+5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
---+17. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
---+18. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …
---+19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …
---+20. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l …
---+21. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
---+22. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont …

5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata

5.1 Rekwiżiti tal - eliġibbiltà għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
17. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …

Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu stabbiliti rekwiżiti interni għaċ - ċertezza legali li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fi l-Kapitolu 4, Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament, sal- punt li l -estimi tal-LGD iqisu l - eżistenza tal -kollateral, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - arranġament kollaterali skont liema jiġi pprovdut il -kollateral ikun lega lment effettiv u infurzabbli fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha, filwaqt li jagħti lill -istituzzjoni d- dritt li tillikwida jew terġa’ tippossjedi l - kollateral fi żmien raġonevoli, inkluż fil - każ ta’ inadempjenza, falliment jew insolvenza tal -obbligant u, fejn applikabbli, tad - depożitarju li għandu l -kollateral.

18. Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu …

Skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għall - finijiet li jiġu stabbiliti rekwiżiti interni għall - valwazzjoni tal - kollateral li huma ġeneralment konsistenti ma’ dawk stabbiliti fil- Kapitolu 4, Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir-Regolament, sal- punt li l - estimi tal- LGD iqisu l - eżistenza tal -kollateral, l- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l- kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • (a) ir-regoli li jirregolaw ir- rivalwazzjoni tal - kollateral, inklużi l -metodi u l-frekwenza ta’ monitoraġġ tal - valur tal - kollateral, huma konsistenti għal kull tip ta’ kollateral u huma speċifikati fil - politiki interni tal -istituzzjoni;
  • (b) meta s- suq ikun soġġett għal bidliet sinifikanti fil-kundizzjonijiet, l-istituzzjonijiet iwettqu monitoraġġ aktar frekwenti.
19. Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex …

Għall -finijiet tal-Artikolu 55 tal-RTS dwar il- metodoloġija ta’ valutazzjoni tal - IRB u biex tiġi żgurata l -konformità mal- prinċipji ġenerali dwar iċ - ċertezza legali u l- valwazzjoni tal -kollateral fil- paragrafi 17 u 18, ir- rekwiżiti interni għaċ - ċertezza legali u l - valwazzjoni tal -kollateral stabbiliti mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu kompletam ent konsistenti mar- rekwiżiti li ġejjin tal - Kapitolu 4 , Taqsima 3 tat-Titolu II fil-Parti Tlieta ta’ dak ir- Regolament:

  • (a) Għal kollateral finanzjarju, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 207(3) u 207(4) ittra (d) ta’ dak ir-Regolament.
  • (b) Għal kollateral ta’ proprjetà immobbli, u għal skoperturi ta’ lokazzjoni ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 208(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.

Għall -finijiet tal- valutazzjoni ta’ kollateral ta’ proprjetà immobbli u r - rieżami tal - valur tiegħu skont il - kundizzjonijiet speċifikati fl -Artikolu 208(3)(b) ta’ dak ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej:

  • (i) Il- kollateral ta’ proprjetà immobbli huwa vvalutat minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - suq jew inqas. F’dawk l -Istati Membri li stabbilixxew kriterji rigorużi għall - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju f’dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il - proprjetà tista’, minflok, tiġi vvalutata minn valutatur indipendenti daqs il - valur tas - self ipotekarju jew inqas. L - istituzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l - valutatur indipendenti ma jqisx elementi spekulattivi fil - valutazzjoni tal - valur tas - self ipotekarju.
  • (ii) Il- valutatur indipendenti jiddokumenta l - valur ta s- suq jew il - valur tas -self ipotekarju b’mod trasparenti u ċar.
  • (iii) Il- valur tal - kollateral huwa l - valur tas - suq jew il - valur tas - self ipotekarju mnaqqas kif xieraq biex jirrifletti r - riżultat tal - monitoraġġ u biex iqis kwalunkwe pretensjoni preċedenti fuq il - proprjetà.
  • (iv) Il- valutatur indipendenti għandu jkollu l -kwalifiki, il- kapaċità u l - esperjenza meħtieġa biex iwettaq valwazzjoni u għandu jkun indipendenti mill - proċess tad- deċiżjoni ta’ kreditu. Sakemm impjegat tal -istituzzjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet ko llha msemmija hawn fuq, dak l - impjegat jista’ jitqies bħala valutatur indipendenti.
  • (c) Għar - riċevibbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal -Artikolu 209(2) ta’ dak ir-Regolament. Il- valur tar - riċevibbli għandu jkun l - ammont riċevibbli.
  • (d) Għal kollateral fiżiku ieħor, u għal skoperturi mikrija ttrattati bħala kollateralizzati fejn l- assi mikri huwa differenti minn proprjetà immobbli, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 210(a) u (g) ta’ dak ir- Regolament. Għall - finijiet ta’ twettiq ta’ valwazzjoni u ta’ rivalwazzjoni tal -kollateral skont l-Artikolu 210(g) ta’ dak ir-Regolament, l- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw il - kollateral fiżiku daqs il - valur tas - suq tiegħu, li għandu jkun l - ammont stmat li għalih il -kollateral ikun se jiskambja fid-data tal- valwazzjoni bejn xerrej dispost u bejjiegħ dispost fi tranżazzjoni distakkata.
  • (e) Għal protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata oħra, dawn għandhom ikunu konsistenti mal - Artikolu 212(1)(a) u l-Artikolu 212(2)(f) ta’ dak ir-Regolament.
20. L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l …

L- istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali li tikkonferma l - effettività u l -infurzabbiltà legali tal- arranġament kollaterali fil - ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha għall -finijiet tal-paragrafu 17. Din l- opinjoni legali għandha:

  • (a) titwettaq tal - anqas għal kull tip ta’ arranġament kollaterali; u
  • (b) tingħata f’forma bil -miktub minn konsulent legali. Meta l- konsulent legali jkun impjegat tal-istituzzjoni, il- konsulent legali għandu jkun indipendenti mill - proċess tad - deċiżjoni ta’ kreditu responsabbli mill - oriġini jew mit - tiġdid tal - iskoperturi li jkunu qed jitqiesu.
21. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …

Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali unika fir - rigward ta’ arranġamenti kollaterali multipli meta din tkun relatata mal - istess liġi applikabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiksbu opinjoni legali addizzjonali relatata ma’ kwalunkwe varjazzjoni sostantiva għat -termini tal- arranġament kollaterali li tista’ taffettwa l - effettività u l - infurzabbiltà legali tal- arranġament kollaterali speċifiku. Bħala minimu, il -bidliet fil- qafas legali applikabbli għall - arranġamenti kollater ali u l- applikazzjoni tal - arranġament kollaterali għal tipi oħra ta’ skoperturi jew għal debituri kklassifikati għal klassijiet tal - iskoperturi oħra jew għal tipi oħra ta’ debituri, jiġifieri persuni individwali jew entitajiet legali, għandhom dejjem jitqi esu bħala każijiet ta’ varjazzjoni sostantiva fit -termini tal- arranġament kollaterali.

22. Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali …

Għall -finijiet tal- paragrafu 20, l- istituzzjonijiet jistgħu jibbażaw fuq opinjoni legali unika li tkopri diversi ġurisdizzjonijiet. B’mod partikolari, fejn jeżistu regolamenti internazzjonali fil -forma ta’ liġi internazzjonali jew forma oħra ta’ ftehim internazzjonali, l - opinjoni legali tista’ tkopri wħud mill- ġurisdizzjonijiet jew il - ġurisdizzjonijiet kollha fejn dawn ir - regolamenti huma adottati. F’dan il- każ, l - opinjoni legali għandha tal - anqas:

  • (a) tqis jekk ir -regolamenti j iżgurawx l - effettività u l -infurzabbiltà legali tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet kollha li fihom huma applikabbli r -regolamenti;
  • (b) tidentifika b’mod ċar il - ġurisdizzjonijiet kollha li fihom huma applikabbli r -regolamenti;
  • (c) tidentifika b’mod ċar il -forom k ollha ta’ kollateral li huma soġġetti għar -regolamenti.
23. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jiksbu l - opinjoni jew l - opinjonijiet legali skont il - paragrafu 20 , filwaqt li jikkonfermaw li l - arranġament kollaterali, skont liema jiġi pprovdut il - kollateral fiżiku l - ieħor, huwa legalment effettiv u infurzabbli tal - anqas fil - ġurisdizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) il- ġurisdizzjoni li l - liġi tagħha tirregola l - arranġament kollaterali;
  • (b) jekk ikun jeżisti reġistru pubbliku għat - tip ta’ kollateral, il - ġurisdizzjoni fejn il -kollateral ikun irreġistrat; inkella, il - ġurisdizzjoni li fiha s -sid tal- kollateral ikun inkorpora t jew il-post ta’ residenza jekk is -sid tal- kollateral ikun persuna fiżika;
  • (c) jekk jitqies rilevanti għal kollateral partikolari, il - ġurisdizzjonijiet li fihom l -istituzzjoni u d- debitur huma inkorporati; fi kwalunkwe każ, jekk id - debitur huwa persuna fiżika , il-ġ urisdizzjoni tal- post ta’ residenza tiegħu jew tagħha;
  • (d) il- ġurisdizzjoni fejn ikun l - aktar probabbli li jitwettaq il - kollateral għandha titwettaq jekk dan ikun meħtieġ;
  • (e) kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra, jekk titqies rilevanti għal kollateral partikolari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/