+218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …

218. Ir-reviżjonijiet tal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-Artikolu …

Ir-reviżjonijiettal-istimi li għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena, skont l-

Artikolu 179(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jsiru filwaqt li jikkunsidraw il-metriċi, l-istandards u l-limiti definiti mill-istituzzjoni skont il-paragrafu 217. Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-reviżjonijiet jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

  • (a) analiżi tar-rappreżentattività tad-data, inkluż dan kollu li ġej:
(i) analiżitad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża sabiex jiġu kwantifikati l-

parametru tar-riskju u l-portafoll tal-applikazzjoni, inkluża l-analiżi ta’ kwalunkwe bidla fil-portafoll jew kwalunkwe interruzzjoni strutturali, permezz ta’ analiżi tar-rappreżentattività deskritta fit-taqsima 4.2.4;

  • (ii) analiżi tad-differenzi potenzjali bejn l-RDS li jintuża biex jiġu żviluppati l-mudell u l-portafoll tal-applikazzjoni; għal dan il-għan l-istituzzjonijiet jenħtieġ li:
  •  iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 24, 25, u 26;
  •  jikkunsidraw li d-data li tintuża għall-iżvilupp tal-mudell tkun biżżejjed
rappreżentattiva f’termini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 21, jekk il-prestazzjoni tal-mudell fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun soda;
  •  iwettqu l-analiżi stipulata fil-paragrafi 22 u 23 fejn il-prestazzjoni tal-mudell
fis-sens tal-paragrafu 218(b) tkun qiegħda tiddeterjora;
  • (b) analiżi tal-prestazzjoni tal-mudell u l-istabbiltà tiegħu matul iż-żmien, li jenħtieġ li jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
  • (i) jenħtieġ li l-analiżi tidentifika kwalunkwe deterjorament potenzjali tal-prestazzjoni tal-mudell, inkluża s-setgħa diskriminatorja tal-mudell, permezz ta’ paragun bejn il-prestazzjoni tiegħu waqt l-iżvilupp u l-prestazzjoni tiegħu f’kull perjodu ta’ osservazzjoni sussegwenti tas-sett tad-data estiż kif ukoll mal-livelli limiti definiti minn qabel; jenħtieġ li din l-analiżi ssir fuq subgruppi rilevanti, pereżempju bi u mingħajr stat ta’ delinkwenza fil-każ ta’ stimi tal-PD, jew għal diversi xenarji ta’ rkupru fil-każ ta’ stimi tal-LGD;
  • (ii) jenħtieġ li l-analiżi ssir fir-rigward tal-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, mingħajr ma jsiru aġġustamenti jew esklużjonijiet tad-data fl-iżvilupp tal-mudell; għal skopijiet ta’ paragun, il-prestazzjoni waqt l-iżvilupp jenħtieġ li tinkiseb ukoll għall-portafoll tal-applikazzjoni sħiħ, qabel kwalunkwe aġġustament jew esklużjoni tad-data;
  • (c) analiżi tal-kapaċità ta’ tbassir tal-mudell, li mill-inqas tinkludi:
  • (i) analiżi dwar jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti fis-sett tad-data li jintuża sabiex jiġu stmati l-parametri tar-riskju twassalx għal stimi tar-riskju materjalment differenti u, b’mod partikolari:
  •  għall-PD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla
sinifikanti fir-rata ta’ inadempjenza medja fuq perjodu twil; jenħtieġ li din l-analiżi tikkunsidra d-definizzjoni mill-ġdid xierqa tal-perjodu tal-medda tal-varjabbiltà probabbli tar-rati ta’ inadempjenza u tat-taħlita tas-snin tajbin u dawk ħżiena, jekk ikunu meħtieġa; għal-LGD, jekk l-inklużjoni tal-aktar data riċenti twassalx għal bidla sinifikanti fl-LGD medju fuq perjodu twil jew fl-LGD ta’ tnaqqis;
  • (ii) analiżi ta’ ttestjar retrospettiv, li jenħtieġ litinkludi paragun bejn l-istimi li jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-fondi proprji u r-riżultati osservati għal kull grad jew aggregazzjoni; għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv li sar bħala parti mill-validazzjoni interna, skont l-Artikolu 185(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew jistgħu iwettqu testijiet addizzjonali, pereżempju fir-rigward ta’ perjodu ta’ żmien differenti tas-sett tad-data.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/