+75. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw …

75. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw tal - inqas dawn ir- rekwiżiti li ġejjin:

  • a) jindirizzaw il-fatturi ta’ riskju ewlenin li l-istituzzjoni tista’ tkun esposta għalihom; f’dan ir-rigward, ir- riżultati miksuba minn analiżijiet ta’ fatturi ta’ riskju waħdieni, li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni dwar is-sensittività lejn fatturi ta’ riskju waħdieni, għandhom jintużaw biex jidentifikaw xenarji li jinkludu stress ta’ sett ikkombinat ta’ fatturi ta’ riskju plawżibbli ħafna; l-ebda fattur ta’ riskju materjali m’għandu jitħalla mhux taħt stress jew mhux ikkunsidrat;
  • b) jindirizzaw vulnerabbiltajiet ewlenin speċifiċi għall -istituzzjoni, li ġejjin mill- karatteristiċi reġjonali u settorjali ta’ istituzzjoni, kif ukoll l-iskoperturi speċifiċi tal-prodott jew tal-linja tan-negozju u l-politiki ta’ finanzjament tagħha: riskji ta’ konċentrazzjoni u ta’ korrelazzjoni, kemm fir-riskji kif ukoll bejn ir-riskji, għandhom jiġu identifikati a priori ;
  • c) jinkludu narrattiva koerenti għax - xenarju, li tkopri l-fatturi ta’ riskju ewlenin kollha kif ukoll l- iżvilupp (prospettiv) tagħhom fuq il- bażi ta’ avvenimenti skattaturi multipli (jiġifieri politika monetarja, żviluppi fis-settur finanzjarju, prezzijiet tal-prodotti bażiċi, avvenimenti politiċi u diżastri naturali); l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li n-narrattiva tax - xenarju hija plawżibbli u mhux kontradittorja meta wieħed jassumi l-komoviment ta’ fatturi ta’ riskju u r-reazzjoni korrispondenti tal- parteċipanti fis- suq; u, fejn ċerti fatturi ta’ riskju huma esklużi min-narrattiva tax - xenarju, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li din l- esklużjoni hija kompletament ġustifikata u dokumentata;
  • d) huma internament koerenti, sabiex ikun żgurat li l-fatturi ta’ riskju identifikati jġibu ruħhom b’mod konsistenti ma’ fatturi oħra ta’ riskju f’avveniment taħt stress u li fihom stimi u suppożizzjonijiet espliċiti dwar l-istruttura ta’ dipendenza fost il-fatturi prinċipali ta’ riskju sottostanti; huwa importanti li l-komovimenti fil-fatturi ta’ riskju li jistgħu jidhru kontradittorji għandhom ikunu esplorati sabiex jiġu identifikati sensittivitajiet ġodda;
  • e) iqisu l-innovazzjoni u b’mod aktar speċifiku l- iżviluppi teknoloġiċi jew prodotti finanzjarji sofistikati mingħajr ma jinjoraw l-interazzjoni tagħhom ma’ prodotti aktar tradizzjonali; u
  • f) jiżguraw li l-fatturi ta’ riskju taħt stress jiġu tradotti f’parametri tar-riskju internament konsistenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/