+5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni
---+84. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data …
---+85. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ …
---+86. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar …
---+87. L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli …
---+88. Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - …
---+89. Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - …
---+90. Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ …
---+91. Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - …
---+92. Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - …
---+93. Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - …
---+94. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li …
|
5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni
5.1 Informazzjoni u dokumentazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
84. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l- kredituri jkollhom l - informazzjoni u d - data suffiċjenti, preċiżi u aġġornati li jkunu meħtieġa sabiex jivvalutaw l - affidabbiltà kreditizja u l - profil tar - riskju tal - mutwatarju qabel ma jikkonkludu ftehim ta’ self.
|
|
85. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ …
|
Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja tal - konsumaturi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom disponibbli, u jużaw, informazzjoni sostnuta minn evidenza neċessarja u xierqa, tal - anqas fir - rigward ta’ dan li ġej: - a. l- għan tas - self, meta rilevanti għat -tip ta’ pr odott;
- b. l- impjiegi;
- c. is - sors tal - kapaċità ta’ ripagament;
- d. il- kompożizzjoni ta’ unità domestika u ta’ persuni dipendenti;
- e. l- impenji finanzjarji u l - ispejjeż għas - servizzjar tagħhom;
- f. l- ispejjeż regolari;
- g. il- kollateral (għal self garantit);
- h. mitiganti oħra tar -r iskju, bħal garanziji, meta jkunu disponibbli.
L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jikkunsidraw l - użu ta’ informazzjoni speċifika, ta’ attributi tad- data u tal - evidenza stabbiliti fl - Anness 2.
|
|
86. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar …
|
Għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ intrapriżi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom disponibbli, u jużaw, informazzjoni sostnuta minn evidenza neċessarja u xierqa, tal - anqas fir - rigward ta’ dan li ġej: - a. l- għan tas - self, meta rilevanti għat - tip ta’ prodott;
- b. l- introjtu u l - fluss ta’ flus kontanti;
- c. il- pożizzjoni finanzjarja u l - impenji, inklużi l - assi mirhuna u l - obbligazzjonijiet kontinġenti;
- d. il- mudell tan - negozju u, fejn rilevanti, l - istruttura korporattiva;
- e. il- pjanijiet ta’ direzzjoni tan - negozju appoġġati minn projezzjonijiet finanzjarji;
- f. il- kollateral (għal self garantit);
- g. mitiganti oħra tar - riskju, bħal garanziji, meta jkunu disponibbli;
- h. id- dokumentazzjoni legali speċifika għat - tip ta’ prodott (eż. permessi, kuntratti). L- istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw l - użu ta’ informazzjoni speċifika, ta’ attributi tad - data u tal- evidenza stabbiliti fl - Anness 2.
|
|
87. L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli …
|
L- istituzzjonijiet u l - kredituri jistgħu jużaw l - informazzjoni u d - data diġà disponibbli għall - klijenti u għall - mutwatarji eżistenti, f’konformità mar - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679, u meta tali informazzjoni u data jkunu rilevanti u aġġornati.
|
|
88. Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - …
|
Jekk l - informazzjoni u d - data ma jkunux disponibbli bil - lest, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiġbru l - informazzjoni u d - data meħtieġa mingħand il - mutwatarju u/jew partijiet terzi, inklużi bażijiet ta’ data rilevanti, fejn rilevanti. Għall - ġbir ta’ informazzjoni u ta’ data dwar il-mutwatarju mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiżguraw li jiġu ssodisfati r - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679.
|
|
89. Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - …
|
Jekk l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom tħassib dwar il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tal - informazzjoni u d - data , jenħtieġ li dawn jagħmlu l - verifiki meħtieġa u domandi raġonevoli li ll-mutwatarju u lill - partijiet terzi (eż. l - impjegatur, l - awtoritajiet pubbliċi, il - bażijiet ta’ data rilevanti), u jieħdu passi raġonevoli sabiex jivverifikaw l - informazzjoni u d - data miġbura. Qabel ma jagħmlu t - tali domandi lil partijiet terzi rigward id - data personali tal - mutwatarju, jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jiżguraw li jiġu ssodisfati r - rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari fir - rigward li jiġi informat il - mutwatarju u li jitfittex il - permess mingħandu.
|
|
90. Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ …
|
Jenħtieġ li l- istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku li tippermetti li ssir valutazzjoni tal - kapaċità tal - mutwatarju li jisservizzja u jħallas lura l - impenji finanzjarji. Din il - viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku tapplika għal mutwatarji individwali, għal unitajiet domestiċi, kif xieraq, u għal membri ta’ gruppi konsolidati għall - intrapriżi. Il - viżwalizzazzjoni ta’ informazzjoni ta’ klijent uniku jenħtieġ li tkun issupplimentata bl - informazzjoni pprovduta mill - mutwatarju dwar l - assi u l - obbligazzjonijiet miżmuma għand istituzzjonijiet jew kredituri oħra.
|
|
91. Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - …
|
Jekk il - mutwatarju x’aktarx li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji sabiex jissodisfa l - obbligi ta’ self kuntrattwali, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jitolbu mingħand il - mutwatarju dokumentazzjoni affidabbli li turi tbassir realistiku tal - abbiltà tiegħu li jżomm is - solvenza. F’dan il- każ, jistgħu jintużaw kemm informazzjoni mingħand partijiet terzi, bħal konsulenti tat - taxxa, awdituri u esperti oħra, kif ukoll informazzjoni mingħand il - mutwatarju.
|
|
92. Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - …
|
Jekk ftehim ta’ self jinvolvi garanziji mingħand partijiet terzi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jkollhom livell suffiċjenti ta’ informazzjoni u ta’ data meħtieġ sabiex jivvaluta w il-garanzija u, fejn rilevanti, il - pożizzjoni finanzjarja tal -garanti.
|
|
93. Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - …
|
Jekk il - mutwatarju jkun membru ta’ grupp ta’ klijenti konnessi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiġbru l- informazzjoni neċessarja dwar klijenti konnessi relatati rilevanti, f’konformità mal -Linji Gwida tal- EBA dwar il - klijenti konnessi, speċjalment meta r - ripagament ikun jiddependi mill - fluss ta’ flus kontanti li jkun ġej mingħand partijiet konnessi oħra fl - istess grupp.
|
|
94. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet u l - kredituri jiddokumentaw l - informazzjoni u d - data li jwasslu għal approvazzjoni ta’ kreditu, inklużi l - azzjonijiet u l - valutazzjonijiet imwettqa minnhom, u jżommu din id- dokumentazzjoni f’forma aċċessibbli (disponibbli bil - lest għall - awtoritajiet kompetenti) għal mill - inqas id - durata tal - ftehim ta’ self.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|