+19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …

19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …

Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex tiġi żgurata l -konformità mal- prinċipji ġenerali dwar iċ - ċertezza legali u l- valwazzjoni tal -kollateral fil- paragrafi 17 u 18, ir- rekwiżiti interni għaċ - ċertezza legali u l - valwazzjoni tal -kollateral stabbiliti mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu kompletam ent konsistenti mar- rekwiżiti li ġejjin tal - Kapitolu 4 , Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir- Regolament:

  • (a) Għal kollateral finanzjarju, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 207(3) u 207(4) ittra (d) ta’ dak ir-Regolament.
  • (b) Għal kollateral ta’ proprjetà immobbli, u għal skoperturi ta’ lokazzjoni ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 208(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.

Għall -finijiet tal- valutazzjoni ta’ kollateral ta’ proprjetà immobbli u r - rieżami tal - valur tiegħu skont il - kundizzjonijiet speċifikati fl -Artikolu 208(3)(b) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej:

  • (i) Il- kollateral ta’ proprjetà immobbli huwa vvalutat minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - suq jew inqas. F’dawk l -Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il - proprjetà tista’, minflok, tiġi vvalutata minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - self ipotekarju jew inqas. L - istituzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l - valutatur indipendenti ma jqisx elementi spekulattivi fil - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju.
  • (ii) Il- valutatur indipendenti jiddokumenta l - valur ta s- suq jew il - valur tas -self ipotekarju b’mod trasparenti u ċar.
  • (iii) Il- valur tal - kollateral huwa l - valur tas - suq jew il - valur tas - self ipotekarju mnaqqas kif xieraq biex jirrifletti r - riżultat tal - monitoraġġ u biex iqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il - proprjetà.
  • (iv) Il- valutatur indipendenti għandu jkollu l -kwalifiki, il- kapaċità u l - esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni u għandu jkun indipendenti mill - proċess tad- deċiżjoni ta’ kreditu. Sakemm impjegat tal -istituzzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet ko llha msemmija hawn fuq, dak l - impjegat jista’ jitqies bħala valutatur indipendenti.
  • (c) Għar - riċevibbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 209(2) ta’ dak ir-Regolament. Il- valur tar - riċevibbli għandu jkun l - ammont riċevibbli.
  • (d) Għal kollateral fiżiku ieħor, u għal skoperturi mikrija ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa differenti minn proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 210(a) u (g) ta’ dak ir- Regolament. Għall - finijiet ta’ twettiq ta’ valwazzjoni u ta’ rivalwazzjoni tal -kollateral skont l-Artikolu 210(g) ta’ dak ir-Regolament, l- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - kollateral fiżiku daqs il - valur tas - suq tiegħu, li għandu jkun l - ammont stmat li għalih il -kollateral ikun se jiskambja fid-data tal- valwazzjoni bejn xerrej dispost u bejjiegħ dispost fi tranżazzjoni distakkata.
  • (e) Għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata oħra, dawn għandhom ikunu konsistenti mal - Artikolu 212(1)(a) u l-Artikolu 212(2)(f) ta’ dak ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/