+Kamp ta’ applikazzjoni
---+6. Dawn il- linji gwida japplikaw għal istituzzjonijiet, kif iddefinit fil - punt 3 tal - Artikolu …
---+7. Dawn il- linji gwida japplikaw għall - arranġament u għall - proċeduri ta’ governanza interna …
---+8. It- Taqsimiet 4 u 8 japplikaw fir -rigward tar- riskju ta ’ kreditu kollu li jinġarr minn …
---+9. It- Taqsimiet 5 u 6 japplikaw għal self lil konsumaturi, lil intrapriżi mikro u żgħar, u lil …
---+10. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw japplikaw it - Taqsimiet 6 u 7 għall - …
---+11. Meta, fil - kuntest ta’ self ta’ proprjetà immobbli, proprjetà jkollha użu mħallat, bħal …
---+12. Jenħtieġ li l - awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l - istituzzjonijiet japplikaw dawn il - …

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
6. Dawn il- linji gwida japplikaw għal istituzzjonijiet, kif iddefinit fil - punt 3 tal - Artikolu …

Dawn il- linji gwida japplikaw għal istituzzjonijiet, kif iddefinit fil - punt 3 tal - Artikolu 4(1) tar - Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta s - self jaqa’ taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tad - Direttiva 2014/17/UE (id - Direttiva dwar il - Kreditu Ipotekarju, l - MCD), it - Taqsima 5 tapplika għall - kredituri, kif iddefinit fl - Artikolu 4(2) ta’ din id - Direttiva, ħlief għall - paragrafu 93. Meta s - self jaqa’ taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tad - Direttiva 2008/48/KE (id - Direttiva dwar il - Kreditu għall - Konsumatur, CCD), it - Taqsima 5 tapplika għall - kredituri, kif iddefinit fil - punt (b) tal - Artikolu 3 ta’ dik id- Direttiva, ħlief għall - paragrafu 93.

7. Dawn il- linji gwida japplikaw għall - arranġament u għall - proċeduri ta’ governanza interna …

Dawn il- linji gwida japplikaw għall - arranġament u għall - proċeduri ta’ governanza interna tal - istituzzjonijiet fir - rigward ta’ proċessi ta’ għoti ta’ kreditu, u matul iċ - ċiklu tal - ħajja tal - faċilitajiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, dawn il - linji gwida japplikaw għall - prattiki ta’ ġestjoni tar - riskju, għall - politiki, għal l- proċessi u għall - proċeduri għall - oriġinazzjoni u għall - monitoraġġ tal - iskoperturi produttivi, u għall - integrazzjoni tagħhom fl - oqfsa ġenerali ta’ ġestjoni u ta’ ġestjoni tar- riskju.

8. It- Taqsimiet 4 u 8 japplikaw fir -rigward tar- riskju ta ’ kreditu kollu li jinġarr minn …

It- Taqsimiet 4 u 8 japplikaw fir -rigward tar- riskju ta ’ kreditu kollu li jinġarr minn istituzzjonijiet, minbarra titoli ta’ dejn, derivattivi u tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat -titoli.

9. It- Taqsimiet 5 u 6 japplikaw għal self lil konsumaturi, lil intrapriżi mikro u żgħar, u lil …

It- Taqsimiet 5 u 6 japplikaw għal self lil konsumaturi, lil intrapriżi mikro u żgħar, u lil intrapriżi ta’ daqs medju u kbar. It - Taqsimiet 5 u 6 ma japplikawx għal self u għal avvanzi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, lil ditti ta’ investiment, lil istituzzjonijiet finanzjarji, lil impriżi ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, u lil banek ċentrali, u għal self u għal avvanzi lil sovrani, inklużi gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali u lokali, u entitajiet tas - settur pubbliku. It - Taqsimiet 5 u 6 ma japplikawx għal self imrażżan u improduttiv.

10. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw japplikaw it - Taqsimiet 6 u 7 għall - …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw japplikaw it - Taqsimiet 6 u 7 għall - kredituri li jaqgħu taħt il - kamp ta’ applikazzjoni tad - Direttiva 2014/17/UE u tad - Direttiva 2008/48/UE u li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu.

11. Meta, fil - kuntest ta’ self ta’ proprjetà immobbli, proprjetà jkollha użu mħallat, bħal …

Meta, fil - kuntest ta’ self ta’ proprjetà immobbli, proprjetà jkollha użu mħallat, bħal proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali (CRE), jenħtieġ li l - proprjetà jew tkun ikklassifikata f’konformità mal - użu dominanti tagħha jew inkella titqies bħala proprjetajiet separati, abbażi taż - żona ddedikata għal kull użu. Jekk tali valutazzjoni ma tkunx tista’ titwettaq b’mod oġġettiv (eż. ċerti partijiet tal - proprjetà jistgħu jkunu disponibbli għal użu komuni minn kulħadd), il - proprjetà tista’ tiġi kklassifikata f’konformità mal - użu dominanti tagħha.

12. Jenħtieġ li l - awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l - istituzzjonijiet japplikaw dawn il - …

Jenħtieġ li l - awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l - istituzzjonijiet japplikaw dawn il - linji gwida fuq bażijiet individwali, subkonsolidati u konsolidati, f’konformità mal - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE, sakemm l - awtoritajiet kompetenti ma jagħmlux użu mid - derogi, kif iddefinit fl - Artikolu 21 u fl - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE. Jenħtieġ li l - awtoritajiet kompetenti jiżguraw ukoll li l - istituzzjonijiet japplikaw dawn il - linji gwida fil - livelli subkonsolidati u individwali, skont il - politiki u l -prattiki tal- grupp fil - livell ikkonsolidat, filwaqt li jqisu l - karatteristiċi ta’ dawn l - istituzzjonijiet u tal - portafolli ta’ kreditu tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/