li t-tnaqqis fl-affidabbiltà tal-informazzjoni matul …
---+60. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw il-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni …
---+61. Meta jkun hemm proporzjon sinifikanti ta’ klijenti li jużaw faċilitajiet multipli tal-istess …
---+62. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki ċari li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li …
---+63. Sabiex il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ parti terza jiġu inkorporati f’mudell …
---+64. Trasferiment tal-klassifikazzjoni ma għandux ibiddel l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għal …
---+65. Jenħtieġ li l-appoġġ kuntrattwali materjali li debitur jagħti lil parti terza jitqies bħala li …
---+66. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni …
---+67. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw il-filosofija tal-klassifikazzjoni li tintgħażel matul …
---+68. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw sistemi ta’ klassifikazzjoni differenti karatterizzati minn …
---+69. Sabiex l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 170(1) u 170(3)(c) …
|
5.2 Model development in PD estimation
5.2.1 Data requirements specific for model development
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
56. Sabiex jiġi żviluppat il-mudell, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-RDS ikun fih …
|
Sabiex jiġi żviluppat il-mudell, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li l-RDS ikun fih il-valuri tal-motivaturi tar-riskju għal punti fiż-żmien xierqa. Dawn il-punti fiż-żmien jistgħu jvarjaw bejn motivatur tar-riskju u ieħor. Fl-għażla ta’ punti fiż-żmien xierqa, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw id-dinamika kif ukoll il-frekwenza tal-aġġornament tal-motivaturi tar-riskju matul il-perjodu kollu li fih debitur kien fil-portafoll u, fil-każ ta’ inadempjenza, matul is-sena ta’ qabel l-inadempjenza. 5.2.2 Motivaturi tar-riskju u kriterji tal-klassifikazzjoni
|
|
57. Fil-proċess tal-għażla tal-motivaturi tar-riskju u tal-kriterji tal-klassifikazzjoni, jenħtieġ …
|
Fil-proċess tal-għażla tal-motivaturi tar-riskju u tal-kriterji tal-klassifikazzjoni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw sett wiesa’ ta’ informazzjoni rilevanti għat-tip ta’ skoperturi koperti mis-sistema tal-klassifikazzjoni. Il-motivaturi tar-riskju potenzjali analizzati mill-istituzzjonijiet jenħtieġ li jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin: - (a) il-karatteristiċi tad-debitur, inkluż is-settur u l-lokalità ġeografika għal korporattivi;
- (b) informazzjoni finanzjarja, inklużi rapporti finanzjarji jew rapporti tal-introjtu;
- (c) informazzjoni dwar ix-xejriet, inkluż bejgħ jew marġni tal-profitt li qed jikber jew li qed jiċkien;
- (d) informazzjoni dwar l-imġiba, inkluża d-delinkwenza u l-użu ta’ faċilitajiet ta’ kreditu.
|
|
58. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li sabiex jintgħażlu l-motivaturi tar-riskju u …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li sabiex jintgħażlu l-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni, l-esperti rilevanti mill-oqsma tan-negozju tal-istituzzjoni jiġu kkonsultati fir-rigward tar-raġuni tan-negozju u l-kontribuzzjoni għar-riskju tal-motivaturi tar-riskju u tal-kriterji tal-klassifikazzjoni kkunsidrati.
|
|
59. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li t-tnaqqis fl-affidabbiltà tal-informazzjoni matul …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li t-tnaqqis fl-affidabbiltà tal-informazzjoni matul iż-żmien, pereżempju tal-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tad-debituri miksuba mal-oriġini tas-self, jiġi rifless kif xieraq fl-istima tal-PD. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw ukoll li l-mudell jagħti stima tal-livell xieraq tar-riskju fir-rigward tal-informazzjoni rilevanti kollha, li tkundisponibbli attwalment u l-aktar aġġornata, u li jiġi applikat MoC adegwat fejn ikun jeżisti grad ogħla ta’ inċertezza minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni aġġornata. B’mod partikolari, il-proċess tal-mudell jew tal-assenjazzjoni jenħtieġ li jipprovdi aġġustament adegwat u konservattiv fiż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin: - (a) skont l-Artikolu 24(1)(g) tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, fil-każ ta’ rapporti finanzjarji li jmorru lura aktar minn 24 xahar fejn l-informazzjoni li ġejja minn dawn ir-rapporti finanzjarji tkun motivatur tar-riskju rilevanti;
- (b) fil-każ ta’ informazzjoni dwar l-uffiċċji tal-kreditu li tmur lura aktar minn 24 xahar, jekk din tkun għadha rilevanti dak iż-żmien, fejn l-informazzjoni dwar l-uffiċċji tal-kreditu tkun motivatur tar-riskju rilevanti.
|
|
60. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw il-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw il-motivaturi tar-riskju u l-kriterji tal-klassifikazzjoni b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat, fl-iżvilupp tal-mudelli, fil-kalibrazzjoni tal-mudell u fl-applikazzjoni tal-mudell.
|
|
61. Meta jkun hemm proporzjon sinifikanti ta’ klijenti li jużaw faċilitajiet multipli tal-istess …
|
Meta jkun hemm proporzjon sinifikanti ta’ klijenti li jużaw faċilitajiet multipli tal-istess tip fi ħdan sistema tal-klassifikazzjoni fil-livell tal-konsumatur, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet janalizzaw il-livell tar-riskju ta’ dawn il-konsumaturi meta mqabbel ma’ dak tal-konsumaturi li jwettqu biss faċilità waħda tat-tip rilevanti u, fejn ikun meħtieġ, jirriflettu d-differenza fil-livell tar-riskju fil-mudell permezz ta’ motivaturi tar-riskju xierqa. 5.2.3 Trattament ta’ klassifikazzjonijiet ta’ partijiet terzi
|
|
62. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki ċari li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom politiki ċari li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom il-klassifikazzjoni ta’ parti terza li għandha relazzjoni kuntrattwali jew organizzattiva ma’ debitur tal-istituzzjoni tista’ tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tar-riskju tad-debitur ikkunsidrat. Jenħtieġ li tali politiki jikkunsidraw il-modi possibbli li ġejjin li bihom il-klassifikazzjoni ta’ parti terza tista’ tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni tar-riskju tad-debitur ikkunsidrat: - (a) il-klassifikazzjoni ta’ tali parti terza li tkun qed tiġi trasferita lil debitur rilevanti (“trasferiment tal-klassifikazzjoni”), fejn ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn id-debitur u l-parti relatata minħabba l-eżistenza ta’ garanzija xierqa u l-klassifikazzjoni ta’ parti terzi tiġi assenjata internament, skont is-sistema tal-klassifikazzjoni li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess għaliha, skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- (b) il-klassifikazzjoni ta’ tali parti terza li tkun qed tiġi kkunsidrata bħala indikazzjoni għal prevalazzjoni tal-assenjazzjoni tad-debitur rilevanti għal grad jew aggregazzjoni;
- (c) il-klassifikazzjoni ta’ din il-parti terza li sservi bħala input għall-mudell tal-PD, li tirrifletti l-appoġġ kuntrattwali tal-parti relatata għad-debitur.
|
|
63. Sabiex il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ parti terza jiġu inkorporati f’mudell …
|
Sabiex il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni ta’ parti terza jiġu inkorporati f’mudell tal-PD, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw dan kollu li ġej: - (a) li l-klassifikazzjoni ta’ parti terza tissodisfa r-rekwiżiti kollha għall-motivaturi tar-riskju rilevanti stabbiliti fit-taqsima 5.2.2;
- (b) li karatteristiċi tar-riskju rilevanti oħra tad-debitur u tat-tranżazzjoni jiġu riflessi b’mod xieraq fil-mudell skont l-Artikoli 170(1)(a) u 170(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li l-ebda preġudizzju materjali ma jiġi introdotti permezz ta’ ponderazzjoni għolja tal-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni interna jew esterna;
- (c) li ma jkunx hemm għadd doppju tal-isforzi ta’ kwalunkwe relazzjoni ma’ partijiet terzi.
|
|
64. Trasferiment tal-klassifikazzjoni ma għandux ibiddel l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għal …
|
Trasferiment tal-klassifikazzjoni ma għandux ibiddel l-assenjazzjoni tal-iskoperturi għal klassijiet ta’ skoperturi, sistemi tal-klassifikazzjoni jew mudelli, iżda jenħtieġ li jaffettwa biss l-assenjazzjoni għal gradi jew aggregazzjonijiet. Jenħtieġ li t-trasferimenti tal-klassifikazzjoni jiġu stabbiliti b’tali mod li kwalunkwe bidla fi klassifikazzjoni ta’ parti terza li tkun informazzjoni materjali fuq id-debitur jew l-iskopertura, fir-rigward tal-Artikolu 173(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi riflessa fil-klassifikazzjonijiet influwenzati kollha f’waqtha.
|
|
65. Jenħtieġ li l-appoġġ kuntrattwali materjali li debitur jagħti lil parti terza jitqies bħala li …
|
Jenħtieġ li l-appoġġ kuntrattwali materjali li debitur jagħti lil parti terza jitqies bħala li jnaqqas is-saħħa finanzjarja ħielsa tad-debitur ta’ appoġġ, inkluża s-saħħa li jħallas bis-sħiħ l-obbligi kollha lill-istituzzjoni. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-klassifikazzjoni tad-debitur ta’ appoġġ. 5.2.4 Il-filosofija tal-klassifikazzjoni
|
|
66. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħżlu filosofija xierqa li tkun ibbażata fuq l-assenjazzjoni tad-debituri jew tal-iskoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet (“filosofija tal-klassifikazzjoni”), filwaqt li jikkunsidraw il-prinċipji kollha li ġejjin: - (a) Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw jekk il-metodu użat fil-kwantifikazzjoni tal-parametru tar-riskju jkunx adegwat għall-filosofija tal-klassifikazzjoni u jifhmu l-karatteristiċi u d-dinamika tal-assenjazzjoni tad-debituri jew tal-iskoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet (“assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni”) u tal-istimi tal-parametru tar-riskju li jirriżultaw mill-metodu użat.
- (b) Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw l-adegwatezza tal-karatteristiċi u d-dinamika tal-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni li jirriżultaw u tal-istimi tal-parametru tar-riskju li jirriżultaw mill-metodu li jintuża, fir-rigward tal-użi diversi tagħhom u jifhmu l-impatt tagħhom fuq id-dinamika u l-volatilità tar-rekwiżiti tal-fondi proprji.
- (c) Jenħtieġ li l-filosofija tal-klassifikazzjoni tiġi kkunsidrata wkoll għal skopijiet ta’ ttestjar retrospettiv. Il-filosofiji sensittivi għal kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom it-tendenza li jagħtu stima ta’ PDs li jagħtu previżjoni aħjar tar-rati ta’ inadempjenza ta’ kull sena. Min-naħa l-oħra, il-filosofiji inqas sensittivi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi għandhom it-tendenza li jagħtu stima ta’ PDs li jkunu eqreb lejn il-PD medju fid-diversi stati tal-ekonomija, iżda li jvarjaw minn rati ta’ inadempjenza osservati fis-snin fejn l-istat tal-ekonomija jkun fuq jew taħt il-medja tiegħu. Għalhekk, id-devjazzjonijiet bejn ir-rati ta’ inadempjenza osservati u r-rata ta’ inadempjenza medja fuq perjodu twil tal-grad rilevanti se jkunu aktar possibbli f’sistemi ta’ klassifikazzjoni inqas sensittivi għal kundizzjonijiet ekonomiċi. B’kuntrast ma’ dan, il-migrazzjonijiet bejn il-gradi se jkunu aktar possibblif’sistemi ta’ klassifikazzjoni li jkunu aktar sensittivi għall-kundizzjonijiet ekonomiċi. Jenħtieġ li dawn il-mudelli jiġu kkunsidrati meta jkunu qegħdin jiġu vvalutati r-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u, fejn ikun rilevanti, tal-analiżi komparattiva.
|
|
67. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw il-filosofija tal-klassifikazzjoni li tintgħażel matul …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw il-filosofija tal-klassifikazzjoni li tintgħażel matul iż-żmien. Jenħtieġ li -istituzzjonijiet janalizzaw l-adegwatezza tal-filosofija li fuqha tkun ibbażata l-assenjazzjoni tad-debituri jew tal-iskoperturi lil gradi jew aggregazzjonijiet (“filosofija tal-klassifikazzjoni”), filwaqt li jikkunsidraw dan kollu li ġej: - (a) tfassil tal-motivaturi tar-riskju;
- (b) migrazzjoni bejn gradi jew aggregazzjonijiet;
- (c) bidliet fir-rati annwali tal-inadempjenza ta’ kull grad jew aggregazzjoni.
|
|
68. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw sistemi ta’ klassifikazzjoni differenti karatterizzati minn …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jużaw sistemi ta’ klassifikazzjoni differenti karatterizzati minn filosofiji ta’ klassifikazzjoni differenti, jenħtieġ li dawn jużaw l-informazzjoni dwar l-assenjazzjonijiet tal-klassifikazzjoni jew l-istimi tal-parametri tar-riskju b’attenzjoni, speċjalment meta jużaw informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni jew l-esperjenza ta’ inadempjenza miksuba minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni esterni. Fejn l-istituzzjonijiet jużaw sistemi ta’ klassfikazzjoni differenti b’karatteristiċi differenti, bħal filosofiji differenti jew livelli differenti ta’ oġġettività, preċiżjoni, stabbiltà jew konservatiżmu, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta’ klassifikazzjoni jkollhom livell xieraq ta’ konsistenza u li kwalunkwe differenza bejniethom tkun tinftiehem sew. Jenħtieġ li tali fehim mill-inqas jippermetti lill-istituzzjoni tiddefinixxi mod xieraq għat-taħlit jew l-aggregazzjoni tal-informazzjoni prodotta mid-diversi sistemi ta’ klassifikazzjoni meta din tkun meħtieġa, skont il-politiki tal-istituzzjoni. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom fehim sħiħ tas-suppożizzjonijiet u tal-ineżattezzi potenzjali li jirriżultaw minn dan it-taħlit jew aggregazzjoni. 5.2.5 Omoġeneità tal-gradi jew tal-aggregazzjonijiet tad-debituri
|
|
69. Sabiex l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 170(1) u 170(3)(c) …
|
Sabiex l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 170(1) u 170(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-Artikolu 38 tal-RTS dwar il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-IRB, jenħtieġ li dawn jivverifikaw l-omoġeneità tad-debituri jew tal-iskoperturi assenjati għall-istess gradi jew aggregazzjonijiet. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-gradi jiġu definiti b’tali mod li kull debitur fi ħdan kull grad jew aggregazzjoni jkollu riskju ta’ inadempjenza raġonevolment simili u li jiġi evitat trikkib sinifikanti tad-distribuzzjonijiet tar-riskju ta’ inadempjenza bejn il-gradi jew l-aggregazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|