+9 Review of estimates
---+215. Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u …
---+216. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija …
---+217. Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom …
---+218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …
---+219. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet …
---+220. Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+221. Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li …
|
9 Review of estimates
9 Review of estimates
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
215. Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijietjispeċifikaw politiki interni għal bidliet fil-mudelli u fl-istimi tal-parametri tar-riskju li jintużaw f’sistema ta’ klassifikazzjoni. Jenħtieġ li dawn il-politiki jipprevedu li bidliet fil-mudelli isiru bħala riżultat ta’ mill-inqas dawn li ġejjin: - (a) reviżjoni regolari tal-istimi;
- (b) validazzjoni indipendenti;
- (c) bidliet fl-ambjent legali;
- (d) reviżjoni tal-awditjar intern;
- (e) reviżjoni tal-awtorità kompetenti.
|
|
216. Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija …
|
Fejn jiġu identifikati nuqqasijiet materjali bħala riżultat tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 215, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jieħdu azzjonijiet xierqa skont is-severità tan-nuqqas u japplikaw MoC skont it-taqsima 4.4.3.
|
|
217. Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom …
|
Għall-finijiet ta’ reviżjonijiet regolari tal-istimi, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom qafas fis-seħħ li mill-inqas jinkludi l-elementi li ġejjin: - (a) kamp ta’ applikazzjoni minimu u frekwenza tal-analiżijiet li għandhom isiru, inklużi metriċi definiti minn qabel li jintgħażlu mill-istituzzjoni sabiex tittestja r-rappreżentattività tad-data, il-prestazzjoni tal-mudell, il-kapaċità tat-tbassir u l-istabbiltà tiegħu;
- (b) standards iddefiniti minn qabel, inklużi limiti u livelli ta’ sinifikat iddefiniti minn qabel għall-metriċi rilevanti;
- (c) azzjonijiet iddefiniti minn qabel li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ riżultati negattivi tar-reviżjoni, skont is-severità tan-nuqqas.
Fir-reviżjonijiet regolari tal-istimi, l-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq ir-riżultati tal-validazzjoni indipendenti fejn dawn ir-riżultati jkunu aġġornati.
|
|
218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …
|
| Ir-reviżjonijiet | tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l- |
Artikolu 179(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jsiru filwaqt li jikkunsidraw il-metriċi, l-istandards u l-limiti definiti mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 217. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-reviżjonijiet jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin: - (a) analiżi tar-rappreżentattività tad-data, inkluż dan kollu li ġej:
| (i) analiżi | tad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża sabiex jiġu kwantifikati l- |
parametru tar-riskju u l-portafoll tal-applikazzjoni, inkluża l-analiżi ta’ kwalunkwe bidla fil-portafoll jew kwalunkwe interruzzjoni strutturali, permezz ta’ analiżi tar-rappreżentattività deskritta fit-taqsima 4.2.4; - (ii) analiżi tad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża biex jiġu żviluppati l-mudell u l-portafoll tal-applikazzjoni; għal dan il-għan l-istituzzjonijiet jenħtieġ li:
- iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 24, 25, u 26;
- jikkunsidraw li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell tkun biżżejjed
| rappreżentattiva f’termini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 21, jekk il-prestazzjoni tal-mudell fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun soda; |
- iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 22 u 23 fejn il-prestazzjoni tal-mudell
| fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun qiegħda tiddeterjora; |
- (b) analiżi tal-prestazzjoni tal-mudell u l-istabbiltà tiegħu matul iż-żmien, li jenħtieġ li jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
- (i) jenħtieġ li l-analiżi tidentifika kwalunkwe deterjorament potenzjali tal-prestazzjoni tal-mudell, inkluża s-setgħa diskriminatorja tal-mudell, permezz ta’ paragun bejn il-prestazzjoni tiegħu waqt l-iżvilupp u l-prestazzjoni tiegħu f’kull perjodu ta’ osservazzjoni sussegwenti tas-sett tad-data estiż kif ukoll mal-livelli limiti definiti minn qabel; jenħtieġ li din l-analiżi ssir fuq subgruppi rilevanti, pereżempju bi u mingħajr stat ta’ delinkwenza fil-każ ta’ stimi tal-PD, jew għal diversi xenarji ta’ rkupru fil-każ ta’ stimi tal-LGD;
- (ii) jenħtieġ li l-analiżi ssir fir-rigward tal-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, mingħajr ma jsiru aġġustamenti jew esklużjonijiet tad-data fl-iżvilupp tal-mudell; għal skopijiet ta’ paragun, il-prestazzjoni waqt l-iżvilupp jenħtieġ li tinkiseb ukoll għall-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, qabel kwalunkwe aġġustament jew esklużjoni tad-data;
- (c) analiżi tal-kapaċità ta’ tbassir tal-mudell, li mill-inqas tinkludi:
- (i) analiżi dwar jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti fis-sett tad-data li jintuża sabiex jiġu stmati l-parametri tar-riskju twassalx għal stimi tar-riskju materjalment differenti u, b’mod partikolari:
- għall-PD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla
| | sinifikanti fir-rata ta’ inadempjenza medja fuq perjodu twil; jenħtieġ li din l-analiżi tikkunsidra d-definizzjoni mill-ġdid xierqa tal-perjodu tal-medda tal-varjabbiltà probabbli tar-rati ta’ inadempjenza u tat-taħlita tas-snin tajbin u dawk ħżiena, jekk ikunu meħtieġa; għal-LGD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla sinifikanti fl-LGD medju fuq perjodu twil jew fl-LGD ta’ tnaqqis; |
- (ii) analiżi ta’ ttestjar retrospettiv, li jenħtieġ litinkludi paragun bejn l-istimi li jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u r-riżultati osservati għal kull grad jew aggregazzjoni; għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv li sar bħala parti mill-validazzjoni interna, skont l-Artikolu 185(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew jistgħu iwettqu testijiet addizzjonali, pereżempju fir-rigward ta’ perjodu ta’ żmien differenti tas-sett tad-data.
|
|
219. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet …
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom l-analiżijiet imsemmija fil-paragrafu 218 għandhom isiru b’mod aktar frekwenti milli darba fis-sena, bħal bidliet ewlenin fil-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, il-politiki tal-kreditu jew sistemi rilevanti tal-IT. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu r-reviżjoni tal-mudell tal-PD jew tal-LGD kull meta josservaw bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet ekonomiċi li huma bbażati fuq is-sett tad-data li jintuża sabiex jiġi żviluppat il-mudell.
|
|
220. Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Sabiex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 190(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiddefinixxu ċiklu regolari għar-reviżjoni sħiħa tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni, filwaqt li jikkunsidraw il-materjalità tagħhom, u jkopru l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-mudell, il-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju u, fejn ikun applikabbli, l-istima tal-komponenti tal-mudell. Jenħtieġ li din ir-reviżjoni tinkludi dan kollu li ġej: - (a) reviżjoni tal-motivaturi tar-riskju eżistenti u potenzjali u valutazzjoni tas-sinifikat tagħhom ibbażati fuq l-istandards definiti minn qabel tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 217;
- (b) valutazzjoni tal-approċċ tal-immudellar, is-solidità kunċettwali tiegħu, l-issodisfar tas-suppożizzjonijiet tal-immudellar u approċċi alternattivi.
Fejn ir-riżultati ta din ir-reviżjoni jirrakkomandaw xi bidliet għat-tfassil tal-mudell, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet xierqa wara r-riżultati minn din l-analiżi.
|
|
221. Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li …
|
Għall-finijiet tar-reviżjoni speċifikata fil-paragrafi 217 sa 220, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet japplikaw politiki konsistenti għall-aġġustamenti u għall-esklużjonijiet tad-data u jiżguraw li kwalunkwe differenza fil-politiki applikati għas-settijiet tad-data rilevanti tkun iġġustifikata u li ma xxekkilx ir-riżultati tar-reviżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|